EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003D0033
2003/33/EC: Council Decision of 19 December 2002 establishing criteria and procedures for the acceptance of waste at landfills pursuant to Article 16 of and Annex II to Directive 1999/31/EC
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi l-kriterji u proċeduri għall-aċċettazzjoni ta’ skart f’ terraferma artifiċjali skond l-Artikolu 16 ta’ u l-Anness II tad-Direttiva 1999/31/KE
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi l-kriterji u proċeduri għall-aċċettazzjoni ta’ skart f’ terraferma artifiċjali skond l-Artikolu 16 ta’ u l-Anness II tad-Direttiva 1999/31/KE
ĠU L 11, 16/01/2003, p. 27–49
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi l-kriterji u proċeduri għall-aċċettazzjoni ta’ skart f’ terraferma artifiċjali skond l-Artikolu 16 ta’ u l-Anness II tad-Direttiva 1999/31/KE
Official Journal L 011 , 16/01/2003 P. 0027 - 0049
CS.ES Chapter 15 Volume 07 P. 314 - 336
ET.ES Chapter 15 Volume 07 P. 314 - 336
HU.ES Chapter 15 Volume 07 P. 314 - 336
LT.ES Chapter 15 Volume 07 P. 314 - 336
LV.ES Chapter 15 Volume 07 P. 314 - 336
MT.ES Chapter 15 Volume 07 P. 314 - 336
PL.ES Chapter 15 Volume 07 P. 314 - 336
SK.ES Chapter 15 Volume 07 P. 314 - 336
SL.ES Chapter 15 Volume 07 P. 314 - 336
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi l-kriterji u proċeduri għall-aċċettazzjoni ta’ skart f’ terraferma artifiċjali skond l-Artikolu 16 ta’ u l-Anness II tad-Direttiva 1999/31/KE (2003/33/KE) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’ terraferma artifiċjali [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tagħha u l-Anness II hemm mehmus, Billi: (1) Bis-saħħa ta’ l-Artikolu 16 tad-Direttiva 1999/31/KE, il-Kummissjoni għandha tadotta kriterji speċifiċi u/jew metodi ta’ test u valuri assoċjati ta’ limitu għal kull klassi ta’ terraferma artifiċjali. (2) Proċedura għandha tiġi preskritta biex tiġi stabbilita l-aċċettabilità ta’ skart f’ terraferma artifiċjali. (3) Limiti ta’ valuri u kriterji oħra għandhom jiġu ffissati għal skart aċċettabbli fil-klassijiet differenti ta’ terraferma artifiċjali. (4) Il-metodi tat-test li għandhom jintużaw għall-istabbiliment ta’ aċċettabilità ta’ skart f’ terraferma artifiċjali għandhom jiġu stabbiliti. (5) Huwa xieraq minn punt di vista tekniku li jkun eżentat mill-kriterji u l-proċeduri stipulati fl-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni dak l-iskart ġenerat mill-industrija estrattiva li jiġi depositat fuq il-post. (6) Perjodu adattat qasir ta’ transizzjoni għandu jingħata lill-Istati Membri biex jiżviluppaw is-sistema meħtieġa biex japplikaw din id-Deċiżjoni u perjodu ieħor qasir transitorju jista’ jkun meħtieġ għall-Istati Membri biex jassiguraw l-applikazzjoni tal-valuri tal-limiti. (7) Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni m’humiex skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta’ Lulju 1975 dwar l-iskart [2]). Għalhekk huma għandhom ikunu adottati mill-Kunsill skond l-Artikolu 18(4) ta’ dik id-Direttiva, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: L-Artikolu 1 Din id-Deċiżjoni tistabblixxi l-kriterji u l-proċeduri għall-aċċettazzjoni ta’ skart f’ terraferma artifiċjali skond il-prinċipji stipulati fid-Direttiva 1999/31/KE u b’mod partikolari fl-Anness II hemm mehmus. L-Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura kif stipulata fit-taqsima 1 ta’ l-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni biex jistabbilixxu l-aċċettabilità ta’ l-iskart f’ terraferma artifiċjali. L-Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-iskart jiġi aċċettat f’ terraferma artifiċjali biss jekk jikkonforma mal-kriterji ta’ aċċettazzjoni tal-klassi relevanti tat-terraferma artifiċjali kif stipulata fit-taqsima 2 ta’ l-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni. L-Artikolu 4 Il-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u ttestjar elenkati fit-taqsima 3 ta’ l-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni għandhom jintużaw għad-determinazzjoni ta’ l-aċċettabilità ta’ skart f’ terraferma artifiċjali. L-Artikolu 5 Mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni eżistenti tal-Komunità, il-kriterji u l-proċeduri kif stipulati fl-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni m’għandhomx japplikaw għal skart li jirriżulta minn prospettar, estrazzjoni, trattament u ħażna ta’ riżorsi minerali lanqas mit-tħaddim ta’ barrieri, meta jiġi depositat fuq il-post. Fin-nuqqas ta’ leġislazzjoni speċifika tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-kriterji u l-proċeduri nazzjonali. L-Artikolu 6 Kull emendi meħtieġa għall-aġġornar futur ta’ din id-Deċiżjoni għall-progress xjentifiku u tekniku għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni, megħjuna mill-Kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 18 tad-Diretiiva 75/442/KEE, per eżempju l-aġġustament ta’ parametri fil-listi tal-valuri tal-limiti u/jew żvilupp ta’ kriterji ta’ aċċettazzjoni u valuri tal-limiti għal subkategoriji addizzjonali ta’ terraferma artifiċjali għal skart mhux perikoluż. L-Artikolu 7 1. Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mis-16 ta’ Lulju 2004. 