Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0318

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 318/2007 tat- 23 ta' Marzu 2007 li tistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni ta' ċerti għasafar fil-Komunità u l-kondizzjonijiet ta' kwarantina tagħhom Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 84, 24/03/2007, p. 7–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 56M, 29/02/2008, p. 165–187 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/03/2013; Imħassar b' 32013R0139

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/318/oj

    29.2.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    165


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 318/2007

    tat-23 ta' Marzu 2007

    li tistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni ta' ċerti għasafar fil-Komunità u l-kondizzjonijiet ta' kwarantina tagħhom

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IK-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b'mod partikolari t-tieni sottoparagrafu ta' l-Artikolu 10(3) u l-ewwel sottoparagrafu ta' l-Artikolu 10(4) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta' l-annimali, is-semen, l-ova u l-embrijoni li m'humiex suġġetti għall-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali kif stabbiliti fir-regoli tal-Komunità msemmija fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(2)(b) u l-Artikolu 17(3) u l-ewwel u r-raba' inċiżi ta' l-Artikolu 18(1),

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/666/KE tas-16 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikat veterinarju għall-importazzjoni ta' għasafar, minbarra t-tjur ta’ l-irziezet u l-kondizzjonijiet għal kwarantina (3) tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali li għandhom x'jaqsmu ma' l-importazzjoni ta' ċerti għasafar, minbarra t-tjur ta' l-irziezet, kif speċifikat f'dik id-Deċiżjoni, u l-ħtiġiet ta' kwarantina għal għasafar bħal dawn.

    (2)

    Wara t-tifqigħa ta’ l-influwenza tat-tjur patoġenika ħafna ta’ nisel Ażjatiku fix-Xlokk ta' l-Ażja fl-2004, il-Kummissjoni adottat għadd ta' Deċiżjonijiet li jipprojbixxu fost kommoditajiet oħrajn l-importazzjoni ta' għasafar, minbarra t-tjur ta' l-irziezet, minn pajjiżi terzi affettwati.

    (3)

    Wara t-tixrid ta’ l-influwenza tat-tjur ta’ nisel Ażjatiku lejn l-Ewropa minn għasafar migratorji u l-każ ta' influwenza tat-tjur ta’ nisel Ażjatiku li nstabet f'faċilità ta' kwarantina fir-Renju Unit, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/760/KE tas-27 ta' Ottubru 2005 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' influwenza tat-tjur patoġenika ħafna f'ċerti pajjiżi terzi għall-importazzjoni ta' għasafar maqbuda (4) ġiet adottata. Dik id-Deċiżjoni tissospendi l-importazzjoni ta' għasafar, minbarra t-tjur ta' l-irziezet, mill-pajjiżi terzi kollha minħabba r-riskji li jirriżultaw minn għasafar selvaġġi affettwati.

    (4)

    Sabiex jitfassal inventarju tar-riskji li jirriżultaw mill-importazzjoni ta' għasafar maqbuda, il-Kummissjoni fit-13 ta’ April 2005 talbet lill-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) biex tipprovdi opinjoni xjentifika dwar ir-riskji li jirriżultaw minn importazzjoni ta' għasafar maqbuda fis-selvaġġ u għasafar mrobbija fil-magħluq minn pajjiżi terzi.

    (5)

    Wara dik it-talba, il-Bord ta' l-EFSA fuq is-saħħa u l-benesseri ta’ l-annimali, matul il-laqgħa tiegħu fis-26 u s-27 ta’ Ottubru 2006, adotta Opinjoni Xjentifika dwar ir-riskji fuq is-saħħa u l-benesseri ta’ l-Annimali assoċjati ma’ l-importazzjoni ta’ għasafar selvaġġi, minbarra tjur ta’ l-irziezet, fil-Komunità. Dik l-Opinjoni Xjentifika tidentifika għodod u għażliet possibbli li jistgħu jnaqqsu kwalunkwe riskju għas-saħħa ta’ l-annimali identifikat, relatat ma’ l-importazzjoni ta’ l-għasafar li m'humiex tjur ta’ l-irziezet.

    (6)

    Filwaqt li jitqiesu l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fl-Opinjoni Xjentifika ta' l-EFSA, il-ħtiġiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 2000/666/KE għandhom jiġu rriveduti.

    (7)

    L-Opinjoni Xjentifika ta' l-EFSA tidentifika, b'mod partikolari, il-fatt li d-data li għandha x'taqsam ma' l-importazzjoni ta' għasafar bħal dawn hija skarsa. Għalhekk għandu jitqies aktar ġbir ta' data dwar din l-importazzjoni.

    (8)

    Waħda mir-rakkomandazzjonijiet ta' l-Opinjoni Xjentifika ta' l-EFSA għandha x'taqsam mal-kontrolli mwettqa fil-pajjiżi terzi li jesportaw l-għasafar, minbarra t-tjur ta' l-irziezet, lejn il-Komunità. It-titjib fil-waqt ta' l-esportazzjoni għandu jkollu l-aktar impatt fit-tnaqqis tal-probabbiltà li għasafar infettati jkunu ppreżentati biex jidħlu fil-Komunità Għal dik ir-raġuni, il-kondizzjonijiet ta' l-importazzjoni għandhom jiġu stabbiliti f'dan ir-Regolament b'tali mod li l-importazzjoni tkun permessa biss minn pajjiżi terzi awtorizzati għall-importazzjoni fil-Komunità ta' għasafar bħal dawn.

    (9)

    Rakkomandazzjoni oħra ta' l-EFSA għandha x'taqsam ma' l-importazzjoni ta' l-għasafar maqbuda fis-selvaġġ. L-Opinjoni Xjentifika tidentifika r-riskju kkawżat minn dawk l-għasafar li jistgħu jkunu infettati minħabba tixrid laterali minn għasafar selvaġġi infettati oħrajn mill-ambjent kontaminat, kif ukoll minn propagazzjoni ta' tjur infettati. Meta jitqies ir-rwol li kellhom l-għasafar migratorji selvaġġi fit-tixrid ta' l-influwenza tat-tjur mill-Ażja lejn l-Ewropa fl-2005 u fl-2006, huwa xieraq li tkun limitata l-importazzjoni ta' għasafar, minbarra t-tjur ta' l-irziezet, għal għasafar imrobbija fil-magħluq biss.

    (10)

    Huwa rari li tkun tista' tiddistingwi b'ċertezza bejn għasafar maqbuda fis-selvaġġ u għasafar mrobbija fil-magħluq. Metodi ta' mmarkar jistgħu jkunu applikati għaż-żewġ tipi ta' għasafar mingħajr ma jkun possibbli li ssir distinzjoni bejn it-tnejn. Għalhekk huwa xieraq li tkun limitata l-importazzjoni ta' għasafar, minbarra t-tjur ta' l-irziezet, għal stabbilimenti ta' trobbija li huma approvati mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ta' l-esportazzjoni, u li jkunu stabbiliti ċerti kondizzjonijiet minimi għal din l-approvazzjoni.

    (11)

    Ċerti importazzjonijiet ta' għasafar huma koperti minn leġiżlazzjoni Komunitarja oħra. Għalhekk, huma għandhom jiġu esklużi mill-iskop ta' dan ir-Regolament.

    (12)

    Ir-riskju għas-saħħa ta' l-annimali li jirriżulta minn ħamiem tat-tlielaq li jinġiebu fil-Komunità biex jinħelsu mill-ġdid sabiex ikunu jistgħu jtiru lura lejn l-oriġini tagħhom huwa tali li għandhom jiġu esklużi mill-iskop ta' dan ir-Regolament.

    (13)

    Barra minn dan, ċerti pajjiżi terzi għandhom kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li huma ekwivalenti għal dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja. Għalhekk, l-importazzjoni ta' għasafar minn dawk il-pajjiżi għandha tiġi eskluża mill-iskop ta' dan ir-Regolament.

    (14)

    L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni ċertu tagħrif dwar il-faċilitajiet u ċ-ċentri ta' kwarantina approvati sabiex il-Kummissjoni tkun f’pożizzjoni li tippubblika lista ta' faċilitajiet u ċentri ta' kwarantina approvati u żżomm dik il-lista aġġornata. Huwa xieraq li dik il-lista tiddaħħal f'Anness ta' dan ir-Regolament.

    (15)

    Huwa xieraq li jkunu stabbiliti aktar proċeduri ta' importazzjoni li għandhom x'jaqsmu mat-trasferiment mill-Istazzjon ta' l-Ispezzjonijiet fil-Fruntiera lejn il-faċilitajiet jew iċ-ċentri ta' kwarantina approvati mad-dħul fil-Komunità sabiex ikun żgurat li għasafar importati jaslu fil-faċilità jew fiċ-ċentru ta' kwarantina approvati li jkunu magħżula f'perjodu ta' żmien raġonevoli.

