Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0062

    2014/62/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta’ Frar 2014 li tirrevoka d-Deċiżjoni 2003/766/KE dwar miżuri ta’ emerġenza biex ma jitħalliex it-tixrid ta’ Diabrotica virgifera Le Conte fil-Komunità (notifikata bid-dokument C(2014) 467)

    ĠU L 38, 07/02/2014, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/62/oj

    7.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 38/45


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-6 ta’ Frar 2014

    li tirrevoka d-Deċiżjoni 2003/766/KE dwar miżuri ta’ emerġenza biex ma jitħalliex it-tixrid ta’ Diabrotica virgifera Le Conte fil-Komunità

    (notifikata bid-dokument C(2014) 467)

    (2014/62/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari r-raba’ sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/766/KE (2) ma rnexxilhiex tevita t-tixrid tad-Diabrotica virgifera virgifera Le Conte, kif jidher mill-istħarriġ annwali mwettaq mill-Istati Membri skont dik id-Deċiżjoni. Dawk l-istħarriġiet ikomplu juru li Diabrotica virgifera virgifera Le Conte issa ġiet stabbilita f’parti kbira mit-territorju tal-Unjoni. Barra minn hekk, mhuwiex fattibbli li jitrażżan aktar it-tixrid u jeżistu mezzi ta’ kontroll effettivi u sostenibbli li jimminimizzaw l-impatt ta’ dak l-organiżmu fuq il-ħsad tal-qamħirrum, b’mod partikolari l-implimentazzjoni ta’ skema tan-newba tal-uċuħ tar-raba’.

    (2)

    Id-Deċiżjoni 2003/766/KE għandha għalhekk tiġi rrevokata.

    (3)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2003/766/KE hija mħassra.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Tonio BORG

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/766/KE tal-24 ta’ Ottubru 2003 dwar miżuri ta’ emerġenza biex ma jitħalliex it-tixrid ta’ Diabrotica virgifera Le Conte (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 49).


    Top