2. L-Istati Membri għandhom japplikaw il-kriterji stipulati fit-taqsima 2 ta’ l-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni sas-16 ta’ Lulju 2005. L-Artikolu 8 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fid-19 ta’ Diċembru 2002. Għall-Kunsill Il-President M. Fischer Boel [1] ĠU L 182, tas-16.7.1999, p. 1. [2] ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 39. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/350/KE (ĠU L 135, tas-6.6.1996, p. 32). -------------------------------------------------- L-ANNESS KRITERJI U PROĊEDURI GĦALL-AĊĊETTAZZJONI TA’ SKART F’ TERRAFERMA ARTIFIĊJALI Introduzzjoni Dan l-Anness jistupula l-klassifikazzjoni uniformi ta’ skart u l-proċedura ta’ aċċettazzjoni ta’ skart skond l-Anness II li jinsab mad-Direttiva 1999/31/KE dwar it-terraferma artifiċjali ta’ skart (id-"Direttiva tat-terraferma artifiċjali"). Skond l-Artikolu 176 tat-Trattat, l-Istati Membri m’humiex prevjenuti milli jżommu jew jintroduċu miżuri protettivi aktar strinġenti minn dawk stabbiliti f’dan l-Anness, sakemm miżuri bħal dawk ikunu kompatibbli mat-Trattat. Dawk l-miżuri għandhom ikunu notifikati lill-Kummissjoni. Dan jista’ jkun ta’ relevanza partikolari b’referenza għall-valuti tal-limitu għall-kadmju u l-merkurju fit-taqsima 2. L-Istati Membri jistgħu wkoll jintroduċu valuri tal-limitu għal komponenti mhux inklużi fit-taqsima 2. It-taqsima 1 ta’ dan l-Anness tistipula l-proċedura li tistabbilixxi l-aċċettabilità ta’ skart f’ terraferma artifiċjali. Din il-proċedura tikkonsisti fil-karatterizzazzjoni bażika, ittestjar ta’ konformità u verifikazzjoni fuq is-sit kif definita fit-taqsima 3 ta’ l-Anness II li jinsab mad-Direttiva tat-terraferma artifiċjali. It-taqsima 2 ta’ dan l-Anness tippreskrivi l-kriterji ta’ aċċettazzjoni għal kull klassi ta’ terraferma artifiċjali. Skart jista’ jiġi aċċettat f’ terraferma artifiċjali biss jekk ikun jikkonforma mal-kriterji ta’ aċċettazzjoni tal-klassi relevanti ta’ terraferma artifiċjali kif preskritta fit-taqsima 2 ta’ dan l-Anness. It-taqsima 3 ta’ dan l-Anness telenka l-metodi li għandhom jintużaw għall-kampjonar u l-ittestjar ta’ l-iskart. L-Appendiċi A jiddefinixxi l-istima ta’ sigurezza li għandha titwettaq għall-ħażna taħt l-art. L-Appendiċi B huwa Annes informattiv li jipprovdi deskrizzjoni qasira ta’ għażliet ta’ terraferma artifiċjali disponibbli fid-Direttiva u eżempji ta’ subkategorizzazzjoni possibbli ta’ skart mhux perikoluż tat-terraferma artifiċjali. 1. PROĊEDURA GĦALL-AĊĊETTAZZJONI TA’ SKART F’ TERRAFERMA ARTIFIĊJALI 1.1. Karetterizzazzjoni bażika Il-karatterizzazzjoni bażika hija l-ewwel pass fil-proċedura ta’ aċċettazzjoni u tikkostitwixxi karatterizzazzjoni sħiħa ta’ l-iskart billi tiġbor l-informazzjoni kollha meħtieġa għad-disponiment b’sigurezza ta’ skart f’perjodu ta’ żmien fit-tul. Il-karatterizzazzjoni bażika hija meħtieġa għal kull tip ta’ skart. 1.1.1. Funzjonijiet ta’ karatterizzazzjoni bażika (a) Informazzjoni bażika dwar l-iskart (tip u oriġini, komposizzjoni, konsistenza, lissibilità u — fejn meħtieġ u disponibbli — proprjetajiet oħra karatteristiċi) (b) Informazzjoni bażika biex jiġi miftiehem il-komportament ta’ l-iskart fit-terraferma artifiċjali u għażliet għat-trattament kif preskritt fl-Artikolu 6(a) tad-Direttiva tat-terraferma artifiċjali (ċ) Stmar ta’ l-iskart kontra valuri tal-limiti (d) Skoprir tal-varjabbli prinċipali (parametri kritiċi) għall-ittestjar tal-konformità u għażliet għas-simplifikazzjoni ta’ l-ittestjar tal-konformità (li jwassal għal tnaqqis sinjifikanti fil-kostitwenti li għandhom jitkejjlu, iżda bis wara l-wiri ta’ l-informazzjoni relevanti). Il-karatterizzazzjoni tista’ twassal proporzjonijiet bejn il-akratterizzazzjoni bażika u r-riżultati ta’ proċeduri simplifikati tat-test kif ukoll il-frekwenza għall-ittestjar ta’ konformità. Jekk il-karatterizzazzjoni bażika ta’ l-iskart turi li l-iskart jikkonforma mal-kriterji għal klassi ta’ terraferma artifiċjali kif preskritt fit-taqsima 2 ta’ dan l-Anness, l-iskart huwa meqjus li jkun aċċettabbli għal din il-klassi ta’ terraferma artifiċjali. Jekk dan ma jkunx il-każ, l-iskart mhux aċċettabbli għal din il-klassi ta’ terraferma artifiċjali. Il-produttur ta’ l-iskart jew, fin-nuqqas il-persuna responsabbli għall-immaniġġar tiegħu, hija responsabbli biex tassigura li l-informazzjoni tal-karatterizzazzjoni hija korretta. L-operatur għandu jżomm rekords ta’ l-informazzjoni meħtieġa għal perjodu li għandu jiġi definit mill-Istat Membru. 1.1.2. Ħtiġiet fundamentali għall-karetterizzazzjoni bażika ta’ l-iskart (a) Sors u oriġini ta’ l-iskart (b) Informazzjoni dwar il-proċess li jipproduċi l-iskart (deskrizzjoni u karatteristiċi tal-materja prima u prodotti) (ċ) Deskrizzjoni tat-trttament ta’ l-iskart applikat b’konformità ma’ l-Artikolu 6(a) tad-Direttiva dwar it-terraferma artifiċjali, jew dikjarazzjoni tar-raġunijiet għaliex dak it-trattament mhux meqjus meħtieġ (d) Tagħrif dwar il-komposizzjoni ta’ l-iskart u l-komprtament tal-lissija, fejn relevanti (e) Dehra ta’ l-iskart (riħa, kulur, forma fiżika) (f) Kodiċi skond il-lista Ewropea ta’ l-iskart (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/118/KE) [1] (g) Għal skart perikoluż fil-każ ta’ daħliet mera: il-proprjetajiet relevanti tal-perikolu skond l-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar skart perikoluż [2] (h) Informazzjoni li tipprova li l-iskart ma jaqax taħt l-esklużżjonijiet ta’ l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva tat-terraferma artifiċjali (i) Il-klassi ta’ terraferma artifiċjali li fiha l-iskart jista’ jiġi aċċettat (j) Jekk meħtieġ, prekawzjonijiet addizzjonali li għandhom jittieħdu fit-terraferma artifiċjali (k) Ivverifika jekk l-iskart jistgħax jiġi riċiklat jew irkuprat. 