    (16)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/EC ta' l-20 ta' Diċembru 2005 dwar il-miżuri Komunitarji għall-kontroll ta' l-influwenza tat-tjur u li tirrevoka d-Direttiva 92/40/KEE (5) ġiet adottata sabiex tqis l-esperjenza miksuba fil-kontroll ta' l-influwenza tat-tjur f'dawn l-aħħar snin. Fuq il-bażi ta’ dik id-Direttiva, id-Deċiżjoni 2006/437/EC ta' l-4 ta’ Awwissu 2006 li tapprova Manwal Dijanjostiku għall-influwenza tat-tjur kif stipulat fid-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (6) (il-manwal dijanjostiku) ġiet adottata u tistabbilixxi fil-livell Komunitarju proċeduri dijanjostiċi, metodi tal-kampjunar u kriterji għall-istima tar-riżultati tat-testijiet fil-laboratorju għall-konferma ta' tifqigħa ta' l-influwenza tat-tjur. Għandu jittieħed kont ta' dik id-Deċiżjoni meta jiġu stabbiliti s-sistemi ta' testijiet għall-influwenza tat-tjur f'faċilitajiet u f'ċentri ta' kwarantina approvati f'dan ir-Regolament.

    (17)

    Ċerti derogi għandhom ukoll jitqiesu għal dawk l-għasafar li jinstabu li huma infettati b'influwenza tat-tjur b'livelli patoġeniċi baxxi u bil-marda ta' Newcastle f'faċilità jew f'ċentru ta' kwarantina approvati, f'dawk il-każijiet fejn l-okkorrenza tal-marda ma tirriżultax f'riskju għall-istat ta' saħħa ta' l-annimali tal-Komunità.

    (18)

    Fl-interess taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, d-Deċiżjoni 2000/666/KE għandha tiġi revokata u mibdula b'dan ir-Regolament.

    (19)

    B'riżultat tal-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali aktar stretti stabbiliti f'dan ir-Regolament, id-Deċiżjoni 2005/760/KE għandha tiġi revokata.

    (20)

    Il-miżuri ta' tranżizzjoni għandhom ikunu stabbiliti għal dawk il-faċilitajiet jew ċentri ta' kwarantina li huma approvati skond id-Deċiżjoni 2000/666/KE, sabiex l-importazzjoni permezz ta' faċilitajiet u ċentri bħal dawn tkun tista' tkompli filwaqt li l-approvazzjoni tingħata skond dan ir-Regolament.

    (21)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Suġġett

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni ta' ċerti għasafar fil-Komunità, mill-pajjiżi terzi u partijiet minnhom msemmija fl-Anness I, u l-kondizzjonijiet ta' kwarantina għal din l-importazzjoni.

    Artikolu 2

    Ambitu

    Dan ir-Regolament se japplika għal annimali ta' l-ispeċi tat-tjur.

    Madankollu, m'għandux japplika għal:

    (a)

    pollam, dundjani, fargħuni, papri, wiżż, summien, ħamiem, faġani, perniċi u ratiti (Ratitae) mkabbra jew miżmuma mill-bniedem għat-tgħammir, għall-produzzjoni tal-laħam jew tal-bajd għall-konsum, jew għall-popolament mill-ġdid tal-provvista tat-tjur tal-kaċċa (“tjur”);

    (b)

    għasafar importati għal programmi ta' konservazzjoni approvati mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tad-destinazzjoni;

    (ċ)

    annimali domestiċi msemmija fit-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/65/KEE, li jakkumpanjaw lil sidhom;

    (d)

    għasafar maħsuba għal ġonna żooloġiċi, ċirki, parks ta' divertiment jew esperimenti;

    (e)

    għasafar iddestinati għal korpi, istituti jew ċentri approvati skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 92/65/KEE;

    (f)

    ħamiem tat-tlielaq li huma introdotti fit-territorju tal-Komunità minn pajjiż terz ġar fejn huma normalment residenti u wara jinħelsu immedjatament bl-istennija li huma jtiru lura lejn dak il-pajjiż terz;

    (g)

    għasafar importati minn Andorra, il-Liechtenstein, Monako, in-Norveġja, San Marino, l-Iżvizzera, u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan.

    Artikolu 3

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet tad-Direttivi tal-Kunsill 2005/94/KE għandhom japplikaw.

    Il-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

    (a)

    “għasafar” tfisser annimali ta' l-ispeċi tat-tjur minbarra dawk imsemmija fil-punti (a) sa (g) ta' l-Artikolu 2;

    (b)

    “stabbiliment tat-tnissil approvat” ifisser:

    (i)

    stabbiliment użat esklussivament għat-tgħammir ta' l-għasafar; u

    (ii)

    li ġie spezzjonat u approvat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz li jesporta għall-konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4 u fl-Anness II;

    (ċ)

    “għasafar imrobbija fil-magħluq” tfisser għasafar li ma nqabdux fis-selvaġġ imma kienu mwielda u mrobbija fil-magħluq minn ġenituri li tgħammru jew kellhom gameti trasferiti mod ieħor fil-magħluq;

    (d)

    “ċurkett fis-sieq magħluq u kontinwu” tfisser ċurkett jew faxxa f'ċirku kontinwu, bla ebda qsim jew tgħaqqid, li ma kienx imbagħbas b'xi mod, ta' qies li ma jistax jitneħħa mill-għasfur meta siequ tkun kibret għal kollox wara li jkun ġie applikat fl-ewwel ġranet tal-ħajja ta' l-għasfur u li kien manifatturat kummerċjalment għal dak il-għan;

    (e)

    “faċilità ta' kwarantina approvata” tfisser post, li m'huwiex ċentru ta' kwarantina:

    (i)

    fejn isseħħ il-kwarantina ta' għasafar importati;

    (ii)

    li ġie spezzjonat u approvat mill-awtorità kompetenti għall-konformità mal-kondizzjonijiet minimi stipulati fl-Artikolu 6 u fl-Anness IV;

    (f)

    “ċentru ta' kwarantina approvat” ifisser bini:

    (i)

    fejn isseħħ il-kwarantina ta' għasafar importati;

    (ii)

    li jkun fih numru ta’ unitajiet, li huma separati operazzjonalment u fiżikament minn xulxin u fejn kull unità jkun fiha biss għasafar ta’ l-istess kunsinna, bl-istess stat ta’ saħħa, u għalhekk tikkonsisti f'unità epidemjoloġika waħda;

    (iii)

    li ġie spezzjonat u approvat mill-awtorità kompetenti għall-konformità mal-kondizzjonijiet minimi stipulati fl-Artikolu 6 u fl-Anness IV;

    (g)

    “għasafar tas-sentinella” jfissru tjur li għandhom jintużaw bħala għajnuna dijanjostika waqt il-kwarantina;

    (h)

    “manwal dijanjostiku” jfisser il-Manwal Dijanjostiku għall-influwenza tat-tjur stipulat fl-Anness għad-Deċiżjoni 2006/437/KE;

    (i)

    “Unità Veterinarja Lokali (LVU)” tfisser kull awtorità lokali ta' l-Istat Membru magħżula bħala tali.

    Artikolu 4

    Stabbilimenti tat-tgħammir approvati

    L-importazzjoni ta' għasafar minn stabbilimenti tat-tgħammir approvati għandha tiġi awtorizzata bil-kundizzjoni tal-konformità mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    l-istabbiliment tat-tgħammir għandu jiġi approvat mill-awtorità kompetenti skond il-kondizzjonijiet stipulati fl-Anness II, u assenjat numru ta' l-approvazzjoni;

    (b)

    dak in-numru ta' l-approvazzjoni jrid ikun ġie kkomunikat lill-Kummissjoni minn dik l-awtorità;

    (ċ)

    l-isem u n-numru ta' l-approvazzjoni ta' l-istabbiliment tat-tgħammir iridu jidhru fuq lista ta' stabbilimenti tat-tgħammir imfassla mill-Kummissjoni;

    (d)

    l-approvazzjoni ta' l-istabbiliment tat-tgħammir għandha tiġi rtirata jew sospiża minnufih mill-awtorità kompetenti meta hi ma tibqax konformi mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Anness II u l-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa b'dan minnufih.