1.1.3. Ittestjar Bħala regola ġenerali l-iskart għandu jiġi ttestjat biex tinkiseb l-informazzjoni ta’ hawn fuq. B’żieda mal-komportament tal-lissija, il-komposizzjoni ta’ l-iskart għandha tkun magħrufa jew stabbilita permezz ta’ ittestjar. It-testijiet użati għall-karatterizzazzjoni bażika għandhom dejjem jinkludu dawk li għandhom jintużaw għall-ittestjar ta’ konformità. Il-kontenut tal-karatterizzazzjoni, il-limitu ta’ ittestjar tal-laboratorju meħtieġ u r-relazzjoni bejn il-karatterizzazzjoni bażika u l-verifikar tal-konformità jiddependi fuq it-tip ta’ skart. Tista ssir differenzazzjoni bejn: (a) skart li huwa ġenerat regolarment fl-istess proċessi; (b) skart li mhux ġenerat regolarment. Il-karatterizzazzjonijioet delineati fil-punti (a) u (b) għandhom jipprovdu informazzjoni li tista’ tiġi direttament imqabbla mal-kriterji ta’ aċċettazzjoni tal-klassi relevanti ta’ skrtiera u, b’żieda, informazzjoni deskrittiva tista’ tiġi provduta (per eżempju il-konsegwenzi ta’ depożitu ma’ skart muniċipali). (a) Skart ġenerat regolarment fl-istess proċess Dan huwa skart individwali u konsistenti ġenerat regolarment fl-istess proċess, fejn: - l-istallazzjoni u l-proċess li jiġġenerat l-iskart huma magħrufa sew u l-materjali li jidħlu tal-proċesss u l-proċess innifsu huma definiti sew, - l-operatur ta’ l-istallazzjoni jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġ u jinforma lill-operatur tat-terraferma artifiċjali bil-bidliet għall-proċess (speċjalment bidliet għall-materjal li jidħol). Il-proċess għandu ta’ spiss ikun f’istallazzjoni waħda. L-iskart jista’ jkun ukoll minn stallazzjonijiet differenti, jekk jista’ jiġi identifikat bħala tip wieħed b’karatterizzazzjonijiet komuni f’konfini magħrufa (per eżempju rmied tal-qiegħ mill-inċinerazzjoni ta’ skart muniċipali). Għal dan l-iskart il-karatterizzazzjoni bażika għandha tikkomprendi il-ħtiġiet fundamentali elenkati fit-taqsima 1.1.2 u speċjalment dan li ġej: - firxa tal-komposizzjoni għall-iskart individwali, - firxa u varjabilità tal-proprjetajiet karatteristiċi, - fejn meħtieġ, il-lissibilità ta’ l-iskart stabbilita permezz ta’ test tal-lissija tal-lott u/jew test ta’ perkolazzjoni u/jew test ta’ dipendenza pH, - varjabbli prinċipali li għandhom jiġu ttestjati fuq bażi regolari. Jekk l-iskart huwa prodott fl-istess proċess fi stallazzjonijiet differenti, informazzjoni għandha tingħata dwar l-iskop ta’ l-evalwazzjoni. B’konsegwenza, numru suffiċjenti ta’ kejl għandu jittieħed biex juri l-firxa u l-varjabilità tal-proprjetajiet karatteristiċi ta’ l-iskart. L-iskart jista’ mbagħad jiġi kunsidrat karetterizzat u għandu sussegwentement ikun suġġett għall-ittestjar ta’ konformità biss, sakemm ma sseħħx bidla sinjifikanti fil-proċessi ta’ ġenerazzjoni. Għal skart mill-istess proċess mill-istess istallazzjoni, ir-riżultati tal-kejl jistgħu juri biss varjazzjonijiet żgħar tal-proprjetajiet ta’ l-iskart b’paragun mal-valuri tal-limitu addattat. L-iskart jista’ mbagħad jiġi kunsidrat karetterizzat, u għandu sussegwentement ikun suġġett għat-test ta’ konformità biss, sakemm ma jseħħux bidliet sinjifikanti fil-proċess ta’ ġenerazzjoni. Skart minn faċilitajiet għat-tqegħid fi kwantità jew għat-taħlit ta’ l-iskart, minn stazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ l-iskart jew minn firxiet ta’ skart imħallat minn dawk li jiġbru l-iskart, jista’ jvarja konsiderevolment fil-proprjetajiet tiegħu. Dan għandu jingħata kont tiegħu fil-karatterizzazzjoni bażika. Dak l-iskart jista’ jaqa’ taħt il-każ (b). (b) Skart li m’huwiex regolarment ġenerat Dan l-iskart m’huwiex ġenerat regolarment fl-istess proċess fl-istess stallazzjoni u nhux parti ta’ firxa ta’ skart karatterizzata sew. Kull lott prodott ta’ dak l-iskart huwa meħtieġ li jiġi karatterizzat. Il-karatterizzazzjoni bażika għandha tinkludi il-ħtiġiet fundamentali għall-karatterizzazzjoni bażika. Peress li kull lott prodott għandu jiġi karatterizzat, m’hu meħtieġ ebda ittestjar ta’ konformità. 1.1.4. Każi fejn l-ittestjat mhux meħtieġ L-ittestjar għall-karatterizzazzjoni bażika jista’ jitwarrab fil-każi li ġejjin: (a) l-iskart ikun fuq lista ta’ skart li ma jeħtieġx ittestjar kif preskritt fit-taqsima 2 ta’ dan l-Anness; (b) l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-karatterizzazzjoni bażika, hija magħrufa u debitament ġustifikata għas-sodisfazzjoni sħiħ ta’ l-awtorità kompetenti; (ċ) ċerti tipi ta’ skart fejn l-ittestjar mhux prattiku jew fejn proċeduri adattati ta’ ittestjar u kriterji ta’ aċċettazzjoni m’humiex disponibbli. Dan għandu jkun ġustifikat u dokumentat, inklużi r-raġunijiet għaliex l-iskart huwa meqjus aċċettabbli f’din il-klassi ta’ terraferma artifiċjali. 1.2. Ittestjar ta’ konformità Fejn skart ikun meqjus aċċettabbli għal klassi ta’ terraferma artifiċjali fuq il-bażi ta’ karatterizzazzjoni bażika skond it-taqsima 1, għandu sussegwentement ikun suġġett għall-ittestjar ta’ konformità biex jiġi stabbilit jekk jikkonformax mar-riżultati tal-karatterizzazzjoni bażika u l-kriterji relevanti ta’ aċċettazzjoni kif preskritti fit-taqsima 2. Il-funzjoni ta’ l-ittestjar tal-konformità hija li tivverifika perjodikament firxiet ta’ skart li joħorġu regolarment. Il-parametri relevanti li għandhom ikunu ttestjati huma stabbiliti fil-karatterizzazzjoni bażika. Il-parametri għandhom ikunu relatati ma’ l-informazzjoni tal-karatterizzazzjoni bażika; verifika biss fuq il-parametri kritiċi (varjabbli prinċipali), kif stabbiliti fil-karatterizzazzjoni bażika, hija meħtieġa. Il-verifika għandha turi li l-iskart jikkorfoma mal-valuti tal-limitu għall-parametri kritiċi. It-testijiet użati għall-ittestjar tal-konformità għandhom ikunu wieħed jew aktar minn dawk użati fil-karatterizzazzjoni bażika. L-ittestjar għandu jikkonsisti f’ta’ l-anqas test ta’ lissija ta’ lott. Għal dan il-għan il-metodi elenkati taħt is-sezzjoni 3 għandhom jintużaw. Skart li huwa eżentat mill-ħtiġiet ta’ l-ittestjar għall-karatterizzazzjoni bażika fit-taqsima 1.1.4(a) u t-taqsima 1.1.4(c) huwa wkoll eżentat mill-ittestjar tal-konformità. Għandu, iżda, jeħtieġ il-verifika tal-konformità ma’ l-informazzjoni tal-karatterizzazzjoni bażika barra minn ittestjar. L-ittestjar tal-konformità għandu jitwettaq ta’ l-anqas darba fis-sena u l-operatur għandu, f’kull każ, jassigura li l-ittestjar tal-konformità jitwettaq fl-iskop u l-frekwenza stabbilita mill-karatterizzazzjoni bażika. Ir-rekords tar-riżultati tat-test għandhom jinżammu għal perjodu li għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru. 1.3. Verifikazzjoni fuq il-post Kull tagħbija ta’ skart imwassla f’ terraferma artifiċjali għandha tiġi spezzjonata viżwalment qabel u wara l-ħatt. Id-dokumentazzjoni meħtieġa għandha tiġi verifikata. Għal skart depożitat mil-produttur ta’ l-iskart f’ terraferma artifiċjali taħt il-kontroll tiegħu, din il-verifikazzjoni tista ssir fil-punt tad-dispaċċ. L-iskart jista’ jiġi aċċettat fit-terraferma artifiċjali, jekk ikun l-istess bħal dak li kien ġie suġġett għall-karatterizzazzjoni bażika u l-ittestjar tal-konformità u li huwa deskritt fid-dokumenti li jakkumpanjaw. Jekk dan ma jkunx il-każ, l-iskart m’għandux ikun aċċettat. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-ħtiġiet ta’ l-ittestjar għall-verifikazzjoni fuq il-post, inkluż fejn xieraq metodi ta’ testijiet rapidi. Mat-twassil, kampjuni għandhom jittieħdu perjodikament. Il-kampjuni għandhom jinżammu wara l-aċċettazzjoni ta’ l-iskart għal perjodu li għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru (mhux anqas minn xahar; ara l-Artikolu 11(b) tad-Direttiva tat-terraferma artifiċjali. 2. KRITERJI GĦALL-AĊĊETTAZZJONI TA’ L-ISKART Dis is-sezzjoni tistipula l-kriterji għall-aċċettazzjoni ta’ l-iskart f’kull klassi ta’ terraferma artifiċjali, inklużi l-krtiterji għall-ħażna taħt l-art. F’ċerti ċirkostanzi, valuri tal-limitu sa tlett darbiet għola għall-parametri speċifiċi elenkati f’din it-taqsima (barra minn karbun organiku imdewweb (DOC) fit-taqsimiet 2.1.2.1, 2.2.2, 2.3.1 u 2.4.1, BTEX, PCBs u żejt minerali fit-taqsima 2.1.2.2, karbun totali organiku (TOC) u pH fit-taqsima 2.3.2 u telf ta’ tqabbid (LOI) u/jew TOC fit-taqsima 2.4.2, u r-restrizzjoni taż-żieda possibbli fil-valur tal-limitu għal TOC fit-taqsima 2.1.2.2 għal darbtejn biss tal-valur tal-limitu) huma aċċettabbli, jekk - l-awtorità kompetenti tagħti permess għal skart speċifikat fuq bażi ta’ każ b’każ għat-terraferma artifiċjali li tirċievi, waqt li jingħata kont tal-karatteristiċi tat-terraferma artifiċjali u d-dintorni tagħha, u - emissjonijiet (inkluża lissija) mit-terraferma artifiċjali, waqt li jingaħat kont tal-limiti ta’ dawk il-parametri speċifiċi f’din it-taqsima, li ma jippresentaw ebda riskju addizzjonali għall-ambjent skond l-istima tar-riskju. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar in-numru annwali ta’ permessi maħruġa taħt din id-dispożizzjoni. Ir-rapporti għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni f’intervalli ta’ tlett snin bħala parti mir-rapportar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tat-terraferma artifiċjali skond l-ispeċifikazzjonijiet preskritti fl-Artikolu 15 tagħha. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-kriterji għall-konformità mal-valuri tal-limiti stipulati f’din it-taqsima. 