    Artikolu 5

    Il-kondizzjonijiet għall-importazzjoni

    L-importazzjoni ta' għasafar minn stabbilimenti tat-tgħammir approvati skond l-Artikolu 4 għandha tkun konformi mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    l-għasafar huma għasafar mgħammra fil-magħluq;

    (b)

    l-għasafar għandhom joriġinaw minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom imsemmija fl-Anness I;

    (ċ)

    L-għasafar kienu soġġetti għal test tal-laboratorju għall-individwazzjoni tal-mikrobu minn 7 sa 14-il jum qabel l-imbark b'riżultati negattivi għal kull virus ta' l-influwenza tat-tjur u tal-marda ta' Newcastle;

    (d)

    l-għasafar ma ġewx imlaqqma kontra l-influwenza tat-tjur;

    (e)

    l-għasafar huma akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimali skond il-mudell stipulat fl-Anness III (“iċ-ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimali”);

    (f)

    l-għasafar jiġu identifikati b'numru ta' identifikazzjoni individwali permezz ta' ċurkett fis-sieq magħluq u kontinwu mmarkat unikament jew ċippa elettronika skond l-Artikolu 66(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 (7);

    (g)

    in-numru ta' l-identifikazzjoni individwali taċ-ċrieket fis-sieq jew ċipep elettroniċi stabbiliti fil-punt (f) għandu jkollu mill-inqas l-informazzjoni li ġejja;

    il-kodiċi ISO tal-pajjiż terz li jesporta li jagħmel l-identifikazzjoni;

    numru tas-serje uniku;

    (h)

    in-numru ta' l-identifikazzjoni individwali stabbilit fil-punt (f) għandu jiġi rreġistrat fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimali;

    (i)

    l-għasafar ikunu trasportati f'kontenituri ġodda li huma identifikati individwalment fuq barra b'numru ta’ identifikazzjoni li jrid jikkorrispondi man-numru ta’ identifikazzjoni indikat fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali;

    Artikolu 6

    Faċilitajiet u ċentri ta' kwarantina approvati

    1.   Il-lista ta' faċilitajiet u ċentri ta' kwarantina li huma konformi mal-kondizzjonijiet minimi stipulati fl-Anness IV huma stipulati fl-Anness V.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra lista ta':

    (a)

    in-numri ta' l-approvazzjoni ta' faċilitajiet jew ċentri ta' kwarantina approvati li jinsabu fit-territorju tagħhom; kif ukoll

    (b)

    l-isem u n-numru ta' TRACES ta' l-LVU responsabbli għal dawk il-faċilitajiet jew ċentri.

    Artikolu 7

    Trasport dirett ta' għasafar lejn faċilitajiet jew ċentri ta' kwarantina approvati

    L-għasafar għandhom jiġu trasportati direttament mill-istazzjon ta' l-ispezzjonijiet fil-fruntiera lejn faċilità jew ċentru ta’ kwarantina approvati f’gaġeġ jew f'ċestuni.

    Il-ħin totali tal-vjaġġ minn dak il-post għal dik il-faċilità jew dak iċ-ċentru ta' kwarantina normalment ma jistax jaqbeż id-disa' sigħat.

    Meta jintużaw vetturi għal dan il-vjaġġ huma għandhom ikunu ssiġillati mill-awtoritajiet kompetenti b'siġill għal kontra t-tbagħbis.

    Artikolu 8

    Attestazzjoni

    L-importaturi jew l-aġenti tagħhom għandhom jipprovdu attestazzjoni bil-miktub, fil-lingwa uffiċjali ta' l-Istat Membru tad-dħul, u ffirmata mill-persuna responsabbli għall-faċilità jew għaċ-ċentru ta' kwarantina li tiċċertifika li l-għasafar ser ikunu aċċettati għall-kwarantina.

    L-attestazzjoni għandha:

    (a)

    tindika b'mod ċar l-isem u l-indirizz u n-numru ta' l-approvazzjoni tal-faċilità jew taċ-ċentru ta' kwarantina;

    (b)

    tasal fl-istazzjon ta' l-ispezzjonijiet fil-fruntiera permezz ta' e-mail jew fax qabel il-ħin tal-wasla tal-kunsinna f'dak l-istazzjon jew għandha tiġi ppreżentata mill-importatur jew l-aġent tiegħu qabel ma jinħelsu l-għasafar mill-istazzjon ta' l-ispezzjonijiet fil-fruntiera.

    Artikolu 9

    Tranżitu ta' għasafar fil-Komunità

    Meta l-għasafar jiġu introdotti fil-Komunità permezz ta' Stat Membru li mhux dak tad-destinazzjoni, għandhom jittieħdu l-miżuri kollha biex ikun żgurat li l-kunsinna tasal fl-Istat Membru tad-destinazzjoni mixtieq.

    Artikolu 10

    Monitoraġġ tat-trasport ta' l-għasafar

    1.   Meta l-leġiżlazzjoni Komunitarja tistipula l-monitoraġġ ta' l-għasafar mill-istazzjon ta' l-ispezzjonijiet fil-fruntiera sal-faċilità jew ċentru ta' kwarantina approvati fil-post tad-destinazzjoni, l-iskambji ta' informazzjoni li ġejjin se jkunu pprovduti:

    (a)

    il-veterinarju uffiċjali responsabbli għall-istazzjon ta' l-ispezzjonijiet fil-fruntiera għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti responsabbli għall-faċilità jew ċentru ta' kwarantina approvati fil-post tad-destinazzjoni bil-kunsinna, bil-post ta' l-oriġini u bil-post tad-destinazzjoni ta' l-għasafar permezz tan-netwerk ta' TRACES;

    (b)

    il-persuna responsabbli għall-faċilità jew ċentru ta' kwarantina tad-destinazzjoni approvati għandhom jgħarrfu permezz ta' e-mail jew fax, fi żmien jum tax-xogħol mid-data tal-wasla tal-kunsinna fil-faċilità jew fiċ-ċentru ta' kwarantina, lill-veterinarju uffiċjali responsabbli għall-faċilità jew ċentru ta' kwarantina approvati fil-post tad-destinazzjoni bil-wasla tal-kunsinna fid-destinazzjoni tagħha;

    (ċ)

    il-veterinarju uffiċjali responsabbli għall-faċilità jew ċentru ta' kwarantina approvati fil-post tad-destinazzjoni tal-kunsinna għandu jgħarraf permezz tan-netwerk ta' TRACES, fi żmien tlett ijiem ta' xogħol mid-data tal-wasla tal-kunsinna fil-faċilità jew fiċ-ċentru ta' kwarantina, lill-veterinarju uffiċjali responsabbli għall-istazzjon ta' l-ispezzjonijiet fil-fruntiera li għarrfu bl-imbark tal-kunsinna bil-wasla tal-kunsinna fid-destinazzjoni tagħha.

    2.   Jekk tkun ipprovduta konferma lill-awtorità kompetenti responsabbli għall-istazzjon ta' l-ispezzjonijiet fil-fruntiera, li l-għasafar iddikjarati li huma maħsuba għal faċilità jew ċentru ta' kwarantina approvati ma waslux fid-destinazzjoni tagħhom fi żmien tlett ijiem ta' xogħol mid-data ta' meta mistennija l-wasla tal-kunsinna fil-faċilità jew ċentru ta' kwarantina, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri xierqa fir-rigward tal-persuna responsabbli għall-kunsinna.

    Artikolu 11

    Dispożizzjonijiet għall-kwarantina

    1.   L-għasafar għandhom ikunu taħt kwarantina mill-inqas għal 30 ġurnata ġo faċilità jew ċentru ta’ kwarantina approvati (“il-kwarantina”).

    2.   Għall-inqas fil-bidu u fl-aħħar tal-kwarantina ta’ kull kunsinna, il-veterinarju uffiċjali għandu jispezzjona l-kondizzjonijiet tal-kwarantina, inkluż eżami tar-reġistri tal-mewt u spezzjoni klinika ta’ l-għasafar fil-faċilità tal-kwarantina approvata jew f'kull unità taċ-ċentru tal-kwarantina approvat.

    Madankollu, il-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq spezzjonijiet b'mod aktar frekwenti jekk meħtieġa mis-sitwazzjoni tal-mard.

    Artikolu 12

    L-eżami, it-teħid tal-kampjuni u l-ittestjar li għandhom jitwettqu b'rabta ma' kunsinna waqt il-kwarantina

    1.   Il-proċeduri ta' eżami, teħid tal-kampjuni u ttestjar għall-influwenza tat-tjur u l-marda ta' Newcastle, stabbiliti fl-Anness VI, għandhom jitwettqu wara l-wasla ta' l-għasafar fil-kwarantina.

    2.   Meta jiġu użati l-għasafar tas-sentinella għandu jkun użat minimu ta' għaxar għasafar tas-sentinella fil-faċilità ta' kwarantina approvata jew f'kull unità taċ-ċentru ta' kwarantina approvat.