2.1. Kriterji għal terraferma artifiċjali għal skart inerti 2.1.1. Lista ta’ skart aċċettabbli f’ terraferma artifiċjali għal skart inerti mingħajt ittestjar L-iskart fuq din il-lista qasira huwa assunt li jikkonforma mal-kriterji kif stipulati fid-definizzjoni ta’ skart inerti fl-Artikolu 2(e) tad-Direttiva tat-terraferma artifiċjali u l-kriterji elenkati fit-taqsima 2.1.2. L-iskart jista’ jiġi ammess mingħajr ittestjar f’ terraferma artifiċjali għal skart inerti. L-iskart għandu jkun ta’ tip wieħed (minn sors wieħed biss) ta’ tip ta’ skart wieħed. Skart differenti li jinsab fil-lista jista’ jiġi aċċettat flimkien, sakemm ikun mill-istess sors. Fil-każ ta’ suspett ta’ kontaminazzjoni (jew minn spezzjoni viżwali jew mill-għerf ta’ l-oriġini ta’ l-iskart) l-ittestjar għandu jiġi applikat jew l-iskart rifjutat. Jekk l-iskart elenkat huwa kontaminat jew ikun fih materjal jew sustanzi oħra bħal metalli, asbestos, plastiks, kimiċi, eċċ. sa limitu li jżid ir-riskju assoċjat ma’ l-iskart suffiċjentement li jiġġustifika d-disponiment tiegħu fi klassijiet oħra ta’ terraferma artifiċjali, ma jistagħax jiġi aċċettat f’ terraferma artifiċjali għall-iskart inerti. Jekk ikun hemm dubju jekk l-iskart jikkonformax mad-definizzjoni ta’ skart inerti skond l-Artikolu 2(e) tad-Direttiva tat-terraferma artifiċjali u l-kriterji elenkati fit-taqsima 2.1.2 jew dwar in-nuqqas ta’ kontaminazzjoni ta’ l-iskart, l-ittestjar għandu jiġi applikat. Għal dan il-għan il-metodi elenkati taħt is-sezzjoni 3 għandhom jintużaw. Kodiċi EWC | Deskrizzjoni | Restrizzjonijiet | 101103 | Skart ta’ materjali fibrużi bbażati fuq il-ħġieġ | Biss mingħajr tagħaqqid organiku | 150107 | Ippakkjar tal-ħġieġ Glas | | 170101 | Konkrit | Skart magħżul C & D biss [3] | 170102 | Brikks | Skart magħżul C & D biss [3] | 170103 | Madum u ċeramika | Skart magħżul C & D biss [3] | 170107 | Taħlita ta’ konkrit, brikks, madum u ċeramika | Skart magħżul C & D biss [3] | 170202 | Ħġieġ | | 170504 | Ħamrija u ġebel | Eskluża ħamrija tas-saff ta’ fuq, pit; eskluża ħamrija u ġebel minn siti kontaminati | 191205 | Ħġieġ | | 200102 | Ħġieġ | Ħġieġ bis miġbur separatament | 200202 | Ħamrija u ġebel | Skart biss minn ġonna u parks; Eskluża ħamrija mis-saff ta’ fuq, pit | Skart li ma jidhirx f’din il-lista għandu jkun suġġett għall-ittestjar kif preskritt taħt it-taqsima 1 biex jiġi stabbilit jekk jikkonformax mal-kriterji għall-skart aċċettabbli f’ terraferma artifiċjali għal skart inerti kif stipulat fit-taqsima 2.1.2. 2.1.2. Il-valuri tal-limiti għal skart aċċettabbli f’ terraferma artifiċjali għal skart inerti 2.1.2.1. Valuri tal-limiti tal-lissija Il-valuri tal-limiti tal-lissija li ġejjin għal skart aċċettabbli f’ terraferma artifiċjali għal skart inerti, kalkolati fi proporzjoni minn likwidu għal solidu (L/S) ta’ 2 l/kg u 10 l/kg għar-rilaxx totali u direttament espressi f’mg/l għal C0 (l-ewwel elużjoni ta’ test ta’ perkolazzjoni f’L/S = 0,1 l/kg). L-Istati Membri għandhom jistabilixxu liema mill-metodi tat-test (ara taqsima 3) u valuri tal-limiti li jikkorrispondu fit-tabella għandhom jintużaw. Komponent | L/S = 2 l/kg | L/S = 10 l/kg | C0 (test ta’ perkolazzjoni) | mg/kg sustanza niexfa | mg/kg sustanza niexfa | mg/l | As | 0,1 | 0,5 | 0,06 | Ba | 7 | 20 | 4 | Cd | 0,03 | 0,04 | 0,02 | Cr total | 0,2 | 0,5 | 0,1 | Cu | 0,9 | 2 | 0,6 | Hg | 0,003 | 0,01 | 0,002 | Mo | 0,3 | 0,5 | 0,2 | Ni | 0,2 | 0,4 | 0,12 | Pb | 0,2 | 0,5 | 0,15 | Sb | 0,02 | 0,06 | 0,1 | Se | 0,06 | 0,1 | 0,04 | Zn | 2 | 4 | 1,2 | Chloride | 550 | 800 | 460 | Fluoride | 4 | 10 | 2,5 | Sulphate | 560 [4] | 1000 [4] | 1500 | Phenol index | 0,5 | 1 | 0,3 | DOC [5] | 240 | 500 | 160 | TDS [6] | 2500 | 4000 | | 2.1.2.2. Valuri tal-limiti għall-kontenut totali ta’ parametri organiċi B’żieda mal-valuri tal-limiti ta’ lissija taħt taqsima 2.1.2.1, skart inerti għandu jilħaq il-valuri tal-limiti addizzjonali li ġejjin: Parametru | Valur mg/kg | TOC (karbun organiku totali) | 30000 [7] | BTEX (benzene, toluene, ethylbenzene u xylenes) | 6 | PCBs (polychlorinated biphenyls, 7 congeners) | 1 | Żejt minerali (C10 to C40) | 500 | PAHs (polycyclic aromatic hydrocarbons) | L-Istati Membri għandhom jiffissaw il-valur tal-limitu | 2.2. Kriterji ta’ terraferma artifiċjali għal skart mhux perikoluż L-Istati Membri jistgħu joħolqu subkategoriji ta’ terraferma artifiċjali għal skart mhux perikoluż. F’dan l-Anness valuri al-limiti huma preskritti biss għal skart mhux perikoluż, li huwa mormi f’ terraferma artifiċjali fl-istess ċellula ma, skart perikoluż stabbli, mhux reattiv. 2.2.1. Skart aċċettabbli f’ terraferma artifiċjali għal skart mhux perikoluż mingħajr ittestjar Skart muniċipali kif definit fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tat-terraferma artifiċjali li huwa klassifikat bħala mhux perikoluż fil-Kapitolu 20 tal-lista Ewropea ta’ l-iskart, frazzjonijiet mhux perikolużi miġbura separatament ta’ skart tad-djar u l-istess materjali mhux perikolużi minn oriġini oħra jistgħu jiġu ammessi mingħajr ittestjar f’ terraferma artifiċjali għal skart mhux perikoluż. L-iskart m’għandux jiġi ammess jekk ma jkunx ġie ittrattat minn qabel skond l-Artikolu 6(a) tad-Direttiva tat-terraferma artifiċjali, jew li jkun kontaminat sa limitu li jżid ir-riskju assoċjat ma’ l-iskart suffiċjentement biex jiġi ġustifikat id-disponiment tiegħu f’faċilitajiet oħra. Ma jistgħax jiġi aċċettat f’ċelluli, fejn skart perikoluż stabbli, mhux reattiv jiġi aċċettat skond l-Artikolu 6(c)(iii) tad-Direttiva tat-terraferma artifiċjali. 2.2.2. Valuri tal-limit għal skart mhux perikoluż Il-valuri tal-limit li ġejjin japplikaw għal skart granulari mhux perikoluż aċċettat fl-istess ċellula bħala skart perikoluż stabbli, mhux reattiv, kalkolat f’L/S = 2 u 10 l/kg għal rilaxx totali u espress f’mg/l għal C0 (fl-ewwel elużjoni ta’ test ta’ perkolazzjoni f’L/S = 0,1 l/kg). Skart granulari jinkludi l-iskart kollu li m’huwiex monolitiku. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu liema metodi tat-test (ara taqsima 3) u valuri tal-limiti li jikkorrispondu fit-tabella għandhom jintużaw. Komponenti | L/S = 2 l/kg | L/S = 10 l/kg | C0 (test ta’ perkolazzjoni) | mg/kg sustanza niexfa | mg/kg sustanza niexfa | mg/l | As | 0,4 | 2 | 0,3 | Ba | 30 | 100 | 20 | Cd | 0,6 | 1 | 0,3 | Cr total | 4 | 10 | 2,5 | Cu | 25 | 50 | 30 | Hg | 0,05 | 0,2 | 0,03 | Mo | 5 | 10 | 3,5 | Ni | 5 | 10 | 3 | Pb | 5 | 10 | 3 | Sb | 0,2 | 0,7 | 0,15 | Se | 0,3 | 0,5 | 0,2 | Zn | 25 | 50 | 15 | Chloride | 10000 | 15000 | 8500 | Fluoride | 60 | 150 | 40 | Sulphate | 10000 | 20000 | 7000 | DOC [8] | 380 | 800 | 250 | TDS [9] | 40000 | 60000 | | L-Istati Membri għandhom jiffissaw il-kriterji għal skart monolitiku biex jipprovdu l-istess livell ta’ protezzjoni ambjentali mogħtija mill-valuri tal-limiti ta’ hawn fuq. 2.2.3. Skart tal-ġipsum Materjali mhux perikolużi bbażati fuq il-ġipsum għandhom jiġu disponuti biss f’ terraferma artifiċjali għal skart mhux perikoluż f’ċelluli fejn ebda skart biodegradabbli ma huwa aċċettat. Il-valuri tal-limiti tat-TOC u d-DOC mogħtija fit-taqsimiet 2.3.2 u 2.3.1 għandhom japplikaw għal skart mormi flinkien ma’ materjali bbażati fuq il-ġipsum. 2.3. Il-kriterji għal skart perikoluż aċċettat f’ terraferma artifiċjali għal skart mhux perikoluż skond l-Artikolu 6(c)(iii) Stabbli, mhux reattivi tfisser li l-komportament tal-lissija ta’ l-iskart ma jinbidilx b’mod li jagħmel ħsara f’termini ta’ żmien fit-tul, taħt il-kondizzjonijiet tad-disinn ta’ terraferma artifiċjali jew aċċidenti prevedibbli: - fi skart waħda (per eżempju, permezz ta’ biodegradazzjoni), - taħt l-impatt f’terminu twil ta’ żmien ta’ kondizzjonijiet ambjentali (per eżempju ilma, arja, temperatura, limiti mekkaniċi), - permezz ta’ l-impatt ta’ skart ieħor (inklużi prodotti ta’ skart bħal lissija u gass). 2.3.1. Valuri tal-limiti tal-lissija Il-valuri tal-limiti ta’ lissija li ġejjin japplikaw għal skart granulari perikoluż aċċettabbli f’ terraferma artifiċjali għal skart mhux perikoluż, kalkolat f’L/S = 2 u 10 l/kg għal rilaxx totali u direttament espress f’mg/l għal C0 (l-ewwel elużjoni ta’ test ta’ perkolazzjoni f’L/S = 0,1 l/kg). Skart granulari jinkludi l-iskart kollu li m’huwiex monolitiku. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu liema mill-metodi tat-test u valuri tal-limiti li jikkorrispondu għandhom jintużaw. Komponenti | L/S = 2 l/kg | L/S = 10 l/kg | C0 (test ta’ perkolazzjoni) | mg/kg sustanza niexfa | mg/kg sustanza niexfa | mg/l | As | 0,4 | 2 | 0,3 | Ba | 30 | 100 | 20 | Cd | 0,6 | 1 | 0,3 | Cr total | 4 | 10 | 2,5 | Cu | 25 | 50 | 30 | Hg | 0,05 | 0,2 | 0,03 | Mo | 5 | 10 | 3,5 | Ni | 5 | 10 | 3 | Pb | 5 | 10 | 3 | Sb | 0,2 | 0,7 | 0,15 | Se | 0,3 | 0,5 | 0,2 | Zn | 25 | 50 | 15 | Chloride | 10000 | 15000 | 8500 | Fluoride | 60 | 150 | 40 | Sulphate | 10000 | 20000 | 7000 | DOC [10] | 380 | 800 | 250 | TDS [11] | 40000 | 60000 | | L-Istati Membri għandhom jiffissaw il-kriterji għal skart monolitiku biex jipprovdu l-istess livell ta’ protezzjoni ambjentali mogħtija mill-valuri tal-limiti ta’ hawn fuq. 2.3.2. Kriterji oħra B’żieda mal-valuri tal-limiti tal-lissija taħt it-taqsima 2.3.1, skart granulari għandu jikkonforma mal-kriterji addizzjonali li ġejjin: Parametri | Valur | TOC (karbun organiku totali) | 5 % [12] | pH | Minimu 6 | KNA (kapaċità ta’ newtralizzazzjoni ta’ l-aċidu) | Għandu jiġi evalwat | L-Istati Membri għandhom jiffissaw kriterji biex jassiguraw li l-iskart ikollu stabilità fiżika suffiċjenti u kapaċità li jinġarr. L-Istati Membri għandhom jiffissaw kriterji biex jassiguraw li skart perikoluż monolitiku jkun stabbli u mhux reattiv qabel l-aċċettazzjoni f’ terraferma artifiċjali għal skart mhux perikoluż. 2.3.3. Skart ta’ l-asbestos Materjali ta’ kostruzzjoni li jkun fihom l-asbestos u skart ieħor adattat ta’ l-asbestos jista’ jintrema f’ terraferma artifiċjali għal skart mhux perikoluż skond l-Artikolu 6(c)(iii) tad-Direttiva tat-terraferma artifiċjali mingħajr ittestjar. Għal terraferma artifiċjali li jirċievu materjali ta’ kostruzzjoni li jkun fihom l-asbestos u skart ieħor adattat ta’ l-asbestos il-ħtiġiet li ġejjin għandhom jitħarsu: - l-iskart ma jkun fih ebda sustanzi perikolużi barra minn asbestos marbut, inklużi fibri marbura permezz ta’ aġent li jgħaqqad jew ippakkjati fil-plastik, - i-terraferma artifiċjali taċċetta biss materjal ta’ kostruzzjoni li jkun fih l-asbestos u skart ieħor adattat ta’ l-asbestos. Dan l-iskart jista’ jiġi mormi wkoll f’ċellula separata ta’ terraferma artifiċjali għal skart mhux perikoluż, jekk iċ-ċelula tkun suffiċjentement magħluqa għaliha, - sabiex jiġi evitat it-tixrid ta’ fibri, iż-żona tad-depożitu tiġi mgħottija kull jum u qabel kull operazzjoni ta’ kompattar b’marjal adattat u, jekk l-iskart ma jkunx ippakkjat, jiġi regolarment imbexxex, - kopertura finali ta’ fuq titqiegħed fuq i-terraferma artifiċjali/ċellula sabiex jiġi evitat it-tixrid ta’ fibri, - ebda xogħol ma jitwettaq fuq i-terraferma artifiċjali/ċellula li jista’ jwassal għar-rilaxx ta’ firbti (per eżempju titqib ta’ toqob), - wara l-egħluq jinżamm pjan tal-lokazzjoni tat-terraferma artifiċjali/ċellula li jindika li skart ta’ l-esbestos ikun ġie depożitat, - jittieħdu miżuri adattati biex jillimitaw l-użu possibbli ta’ l-art wara –egħluq tat-terraferma artifiċjali sabiex jiġi evitat kuntatt uman ma’ l-iskart. Għal terraferma artifiċjali li jirċievu biss materjal ta’ kostruzzjoni li jkun fih l-asbestos, il-ħtiġiet stipulati fl-Anness I, punt 3.2 u 3.3 tad-Direttiva tat-terraferma artifiċjali jistgħu jitnaqqsu, jekk il-ħtiġiet ta’ hawn fuq jiġu mħarsa. 