    3.   L-għasafar tas-sentinella li jkunu użati għal proċeduri ta' eżami, teħid tal-kampjuni u ttestjar għandu:

    (a)

    ikollhom mill-inqas tliet ġimgħat u jkunu użati darba biss għal dawk l-għanijiet;

    (b)

    ikollhom ċinga fis-sieq għal għanijiet ta' identifikazzjoni jew ikunu identifikati b'identifikazzjoni oħra li ma tistax titneħħa;

    (ċ)

    ma jkunux imlaqqma u jkunu nstabu sero-negattivi għall-influwenza tat-tjur u għall-marda ta' Newcastle fi żmien 14-il ġurnata qabel id-data tal-bidu tal-kwarantina;

    (d)

    jitqiegħdu fil-faċilità ta' kwarantina approvata jew f'unità taċ-ċentru ta' kwarantina approvat qabel il-wasla ta' l-għasafar fl-ispazju ta' l-ajru komuni u l-aktar qrib possibbli ta' l-għasafar b'tali mod li jkun żgurat il-kuntatt mill-qrib bejn l-għasafar tas-sentinella u l-ħmieġ ta' l-għasafar fil-kwarantina.

    Artikolu 13

    L-azzjoni fil-każ ta' suspett ta' mard fil-faċilità jew fiċ-ċentru ta' kwarantina approvati

    1.   Jekk waqt il-kwarantina f'faċilità ta' kwarantina approvata, ikun hemm suspett li wieħed jew aktar għasafar u/jew għasafar tas-sentinella huma infettati bl-influwenza tat-tjur jew bil-marda ta' Newcastle, għandhom jittieħdu l-miżuri li ġejjin:

    (a)

    il-kampjuni għall-eżami viroloġiku kif stabbilit fil-punt 2 ta' l-Anness VI huma meħuda minn dawk l-għasafar u l-għasafar tas-sentinella u jiġu analizzati skond dan;

    (b)

    dawk l-għasafar u l-għasafar tas-sentinella kollha jinqatlu u jinqerdu;

    (ċ)

    il-faċilità ta' kwarantina approvata tiġi mnaddfa u ddiżinfettata;

    (d)

    l-ebda għasafar ma jidħlu fil-faċilità ta’ kwarantina approvata sa 21 ġurnata wara l-aħħar tindifa u diżinfettazzjoni.

    2.   Jekk waqt il-kwarantina f'ċentru ta' kwarantina approvat, ikun hemm suspett li wieħed jew aktar għasafar u/jew għasafar tas-sentinella f'unità taċ-ċentru ta' kwarantina huma infettati bl-influwenza tat-tjur jew bil-marda ta' Newcastle, għandhom jittieħdu l-miżuri li ġejjin:

    (a)

    il-kampjuni għall-eżami viroloġiku kif stabbilit fil-punt 2 ta' l-Anness VI huma meħuda minn dawk l-għasafar u l-għasafar tas-sentinella u jiġu analizzati skond dan;

    (b)

    dawk l-għasafar u l-għasafar tas-sentinella kollha jinqatlu u jinqerdu;

    (ċ)

    l-unità kkonċernata tiġi mnaddfa u ddiżinfettata;

    (d)

    il-kampjuni li ġejjin huma meħuda:

    (i)

    meta jiġu użati għasafar tas-sentinella, mhux qabel 21 ġurnata wara l-aħħar tindifa u diżinfettazzjoni ta' l-unità kkonċernata, il-kampjuni għall-eżami viroloġiku, kif stabbilit fl-Anness VI għandhom jittieħdu minn għasafar tas-sentinella fl-unitajiet ta' kwarantina l-oħra; jew

    (ii)

    meta ma jiġu użati l-ebda għasafar tas-sentinella, matul 7 sa 15-il ġurnata wara l-aħħar tindifa u diżinfettazzjoni, il-kampjuni għall-eżami viroloġiku, kif stabbilit fil-punt 2 ta' l-Anness VI, għandhom jittieħdu minn għasafar fl-unitajiet ta' kwarantina l-oħra;

    (e)

    l-ebda għasafar ma jistgħu jħallu ċ-ċentru ta’ kwarantina approvat ikkonċernat sakemm ir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni previsti fil-punt (d) jiġu kkonfermati bħala negattivi;

    3.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bi kwalunkwe miżura meħuda skond dan l-Artikolu.

    Artikolu 14

    Id-derogi li għandhom x'jaqsmu ma' sejba pożittiva ta' l-influwenza tat-tjur b'livelli patoġeniċi baxxi u tal-marda ta' Newcastle f'faċilità jew f'ċentru ta' kwarantina approvati

    1.   Meta waqt il-kwarantina wieħed jew aktar għasafar u/jew għasafar tas-sentinella jinstabu li huma infettati bl-influwenza tat-tjur b'livelli patoġeniċi baxxi (LPAI) jew bil-marda ta' Newcastle, l-awtorità kompetenti tista', fuq il-bażi ta' stima tar-riskji, tagħti derogi mill-miżuri previsti fl-Artikolu 13(1)(b) u (2)(b), sakemm dawn id-derogi ma jipperikolawx il-kontroll tal-mard (“id-deroga”).

    L-Istati Membri għandhom jgħarrfu immedjatament lill-Kummissjoni dwar xi derogi simili.

    2.   Meta veterinarju uffiċjali jispezzjona faċilità jew ċentru ta' kwarantina approvati li jkunu ngħataw deroga, u wieħed jew aktar mill-għasafar u/jew għasafar tas-sentinella jinstabu li huma infettati bl-LPAI jew bil-marda ta' Newcastle, il-miżuri stabbiliti fil-paragrafi 3 sa 7 għandhom jiġu mħarsa.

    L-Istati Membri għandhom jgħarrfu immedjatament lill-Kummissjoni dwar xi miżuri bħal dawn.

    3.   Fil-każ ta' sejba pożittiva ta' LPAI, minflok il-kampjuni standard kif previsti fil-manwal dijanjostiku, il-kampjuni li ġejjin għandhom jittieħdu għal ittestjar fil-laboratorju, 21 ġurnata wara d-data ta' l-aħħar sejba pożittiva ta' LPAI fil-faċilità ta' kwarantina approvata jew minn kull unità fiċ-ċentru ta' kwarantina approvat u f'intervalli ta' 21 ġurnata:

    (a)

    kampjuni ta' xi għasafar tas-sentinella mejta jew għasafar oħra li jkunu preżenti fil-waqt tat-teħid tal-kampjuni;

    (b)

    kampjuni trakeali/orofarinġali u mill-kloaka għall-inqas minn 60 għasfur jew mill-għasafar kollha meta hemm inqas minn 60 preżenti fil-faċilità ta' kwarantina approvata jew fl-unità kkonċernata taċ-ċentru ta' kwarantina approvat; jew jekk l-għasafar huma żgħar, eżotiċi u m'humiex imdorrija jinżammu fl-idejn jew jekk jinżammu fl-idejn jistgħu ikunu ta' periklu għan-nies, għandhom jinġabru kampjuni ta' feċi friski; it-teħid tal-kampjuni u l-ittestjar fil-laboratorju ta' dawn il-kampjuni għandhom ikomplu sakemm jinkisbu żewġ riżultati tal-laboratorju negattivi konsekuttivi li għandhom ikunu mill-inqas f'intervall ta' 21 ġurnata.

    Madankollu, l-awtorità kompetenti tista' tagħti derogi mid-daqs tal-kampjun previst f'dan il-paragrafu, fuq il-bażi tar-riżultat ta' stima tar-riskji.

    4.   Fil-każ ta' sejba pożittiva tal-marda ta' Newcastle, l-awtorità kompetenti tista' tagħti deroga biss sakemm fit-30 ġurnata wara l-mewt jew il-fejqan kliniku ta' l-aħħar każ ta' dik il-marda, it-teħid tal-kampjuni skond il-punti 1 u 2 ta' l-Anness VI, filwaqt li ma titqiesx ir-referenza għall-perjodu ta' żmien speċifikat, ikun twettaq b'riżultati negattivi.

    5.   L-għasafar m'għandhomx jinħelsu mill-kwarantina sakemm mill-inqas il-perjodu ta' l-ittestjar fil-laboratorju previst fil-paragrafu 3 jkun skada.

    6.   Il-faċilità ta' kwarantina approvata jew l-unità kkonċernata taċ-ċentru ta' kwarantina approvat għandha tiġi mnaddfa u ddiżinfettata wara li tkun ġiet imbattla. Kwalunkwe materjal jew skart li x'aktarx ġie kkontaminat, kif ukoll l-iskart kollu li jkun akkumula matul il-perjodu ta' l-ittestjar fil-laboratorju previst fil-paragrafu 3 għandu jitneħħa b'tali mod li jiżgura li l-patoġenu ma jinxteridx u jinqered b'tali mod li jiggarantixxi l-qerda tal-virus ta' l-LPAI u tal-marda ta' Newcastle li jkunu preżenti.

    7.   Il-popolazzjoni mill-ġdid tal-faċilità jew taċ-ċentru ta' kwarantina approvati m'għandhiex issir għal perjodu ta' 21 ġurnata wara d-data tat-tlestija ta' l-aħħar tindifa u diżinfettazzjoni kif previst fil-paragrafu 6.

    Artikolu 15

    Azzjoni fil-każ ta' suspett ta' Chlamydiosis

    Jekk waqt il-kwarantina f'faċilità jew ċentru ta' kwarantina approvati, ikun hemm suspett jew konferma li psittaciformes ikunu infettati bil-Chlamydophyla psittaci l-għasafar kollha tal-kunsinna għandhom jiġu ttrattati b’metodu approvat mill-awtorità kompetenti u l-kwarantina għandha tiġi estiża għal mill-inqas xahrejn wara d-data ta' l-aħħar każ irreġistrat.

    Artikolu 16

    Rilaxx minn kwarantina

    L-għasafar għandhom joħorġu biss mill-kwarantina f'faċilità jew ċentru ta' kwarantina approvati, fuq awtorizzazzjoni bil-miktub minn veterinarju uffiċjali.

    Artikolu 17

    Rekwiżiti ta’ notifika u rappurtaġġ

    1.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni fi żmien 24 siegħa kull każ ta' influwenza tat-tjur jew ta' marda ta' Newcastle li jinstab f'faċilità jew ċentru ta' kwarantina approvati.

    2.   L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja fuq bażi annwali:

    (a)

    in-numru ta' għasafar importati permezz ta' faċilitajiet u ċentri ta' kwarantina approvati għal kull speċi u għal kull stabbiliment tat-tgħammir ta' l-oriġini approvat;

    (b)

    informazzjoni dwar ir-rata ta' mortalità għal għasafar importati mill-proċedura ta' ċertifikazzjoni għas-saħħa ta’ l-annimali fil-pajjiż ta' l-oriġini sat-tmiem tal-kwarantina.

    (ċ)

    in-numru ta' każijiet ta' sejbiet pożittivi ta' influwenza tat-tjur, tal-marda ta' Newcastle u ta' Chlamydophyla psittaci f'faċilitajiet jew ċentri ta' kwarantina approvati.

    Artikolu 18

    Spejjeż li għandhom x'jaqsmu mal-kwarantina

    L-ispejjeż kollha tal-kwarantina li saru minħabba l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jitħallsu mill-importatur.

    Artikolu 19

    Revoki

    Id-Deċiżjonijiet 2000/666/KE u 2005/760/KE huma revokati.

    Artikolu 20

    Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2007.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 23 ta' Marzu 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

    (2)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/68/KE (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321); verżjoni kkoreġuta (ĠU L 226, 25.6.2006, p. 128).

    (3)  ĠU L 278, 31.10.2000, p. 26. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid- Deċiżjoni 2002/279/KE (ĠU L 99, 16.4.2002, p. 17).

    (4)  ĠU L 285, 28.10.2005, p. 60. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid- Deċiżjoni [K(2007)1259].

    (5)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

    (6)  ĠU L 237, 31.8.2006, p. 1.

    (7)  ĠU L 166, 19.6.2006, p. 1.


    ANNESS I

    LISTA TA’ PAJJIŻI TERZI LI JISTGĦU JUŻAW IĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA TA’ L-ANNIMALI FL-ANNESS III

    Il-pajjiżi terzi jew partijiet minnhom elenkati fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti I ta' l-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/696/KE (1), fejn il-kolonna 4 ta' dik it-tabella tistipula mudell taċ-ċertifikat veterinarju għat-tjur tat-tgħammir jew għat-tjur produttivi li mhumiex ratiti (BPP).


    (1)  ĠU L 295, 25.10.2006, p. 1.


    ANNESS II

    IL-KONDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-APPROVAZZJONI TA' L-ISTABBILIMENTI TAT-TGĦAMMIR FIL-PAJJIŻ TERZ TA' L-ORIĠINI KIF PREVIST FL-ARTIKOLU 4

    KAPITOLU 1

    L-approvazzjoni ta' l-istabbilimenti tat-tgħammir

    Sabiex jingħata l-approvazzjoni kif previst fl-Artikolu 4, l-istabbiliment tat-tgħammir għandu jikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Kapitolu.

    (1)

    L-istabbiliment tat-tgħammir għandu jkun immarkat b'mod ċar u sseparat mill-ambjent tiegħu jew l-annimali jkunu magħluqa u mqiegħda b'mod li ma jkunux ta' riskju sanitarju għall-azjendi ta' l-annimali li l-istat ta' saħħa tagħhom jista' jitqiegħed fil-periklu.

    (2)

    Għandu jkollu mezzi xierqa sabiex l-annimali jinqabdu, jingħalqu u jkunu iżolati u jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu faċilitajiet ta' kwarantina xierqa u proċeduri approvati għal annimali li ġejjin minn stabbilimenti mhux approvati.

    (3)

    Il-persuna responsabbli għall-istabbiliment tat-tgħammir għandu jkollha esperjenza adegwata fit-tgħammir ta' l-għasafar.

    (4)

    L-istabbiliment tat-tgħammir għandu jkun ħieles mill-influwenza tat-tjur, mill-marda ta' Newcastle u mill-Chlamydophyla psittaci; sabiex jiġi ddikjarat ħieles minn dak il-mard, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel eżami tar-reġistri dwar l-istat ta' saħħa ta' l-annimali miżmuma mill-inqas għat-tliet snin preċedenti qabel id-data ta' l-applikazzjoni għall-approvazzjoni, u tar-riżultati tat-testijiet kliniċi u tal-laboratorji mwettqa fuq l-annimali hemm ġew. Madankollu, l-istabbilimenti tat-tgħammir ġodda għandhom jiġu approvati biss skond ir-riżultati tat-testijiet kliniċi u tal-laboratorji mwettqa fuq l-annimali li jinsabu f'dawn l-istabbilimenti.

    (5)

    Għandu jżomm reġistri aġġornati li jindikaw:

    (a)

    in-numru u l-identità (età, sess, speċi u numru ta' l-identifikazzjoni individwali fejn hu prattiku) ta' l-annimali ta' kull speċi preżenti fl-istabbiliment tat-tgħammir;

    (b)

    in-numru u l-identità (età, sess, speċi u n-numru ta' l-identifikazzjoni individwali fejn hu prattiku) ta' l-annimali li jaslu fl-istabbiliment tat-tgħammir jew jitilqu minnu, flimkien ma' l-informazzjoni dwar l-oriġini jew id-destinazzjoni tagħhom, it-trasport minn jew sa l-istabbiliment tat-tgħammir u l-istat tas-saħħa ta' l-annimali;

    (ċ)

    ir-riżultati tat-testijiet tad-demm jew xi proċeduri dijanjostiċi oħra;

    (d)

    il-każijiet ta' mard u, fejn xieraq, it-trattament mogħti;

    (e)

    ir-riżultati ta' l-eżamijiet post-mortem fuq annimali li mietu fl-istabbiliment tat-tgħammir, inklużi annimali li twieldu mejta;

    (f)

    l-osservazzjonijiet li saru waqt xi perjodu ta' iżolament jew kwarantina;

    (6)

    L-istabbiliment tat-tgħammir għandu jkollu jew arranġament ma' laboratorju kompetenti biex iwettaq eżamijiet post-mortem, jew ikollu post wieħed jew aktar xierqa fejn dawn l-eżamijiet jistgħu jitwettqu minn persuna kompetenti taħt l-awtorità tal-veterinarju approvat.

    (7)

    L-istabbilimenti tat-tgħammir irid ikollhom jew arranġamenti xierqa jew faċilitajiet fuq il-post għar-rimi xieraq ta' l-iġsma ta' annimali li jmutu minn marda jew li jiġu ewtanizzati.