2.4. Kriterji għal skart aċċettabbli f terraferma artifiċjali għal skart perikoluż 2.4.1. Valuri tal-limiti tal-lissija Il-veluri tal-limiti ta’ lissija li ġejjin japplikaw għal skart granulari aċċettabbli f’ terraferma artifiċjali għal skart perikoluż, kalkolati f’L/S = 2 u 10 l/kg għal rilaxx totali u espressi direttament f’mg/l għal C0 (fl-ewwel elużjoni ta’ test ta’ perkolazzjoni f’L/S = 0,1 l/kg). Skart granulari jinkludi l-iskart kollu li m’huwiex monolitiku. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu liema mill-metodi tat-test u l-valuri tal-limiti li jikkorrispondu għandhom jintużaw. Komponenti | L/S = 2 l/kg | L/S = 10 l/kg | C0 (test ta’ perkolazzjoni) | mg/kg sustanza niexfa | mg/kg sustanza niexfa | mg/l | As | 6 | 25 | 3 | Ba | 100 | 300 | 60 | Cd | 3 | 5 | 1,7 | Cr total | 25 | 70 | 15 | Cu | 50 | 100 | 60 | Hg | 0,5 | 2 | 0,3 | Mo | 20 | 30 | 10 | Ni | 20 | 40 | 12 | Pb | 25 | 50 | 15 | Sb | 2 | 5 | 1 | Se | 4 | 7 | 3 | Zn | 90 | 200 | 60 | Chloride | 17000 | 25000 | 15000 | Fluoride | 200 | 500 | 120 | Sulphate | 25000 | 50000 | 17000 | DOC [13] | 480 | 1000 | 320 | TDS [14] | 70000 | 100000 | – | L-Istati Membri għandhom jiffissaw il-kriterji għal skart monolitiku biex jipprovdu l-istess livell ta’ protezzjoni ambjentali mogħtija mill-valuri tal-limiti ta’ hawn fuq. 2.4.2. Kriterji oħra B’żieda mal-valuri tal-limiti tal-lissija taħt it-taqsima 2.4.1, skart perikoluż għandu jikkonforma mal-kriterji addizzjonali li ġejjin: Parametri | Valur | LOI [15] | 10 % | TOC [15] | 6 % [16] | KNA (kapaċità ta’ newtralizzazzjoni ta’ l-aċidu) | Għandha tiġi evalwata | 2.5. Kriterji għal ħażna taħt l-art Għall-aċċettazzjoni f’siti ta’ ħażna taħt l-art, stima ta’ sigurezza speċifika għas-sit kif definita fl-Anness A għandha titwettaq. L-iskart jista’ jiġi aċċettat biss jekk ikun kompatibbli ma l-istima ta’ sigurezza speċifika għas-sit. F’siti ta’ħażna taħt l-art għal skart inerti, skart biss li jikkonforma mal-kriterji stipulati fit-taqsima 2.1 jista’ jiġi aċċettat. F’siti ta’ħażna taħt l-art għal skart mhux perikoluż, skart biss li jikkonforma mal-kriterji stipulati fit-taqsima 2.2 jew fit-taqsima 2.3 jista’ jiġi aċċettat. F’siti ta’ ħażna taħt l-art għal skart perikoluż, l-iskart jista’ jiġi aċċettat biss jekk ikun kompatibbli ma’ l-sitima ta’ sigurezza speċifika għas-sit. F’dan il-każ, il-kriterji stipulati fit-taqsima 2.4 m’għandhomx japplikaw. Iżda, l-iskart għandu jkun suġġett għall-proċedura ta’ aċċettazzjoni kif stipulata fit-taqsima 1. 3. KAMPJONAR U METODI TAT-TEST Il-kampjonar u l-ittestjar tal-karatterizzazzjoni bażika u l-ittestjar ta’ konformità għandhom jitwettqu minn persuni indipendenti u kwalifikati u istituzzjonijiet. Il-laboratorji għandu jkollhom esperjenza ppruvata fl-ittestjar ta’ l-iskart u analiżi u sistema effiċjenti ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità. L-Istati membri jistgħu jiddeċiedu li: 1. il-kampjonar jista’ jitwettaq minn produtturi ta’ l-iskart jew operaturi taħt il-kondizzjoni li superviżjoni suffiċjenti ta’ persuni indipendenti u kwalifikati jew istituzzjonijiet jassiguraw li l-objettivi stipulati f’din id-Deċiżjoni jinkisbu; 2. l-ittestjar ta’ l-iskart jista’ jitwettaq minn produtturi jew operaturi jew ikunu stabbilew sistema adattata ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità inkluża verifikazzjoni perjodika indipendenti. Sakemm standard CEN ma jkunx disponibbli bħala EN formali, l-Istati Membri għandhom jużaw jew standards nazzjonali jew proċeduri jew l-abbozz ta’ l-i standard CEN, meta jkun laħaq l-istadju prEN. Il-metodi li ġejjin għandhom jintużaw: Kampjonar Għall-kampjonar ta’ l-iskart — għall-karatterizzazzjoni bażika, ittestjar ta’ konformità u ttestjar ta’ verifikazzjoni fuq il-post — pjan ta’ kampjonar għandu jiġi żviluppat skodn it-taqsima1 ta’ l-i standard ta’ kampjonar fil-present żviluppat mis-CEN. Proprjetajiet ta’ skart ġenerali EN 13137 | Stabbiliment ta’ TOC fl-iskart, ħama u sedimenti | prEN 14346 | Kalkolazzjoni ta’ materja niexfa permezz ta’ l-istabbiliment ta’ residwu niexef jew kontenut ta’ ilma | Testijiet ta’ lissija prEN 14405 | Test ta’ komportament ta’ lissija — test ta’ perkolazzjoni ’l fuq (Test ta’ perkolazzjon l fuq għal kostitwenti inorganiċi) | EN 12457/1–4 | Test ta’ konformità ta’ lissija għat-tlissija ta’ materjali ta’ skart granulari u ħama: | taqsima 1: | L/S = 2 l/kg, daqs tal-partikoli < 4 mm | taqsima 2: | L/S = 10 l/kg, daqs tal-partikoli < 4 mm | taqsina 3: | L/S = 2 u 8 l/kg, daqs tal-partikoli < 4 mm | taqsima 4: | L/S = 10 l/kg, daqs tal-partikoli < 10 mm | Diġestjoni ta’ skart mhux maħdum EN 13657 | Diġestjoni għal determinazzjoni sussegwenti ta’ aqua regia porzjon li jdub ta’ elementi (diġestjoni parzjali ta’ skart