    (8)

    L-istabbiliment tat-tgħammir għandu jiżgura, permezz ta' kuntratt jew strument legali, is-servizzi ta' veterinarju approvat minn u taħt il-kontroll ta' l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz li jesporta, li:

    (a)

    għandu jiżgura li l-miżuri xierqa ta' sorveljanza u kontroll tal-mard li għandhom x'jaqsmu mas-sitwazzjoni tal-mard fil-pajjiż jiġu approvati mill-awtorità kompetenti u applikati fl-istabbiliment tat-tgħammir. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu:

    (i)

    pjan ta' sorveljanza annwali tal-mard li jinkludi kontroll xieraq fuq l-annimali għaż-żoonożi;

    (ii)

    testijiet kliniċi, tal-laboratorju, u post-mortem ta' annimali suspettati li jkunu infettati minn mard li jittieħed;

    (iii)

    tilqim ta' annimali suxxettibbli kontra mard infettiv kif xieraq, b'konformità mal-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi u t-Tilqim għall-Annimali Terrestri ta' l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta' l-Annimali (OIE);

    (b)

    għandu jiżgura li xi mwiet suspettużi jew il-preżenza ta' xi sintomi oħrajn li jissuġġerixxu li l-annimali ħadu l-influwenza tat-tjur, il-marda ta' Newcastle jew il-Chlamydophyla psittaci jkunu mgħarrfa mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz;

    (ċ)

    għandu jiżgura li l-annimali li jidħlu fl-istabbiliment tat-tgħammir ikunu ġew iżolati kif meħtieġ, u skond ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u l-istruzzjonijiet, jekk hemm, mogħtija mill-awtorità kompetenti;

    (d)

    għandu jkun responsabbli għall-konformità ta' kuljum mal-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali ta' dan ir-Regolament u tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-benessri ta' l-annimali waqt it-trasport;

    (9)

    Jekk l-istabbilimenti tat-tgħammir irabbu annimali maħsuba għal laboratorji li jwettqu l-esperimenti, il-kura ġenerali u l-akkommodazzjoni ta' dawn l-annimali għandhom ikunu konformi mal-ħtiġiet ta' l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 86/609/KEE (1).

    KAPITOLU 2

    Iż-żamma ta' l-approvazzjoni ta' l-istabbilimenti tat-tgħammir

    L-istabbilimenti tat-tgħammir għandhom jibqgħu approvati biss bħala tali jekk ikunu konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Kapitolu.

    (1)

    Il-postijiet huma taħt il-kontroll ta' veterinarju uffiċjali mill-awtorità kompetenti, li għandu:

    (a)

    jiżgura li l-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament jintlaħqu;

    (b)

    iżur il-post ta' l-istabbiliment tat-tgħammir mill-inqas darba fis-sena;

    (ċ)

    jivverifika l-attività tal-veterinarju approvat u l-implimentazzjoni tal-pjan annwali ta' sorveljanza tal-mard;

    (d)

    jivverifika li r-riżultati tat-testijiet kliniċi, post-mortem u tal-laboratorju fuq l-annimali ma jkunu żvelaw l-ebda okkorrenza ta' influwenza tat-tjur, marda ta' Newcastle jew Chlamydophyla psittaci.

    (2)

    L-annimali li ġejjin biss minn stabbiliment ieħor tat-tgħammir approvat huma introdotti fl-istabbiliment tat-tgħammir, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

    (3)

    L-istabbiliment tat-tgħammir għandu jżomm ir-reġistri msemmija fil-punt 5 tal-Kapitolu 1 wara d-data ta' l-approvazzjoni, għal perjodu ta' mill-inqas għaxar snin.

    KAPITOLU 3

    Il-kwarantina ta' l-għasafar introdotti minn għejun oħra li m'humiex stabbilimenti tat-tgħammir approvati

    Permezz ta' deroga mill-punt 2 tal-Kapitolu 2, l-għasafar introdotti minn għejun oħra li m'humiex stabbilimenti tat-tgħammir approvati, jistgħu jiġu introdotti fi stabbiliment tat-tgħammir wara li tingħata l-approvazzjoni għal din l-introduzzjoni mill-awtorità kompetenti, sakemm dawn l-annimali jgħaddu minn kwarantina skond l-istruzzjonijiet mogħtija mill-awtorità kompetenti qabel ma jkunu miżjuda ma' l-oħrajn. Il-perjodu ta' kwarantina għandu jkun ta' mill-inqas 30 ġurnata.

    KAPITOLU 4

    Is-sospensjoni, l-irtirar u l-għoti mill-ġdid ta' l-approvazzjoni ta' stabbilimenti tat-tgħammir

    Il-proċeduri sabiex l-approvazzjoni ta' l-istabbilimenti tat-tgħammir tkun parzjalment jew kompletament sospiża, irtirata jew mogħtija mill-ġdid għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Kapitolu.

    (1)

    Meta l-awtorità kompetenti ssib li stabbiliment tat-tgħammir m'għadux konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2, jew li kien hemm bidla fl-użu b'mod li m'għadux jintuża esklussivament għat-tgħammir ta' l-għasafar, hi għandha tissospendi jew tirtira l-approvazzjoni ta' dan l-istabbiliment.

    (2)

    Meta l-awtorità kompetenti tkun irċeviet notifika ta' xi suspett ta' influwenza tat-tjur, marda ta' Newcastle jew Chlamydophyla psittaci, hi għandha tissospendi l-approvazzjoni ta' l-istabbiliment tat-tgħammir, sakemm is-suspett jiġi eskluż b'mod uffiċjali. Hi għandha tiżgura li jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġi kkonfermat jew eskluż is-suspett u li jiġi evitat it-tixrid tal-mard, skond il-ħtiġiet tal-leġiżlazzjoni Komunitarja li tirregola l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-marda kkonċernata u dwar il-kummerċ ta' l-annimali.

    (3)

    Meta l-marda suspettata tiġi kkonfermata, l-awtorità kompetenti tista' tapprova biss l-istabbiliment tat-tgħammir mill-ġdid skond il-Kapitolu 1 wara:

    (a)

    il-qerda tal-marda u ta' l-għajn ta' infezzjoni fl-istabbiliment tat-tgħammir;

    (b)

    it-tindif u d-diżinfettazzjoni xierqa ta' l-istabbiliment tat-tgħammir;

    (ċ)

    it-twettiq tal-kondizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu 1 ta' dan l-Anness, bl-eċċezzjoni tal-punt 4.

    (4)

    L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf immedjatament lill-Kummissjoni dwar is-sospensjoni, l-irtirar jew l-għoti mill-ġdid ta' l-approvazzjoni ta' kwalunkwe stabbiliment tat-tgħammir.


    (1)  ĠU L 358, 18.12.1986, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 230, 16.9.2003, p. 32).


    ANNESS III

    kif imsemmi fil-punt e ta' l-artikolu 5

    ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA TA' L-ANNIMALI

    għall-importazzjoni ta' ċerti għasafar minbarra t-tjur ta’ l-irziezet maħsuba għad-dispaċċ lejn il-Komunità.

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    L-ANNESS IV

    kif imsemmi fl-artikolu 6

    KONDIZZJONIJIET MINIMI GĦAL FAĊILITAJIET U ĊENTRI APPROVATI TA’ KWARANTINA GĦALL-GĦASAFAR

    Il-faċilitajiet u ċ-ċentri ta' kwarantina approvati għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2.

    KAPITOLU 1

    Kostruzzjoni u tagħmir ta' faċilitajiet jew ċentri ta’ kwarantina

    (1)

    Il-faċilità jew iċ-ċentru ta' kwarantina għandu jkun bini separat jew binjiet li jkunu separati minn azjendi oħra tat-tjur u ta' l-għasafar b'distanza speċifikata mill-awtorità kompetenti fuq il-bażi ta' stima tar-riskji li tqis l-epidemjoloġija ta' l-influwenza tat-tjur u tal-marda ta' Newcastle. Bibien tad-dħul/ħruġ iridu jkunu jissakkru b’sinjali li jindikaw: “KWARANTINA — Persuni mhux awtorizzati ma jistgħux jidħlu”.

    (2)

    Kull unità ta’ kwarantina fiċ-ċentru ta' kwarantina trid tokkupa spazju ta’ l-ajru separat.

    (3)

    Il-faċilità jew iċ-ċentru ta’ kwarantina jridu jkunu protetti minn għasafar, dubbien u dud u siġillabbli sabiex jippermettu d-duħħan ta’ diżinfettazzjoni jgħaddi.

    (4)

    Il-faċilità ta' kwarantina approvata u kull unità ta' ċentru ta' kwarantina approvat għandhom ikunu mgħammra b'faċilitajiet għall-ħasil ta' l-idejn.

    (5)

    Il-bibien tad-dħul u tal-ħruġ għall-faċilità ta' kwarantina approvata u għal kull unità ta' ċentru ta' kwarantina approvat għandhom ikunu b’sistemi ta’ bieb doppju.

    (6)

    Fruntieri iġjeniċi jridu jiġu installati f’kull daħla/ħarġa għall-faċilità ta' kwarantina approvata u għall-unitajiet differenti ta' ċentru ta' kwarantina approvat.

    (7)

    It-tagħmir kollu jrid ikun magħmul b’mod li jkun jista’ jiġi mnaddaf u ddiżinfettat.

    (8)

    Il-ħażna ta’ l-għalf għandha tirreżisti l-għasafar u l-gerriema u trid tkun protetta mill-insetti.

    (9)

    Għandu jkun hemm reċipjent disponibbli għall-ħażna ta’ l-skart u għandu jirreżisti l-għasafar u l-gerriema.

    (10)

    Friġġ u/jew friża għandhom ikunu disponibbli biex iżommu l-karkassi.

    KAPITOLU 2

    Rekwiżiti ta' ġestjoni

    (1)

    Il-faċilitajiet u ċ-ċentri ta' kwarantina approvati jeħtieġu li:

    (a)

    ikollhom sistema ta’ kontroll effiċjenti sabiex jiżguraw sorveljanza adegwata ta’ l-annimali;

    (b)

    ikunu taħt il-kontroll u r-responsabbiltà tal-veterinarju uffiċjali;

    (ċ)

    jiġu mnaddfa u ddiżinfettati skond programm approvat mill-awtorità kompetenti fejn wara għandu jkun hemm perjodu ta’ mistrieħ xieraq; id-diżinfettanti użati jridu jkunu approvati għal dak l-iskop mill-awtorità kompetenti.

    (2)

    Għal kull kunsinna ta' għasafar taħt kwarantina:

    (a)

    il-faċilità ta' kwarantina approvata jew l-unità ta' ċentru ta' kwarantina approvat għandhom ikunu mnaddfa u ddiżinfettati u mbagħad jinżammu ħielsa mill-għasafar għal mill-inqas sebat ijiem qabel ma jkunu introdotti l-għasafar importati;

    (b)

    il-kunsinna ta' l-għasafar għandha tiġi minn stabbiliment tat-tgħammir approvat wieħed fil-pajjiż terz ta' l-oriġini u tkun introdotta matul perjodu ta' mhux aktar minn 48 siegħa;

    (ċ)

    il-perjodu ta' kwarantina għandu jibda meta l-aħħar għasfur jiġi introdott;

    (d)

    il-faċilità ta' kwarantina approvata jew l-unità ta' ċentru ta' kwarantina approvat għandu jiġi mbattal mill-għasafar, imnaddaf u ddiżinfettat fi tmiem il-perjodu ta' kwarantina.

    (3)

    Prekawzjonijiet għandhom jittieħdu għal prevenzjoni ta’ kontaminazzjoni li tittieħed bejn kunsinni li jidħlu u joħorġu.

    (4)

    L-ebda persuna li mhix awtorizzata ma tista’ tidħol fil-faċilità jew fiċ-ċentru ta' kwarantina approvati.

    (5)

    Persuni li jidħlu fil-faċilità jew fiċ-ċentru ta' kwarantina approvati jridu jilbsu ilbies kif ukoll żraben protettivi.

    (6)

    Ma jistgħu jseħħu l-ebda kuntatti bejn il-persunal, li jistgħu jikkawżaw kontaminazzjoni bejn il-faċilitajiet ta' kwarantina approvati jew l-unitajiet ta' ċentri ta' kwarantina approvati.

    (7)

    Tagħmir xieraq għandu jkun disponibbli għal tindif u diżinfettazzjoni.

    (8)

    Jekk tintuża identifikazzjoni permezz ta' ċippa elettronika, apparat li jaqra l-informazzjoni miċ-ċippa elettronika għandu jkun disponibbli fiċ-ċentru jew fil-faċilità ta' kwarantina approvati.

    (9)

    Tindif u diżinfettazzjoni tal-gaġeġ jew taċ-ċestuni użati għat-trasport iridu jsiru fil-faċilità jew fiċ-ċentru ta' kwarantina approvati, sakemm ma jiġux meqruda. Jekk jerġgħu jintużaw, iridu jkunu magħmula minn materjal li jippermetti tindif u diżinfettazzjoni effettivi. Il-gaġeġ u ċ-ċestuni jridu jiġu meqruda b’tali mod li jkun evitat tifrix ta’ aġenti tal-mard.

    (10)

    Il-materjal taż-żibel u ta’ l-iskart għandu jinġabar regolarment, maħżun fir-reċipjent taż-żibel u sussegwentement jiġi ttrattat b’tali mod li jkun evitat tifrix ta’ aġenti tal-mard.

    (11)

    Karkassi ta’ għasafar iridu jiġu eżaminati f’laboratorju uffiċjali magħżul mill-awtorità kompetenti.

    (12)

    L-analiżi u t-trattamenti ta' l-għasafar meħtieġa, iridu jsiru b’konsultazzjoni ma’ u taħt il-kontroll tal-veterinarju uffiċjali.

    (13)

    Il-veterinarju uffiċjali jrid jiġi mgħarraf b’mard u mewt ta’ għasafar u/jew għasafar tas-sentinella waqt il-kwarantina.

    (14)

    Il-persuna responsabbli mill-faċilità jew miċ-ċentru ta' kwarantina approvati trid iżżomm reġistru ta':

    (a)

    id-data, in-numru u l-ispeċi ta’ għasafar li jidħlu u joħorġu għal kull kunsinna;

    (b)

    il-kopji taċ-ċertifikati tas-saħħa ta' l-annimali u d-Dokumenti Veterinarji Komuni għad-Dħul li jakkumpanjaw l-għasafar importati;

    (ċ)

    in-numri ta' identifikazzjoni individwali ta' l-għasafar importati, u fil-każ ta' identifikazzjoni permezz ta' ċippa elettronika, id-dettalji tat-tip ta' ċippa elettronika u l-apparat li ntuża biex jaqra l-informazzjoni għandhom jiġu rreġistrati;

    (d)

    Jekk fil-faċilità jew fiċ-ċentru ta' kwarantina jintużaw għasafar tas-sentinella, in-numru u t-tqegħid ta' l-għasafar tas-sentinella fil-faċilità jew fiċ-ċentru ta' kwarantina;

    (e)

    kull osservazzjoni sinifikanti: il-każijiet ta’ mard u n-numru ta’ mwiet kuljum;

    (f)

    id-dati u r-riżultati ta’ l-ittestjar;

    (g)

    it-tipi u d-dati ta’ trattament;

    (h)

    il-persuni li jidħlu u jitilqu mill-faċilità jew ċentru ta’ kwarantina.

    (15)

    Ir-reġistri msemmija fil-punt 14 għandhom jinżammu mill-inqas għal għaxar snin.

    KAPITOLU 3

    Is-sospensjoni, l-irtirar u l-għoti mill-ġdid ta' l-approvazzjoni ta' faċilitajiet u ċentri ta' kwarantina

    Il-proċeduri sabiex l-approvazzjoni tal-faċilitajiet u ċentri ta' kwarantina tkun parzjalment jew kompletament sospiża, irtirata jew mogħtija mill-ġdid għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Kapitolu.

    (1)

    Meta l-awtorità kompetenti ssib li faċilità jew ċentru ta' kwarantina m'għadux konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2, jew kien hemm bidla fl-użu b'mod li m'għadux kopert mill-Artikoli 3(e) u (f), hi għandha tgħarraf lill-Kummissjoni b'dan il-fatt. Dawn il-faċilitajiet jew ċentri ta' kwarantina m'għandhomx jintużaw għall-importazzjoni skond dan l-att.

    (2)

    L-approvazzjoni lil faċilità jew ċentru ta' kwarantina għandha tingħata mill-ġdid biss meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 jerġgħu ikunu mwettqa.


    ANNESS V

    LISTA TA' FAĊILITAJIET U ĊENTRI APPROVATI KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(1)