solidu qabel analiżi elementari, li jħalli ntattata l-matriċi silikata) | EN 13656 | Diġestjoni assistita minn microwave bil-hydrofluoric (HF), nitric (HNO3) u taħlita ta’ aċidu idrokloriku (HCl) għal determinazzjoni sussegwenti ta’ elementi (diġestjoni totali ta’ l-iskart solidu qabel analiżi elementari) | Analiżi ENV 12506 | Analiżi ta’ l-elużjonijiet Stabbiliment ta’ pH, As, Ba, Cd, Cl, Co, Cr, CrVI, Cu, Mo, Ni, NO2, Pb, total S, SO4, V u Zn (analiżi ta’ kostitwenti inorġaniċi ta’ skart solidu u/jew l-elużjoni tiegħu; elementi maġġuri, minuri u traċċa) | ENV 13370 | Analiżi ta’ elużjonijiet Dtabbiliment ta’ ammonju, AOX, konduttività, Hg, indiċi phenol, TOC, li jista’ jiġi liberat b’mod faċli CN, F (analiżi ta’ kostitwenti inorganiċi ta’ skart solidu u/jew l-elużjonijiet tiegħu (anions)) | prEN 14039 | Stabbiliment ta’ kontenut idrokarboniku fil-firxa ta’ C10 sa C40 permezz ta’ kromatografija tal-gass | Din il-lista għandha tiġi emendata meta l-i standards CEN ikunu disponibbli. Għal testijiet u analiżi, li għalihom metodi CEN m’humiex (s’issa) disponibbli, il-metodu wżati għandhom ikunu approvati mill-awtoritajiet kompetenti. [1] ĠU L 47, tas-16.2.2001, p. 1. [2] ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 20. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 1994/31/KE (ĠU L 168, tat-2.7.1994, p. 28). [3] Skart magħżul ta’ kostruzzjoni u demolizzjoni (Skart C & D): b’kontenut baxx ta’ tipi oħra ta’ materjali (bħal metalli, plastik, ħamrija, organiċi, injam, lastiku, eċċ.). L-oriġini ta’ l-iskart għandu jkun magħruf.Ebda skart C & D minn kostruzzjonijiet, imniġġża b’sustanzi perikolużi inorganiċi jew organiċi, per eżempju minħabba proċessi ta’ produzzjoni fil-kostruzzjoni, tniġġiż tal-ħamrija, ħażna u użu ta’ pestiċidi jew sustanzi oħra perikolużi, eċċ., sakemm ma jintweriex b’mod ċar li l-kostruzzjoni demolita ma kienitx sinjifikament imniġġża.Ebda skart C & D minn kostruzzjonijiet, ittrattati, koperti jew miżbugħa b’materjali, li jkun fihom sustanzi perikolużi f’ammonti sinjifikanti. [4] Jekk l-iskart ma jilħaqx dawn il-valuri għas-sulfat, xorta jista’ jiġi konsidrat bħala li jikkonforma mal-kriterji ta’ aċċettazzjoni jekk il-lissija ma teċċedix jew il-valuri li ġejjin: 1500 mg/l bħala C0 f’L/S = 0,1 l/kg u 6000 mg/kg f’L/S = 10 l/kg. Ikun meħtieġ li jintuża test ta’ perkolazzjoni biex jiġi stabbilit il-valur tal-limitu f’L/S = 0,1 l/kg taħt kondizzjonijiet inizjali ta’ ekwilibriju, billi l-valur f’L/S = 10 l/kg jista’ jiġi stabbilit jew jew b’test tal-lissija tal-lott jew b’test ta’ perkolazzjoni taħt kondizzjonijiet li jqarrbu ekwilibriju lokali. [5] Jekk l-iskart ma jilħaqx dawn il-valuri għal DOC fil-valur pH tiegħu, jista’ altarnattivament jiġi ttestjat f’L/S = 10 l/kg u pH bejn 7,5 u 8,0. L-iskart jista’ jiġi konsidrat bħala li jikkonforma mal-kriterji ta’ aċċettazzjoni għad-DOC, jekk ir-riżultat ta’ dan l-istabbiliment ma jeċċedix 500 mg/kg. (Abbozz tal-metodu bbażat fuq prEN 14429 huwa disponibbli). [6] Il-valuri għal solidi imdewba totalment (TDS) jistgħu jintużaw alternattivament għall-valuri għas-sulfat u l-chloride. [7] Fil-każ ta’ ħamrija, valur għola tal-limitu jista’ jiġi ammess mill-awtorità kompetenti, sakemm il-valur DOC ta’ 500 mg/kg jinkiseb f’L/S = 10 l/kg, jew fil pH stess tal-ħamrija jew f’pH ta’ valur bejn 7,5 u 8,0. [8] Jekk l-iskart ma jikkonformax ma’ dawn il-valuri għad-DOC fil-pH tiegħu stess, jista’ alternattivament jiġi ttestjat f’L/S = 10 l/kg u pH ta’ 7,5-8,0. L-iskart jista’ jiġi konsidrat li jikkonforma mal-kriterji ta’ aċċettazzjoni għad-DOC, jekk ir-riżultat ta’ dan l-istabbiliment ma jeċċedix 800 mg/kg (Abbozz ta’ metodu bbażat fuq prEN 14429 huwa disponibbli). [9] Il-valuri għal TDS jistgħu jintużaw alternattivament għall-valuri għas-sulfat u l-chloride. [10] Jekk l-iskart ma jikkonformax ma’ dawn il-valuri għad-DOC fil-pH tiegħu stess, jista’ alternattivament jiġi ttestjat f’L/S = 10 l/kg u pH ta’ 7,5-8,0. L-iskart jista’ jitqies li jikkonforma mal-kriterji ta’ aċċettazzjoni għad-DOC, jekk ir-riżultat ta’ dan l-istabbiliment ma jeċċedix 800 mg/kg (Abbozz ta’ metodu bbażat fuq prEN 14429 huwa disponibbli). [11] Il-valuri gaħt-TDS jistgħu jintużaw alternattivament għall-valuri għas-sulfat u l-chloride. [12] Jekk dan il-valur ma jinkisibx, valur għola ta’ limitu jista’ jiġi ammess mill-awtorità kompetenti, sakemm il-valur tad-DOC ta’ 800 mg/kg jinkiseb f’L/S = 10 l/kg, jew fil-pH stess tal-materjal jew f’valur ta’ pH ta’ bejn 7,5 u 8,0. [13] Jekk l-iskart ma jħarisx dawn il-valuri għad-DOC fil-pH tiegħu stess, jista’ alternattivament jiġi ttestjat f’L/S = 10 l/kg u pH ta’ 7,5-8,0. L-iskart jista’ jiqies bħala li jikkonforma mal-kriterji ta’ aċċettazzjoni għad-DOC, jekk ir-riżultat ta’ dan l-istabbiliment ma jeċċedix 1000 mg/kg. (Metodu ta’ abbozz ibbażat fuq prEN 14429 huwa disponibbli.) [14] Il-valuri għat-TDS għas-sulfat u l-chloride. [15] Jew LOI jew TOC għandhom jintużaw. [16] Jekk dan il-valur ma jinkisibx, valur għola ta’ limitu jista’ jiġi ammess mill-awtorità kompetenti, sakemm il-valur DOC ta’ 1000 mg/kg jinksieb f’L/S = 10 l/kg, jew fil-pH stess tal-materjal jew f’valur ta’ pH bejn 7,5 u 8,0. --------------------------------------------------