    Il-kodiċi ISO tal-pajjiż

    L-isem tal-pajjiż

    In-numru ta' l-approvazzjoni tal-faċilità jew taċ-Ċentru ta' kwarantina

    AT

    L-AWSTRIJA

    AT OP Q1

    AT

    L-AWSTRIJA

    AT-NK-Q-1

    AT

    L-AWSTRIJA

    AT-KO-Q1

    AT

    L-AWSTRIJA

    AT-3-ME-Q1

    AT

    L-AWSTRIJA

    AT-4-KI-Q1

    AT

    L-AWSTRIJA

    AT 4 WL Q 1

    AT

    L-AWSTRIJA

    AT-4-VB-Q1

    AT

    L-AWSTRIJA

    AT 6 10 Q 1

    AT

    L-AWSTRIJA

    AT 6 04 Q 1

    BE

    IL-BELĠJU

    BE VQ 1003

    BE

    IL-BELĠJU

    BE VQ 1010

    BE

    IL-BELĠJU

    BE VQ 1011

    BE

    IL-BELĠJU

    BE VQ 1012

    BE

    IL-BELĠJU

    BE VQ 1013

    BE

    IL-BELĠJU

    BE VQ 1016

    BE

    IL-BELĠJU

    BE VQ 1017

    BE

    IL-BELĠJU

    BE VQ 3001

    BE

    IL-BELĠJU

    BE VQ 3008

    BE

    IL-BELĠJU

    BE VQ 3014

    BE

    IL-BELĠJU

    BE VQ 3015

    BE

    IL-BELĠJU

    BE VQ 4009

    BE

    IL-BELĠJU

    BE VQ 4017

    BE

    IL-BELĠJU

    BE VQ 7015

    CY

    ĊIPRU

    CB 0011

    CY

    ĊIPRU

    CB 0012

    CY

    ĊIPRU

    CB 0061

    CY

    ĊIPRU

    CB 0013

    CY

    ĊIPRU

    CB 0031

    CZ

    IR-REPUBBLIKA ĊEKA

    21750005

    CZ

    IR-REPUBBLIKA ĊEKA

    21750016

    CZ

    IR-REPUBBLIKA ĊEKA

    21750027

    CZ

    IR-REPUBBLIKA ĊEKA

    21750038

    CZ

    IR-REPUBBLIKA ĊEKA

    32750007

    CZ

    IR-REPUBBLIKA ĊEKA

    61750009

    CZ

    IR-REPUBBLIKA ĊEKA

    62750011

    CZ

    IR-REPUBBLIKA ĊEKA

    71750000

    CZ

    IR-REPUBBLIKA ĊEKA

    71750011

    DE

    IL-ĠERMANJA

    BW-1

    DE

    IL-ĠERMANJA

    BY-1

    DE

    IL-ĠERMANJA

    BY-2

    DE

    IL-ĠERMANJA

    BY-3

    DE

    IL-ĠERMANJA

    BY-4

    DE

    IL-ĠERMANJA

    HE-1

    DE

    IL-ĠERMANJA

    NI-1

    DE

    IL-ĠERMANJA

    NI-2

    DE

    IL-ĠERMANJA

    NI-3

    DE

    IL-ĠERMANJA

    NW-1

    DE

    IL-ĠERMANJA

    NW-2

    DE

    IL-ĠERMANJA

    NW-3

    DE

    IL-ĠERMANJA

    NW-4

    DE

    IL-ĠERMANJA

    NW-5

    DE

    IL-ĠERMANJA

    NW-6

    DE

    IL-ĠERMANJA

    NW-7

    DE

    IL-ĠERMANJA

    NW-8

    DE

    IL-ĠERMANJA

    RP-1

    DE

    IL-ĠERMANJA

    SN-1

    DE

    IL-ĠERMANJA

    SN-2

    DE

    IL-ĠERMANJA

    ST-1

    DE

    IL-ĠERMANJA

    SH-1

    DE

    IL-ĠERMANJA

    TH-1

    DE

    IL-ĠERMANJA

    TH-2

    DK

    ID-DANIMARKA

    DK-VQB-2002-001

    ES

    SPANJA

    ES/01/02/05

    ES

    SPANJA

    ES01/02/01

    ES

    SPANJA

    ES05/02/12

    ES

    SPANJA

    ES05/03/13

    ES

    SPANJA

    ES07/02/02

    ES

    SPANJA

    ES08/02/03

    ES

    SPANJA

    ES09/02/09

    ES

    SPANJA

    ES09/02/10

    ES

    SPANJA

    ES13/02/08

    ES

    SPANJA

    ES15/02/06

    ES

    SPANJA

    ES17/02/07

    ES

    SPANJA

    ES04/03/11

    ES

    SPANJA

    ES04/03/14

    ES

    SPANJA

    ES09/03/15

    ES

    SPANJA

    ES01/04/16

    ES

    SPANJA

    ES09/04/17

    ES

    SPANJA

    ES/09/06/18

    FR

    FRANZA

    38.193.01

    GR

    IL-GREĊJA

    GR.1

    GR

    IL-GREĊJA

    GR.2

    HU

    L-UNGERIJA

    HU12MK001

    IE

    L-IRLANDA

    IRL-HBQ-1-2003 Unit A

    IT

    L-ITALJA

    003AL707

    IT

    L-ITALJA

    305/B/743

    IT

    L-ITALJA

    132BG603

    IT

    L-ITALJA

    170BG601

    IT

    L-ITALJA

    233BG601

    IT

    L-ITALJA

    068CR003

    IT

    L-ITALJA

    006FR601

    IT

    L-ITALJA

    054LCO22

    IT

    L-ITALJA

    I — 19/ME/01

    IT

    L-ITALJA

    119RM013

    IT

    L-ITALJA

    006TS139

    IT

    L-ITALJA

    133VA023

    MT

    MALTA

    BQ 001

    NL

    L-OLANDA

    NL-13000

    NL

    L-OLANDA

    NL-13001

    NL

    L-OLANDA

    NL-13002

    NL

    L-OLANDA

    NL-13003

    NL

    L-OLANDA

    NL-13004

    NL

    L-OLANDA

    NL-13005

    NL

    L-OLANDA

    NL-13006

    NL

    L-OLANDA

    NL-13007

    NL

    L-OLANDA

    NL-13008

    NL

    L-OLANDA

    NL-13009

    NL

    L-OLANDA

    NL-13010

    PL

    IL-POLONJA

    14084501

    PT

    IL-PORTUGALL

    05.01/CQA

    PT

    IL-PORTUGALL

    01.02/CQA


    ANNESS VI

    PROĊEDURI TA’ EŻAMI, TEĦID TA’ KAMPJUNI U TTESTJAR GĦALL-INFLUWENZA TAT-TJUR U L-MARDA TA' NEWCASTLE

    (1)

    Waqt il-kwarantina jew l-għasafar tas-sentinella jew jekk ma jintużawx l-għasafar tas-sentinella, l-għasafar importati għandhom ikunu suġġetti għall-proċeduri li ġejjin:

    (a)

    Bl-użu ta' l-għasafar tas-sentinella:

    (i)

    kampjuni tad-demm għal eżami seroloġiku jridu jittieħdu mill-għasafar tas-sentinella kollha mhux inqas minn 21 ġurnata wara li dawn jidħlu fil-kwarantina u mill-inqas tlett ijiem qabel it-tmiem tal-kwarantina;

    (ii)

    jekk l-għasafar tas-sentinella juru riżultati seroloġiċi pożittivi jew inkonklużivi għall-kampjuni msemmija fi (i), l-għasafar importati jridu jkunu suġġetti għal eżami viroloġiku; Kampjuni mill-kloaka (jew feċi) u kampjuni trakeali/orofarinġali jridu jittieħdu minn għall-inqas 60 għasfur jew mill-għasafar kollha jekk il-kunsinna hija inqas minn 60 għasfur;

    (b)

    Mingħajr l-użu ta' l-għasafar tas-sentinella, l-għasafar importati jridu jkunu eżaminati viroloġikament (ittestjar seroloġiku ma jkunx adegwat). Kampjuni trakeali/orofarinġali u/jew mill-kloaka (jew feċi) iridu jittieħdu minn għall-inqas 60 għasfur jew mill-għasafar kollha jekk il-kunsinna hija inqas minn 60 għasfur, matul l-ewwel 7 sa 15-il ġurnata tal-kwarantina.

    (2)

    Minbarra l-ittestjar stabbilit fil-punt 1, il-kampjuni li ġejjin se jittieħdu għal eżami viroloġiku:

    (a)

    kampjuni mill-kloaka (jew feċi) u kampjuni trakeali/orofarinġali, jekk possibbli, minn għasafar morda klinikament jew għasafar tas-sentinella morda;

    (b)

    mill-kontenuti intestinali, il-moħħ, it-trachea, il-pulmuni, il-fwied, il-milsa, il-kliewi u organi oħra affettwati b'mod ovvju, mill-aktar fis possibbli wara l-mewt relatata ma' waħda minn dawn it-tnejn;

    (i)

    l-għasafar tas-sentinella mejta u l-għasafar kollha mejta mal-wasla u dawk li jmutu waqt il-kwarantina, jew

    (ii)

    fil-każ ta’ mortalità għolja f’għasafar żgħar ta’ kunsinni kbar minn għall-inqas 10 % ta’ l-għasafar mejta.

    (3)

    L-ittestjar viroloġiku u seroloġiku kollu ta' kampjuni meħuda waqt il-kwarantina jrid jitwettaq f'laboratorji uffiċjali magħżula mill-awtorità kompetenti li tuża proċeduri dijanjostiċi skond il-manwal dijanjostiku għall-influwenza tat-tjur u l-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi u t-Tilqim għall-Annimali Terrestri ta' l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta' l-Annimali (OIE) għall-marda ta' Newcastle. Għal eżami viroloġiku ta’ kollezzjoni ta’ kampjuni sa massimu ta’ ħames kampjuni ta’ għasafar individwali f’kollezzjoni waħda huma permessi. Materjal ta' feċi jrid jiġi miġbur separatament minn kampjuni ta’ tessuti u organi oħra.

    (4)

    Iżolati ta’ virus iridu jintbagħtu lill-laboratorju ta’ referenza nazzjonali.


    Top