EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31970L0524
Council Directive 70/524/EEC of 23 November 1970 concerning additives in feeding-stuffs
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda adittivi f'għalf għall-bhejjem
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda adittivi f'għalf għall-bhejjem
ĠU L 270, 14/12/1970, p. 1–17
(DE, FR, IT, NL) Edizzjoni(jiet) speċjali oħra
(DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1970(III) P. 840 - 856
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2010; Imħassar b' 32003R1831 U 32009R0767
Official Journal L 270 , 14/12/1970 P. 0001 - 0017
Danish special edition: Series I Chapter 1970(III) P. 0743
English special edition: Series I Chapter 1970(III) P. 0840
Greek special edition: Chapter 03 Volume 6 P. 0060
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 4 P. 0082
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 4 P. 0082
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 3 P. 0118
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 3 P. 0118
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda adittivi f'għalf għall-bhejjem (70/524/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 43 u 100 tiegħu; Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni; Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1]; Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali; Billi l-produzzjoni ta' bhejjem tokkupa post importanti ħafna fl-agrikoltura tal-Komunità Ekonomika Ewropea; Billi l-ksib ta’ riżultati sodisfaċenti jiddependi fil-parti l-kbira fuq l-użu ta' għalf għall-bhejjem ta' kwalità tajba u adattata; Billi l-eżistenza ta' regoli li jirrigwardaw l-għalf għall-bhejjem hija essenzjali għal żieda fil-produttività agrikola; Billi l-għalf għall-bhejjem qiegħed, dejjem iżjed, jinvolvi l-użu ta' adittivi; Billi d-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Istati Membri permezz tal-liġi, regolamenti jew azzjoni amministrattiva li jirrigwardaw adittivi fl-għalf għall-bhejjem, sakemm ikunu jeżistu, huma differenti bejniethom fir-rigward tal-prinċipji bażiċi tagħhom; billi għaldaqstant dawn jaffettwaw b'mod dirett l-istabbiliment u t-tħaddim tas-suq komuni u għalhekk għandhom jiġu armonizzati; Billi, bħala regola ġenerali, "adittivi" tfisser sustanzi li jtejbu kemm l-għalf li jkunu inkorporati fih kif ukoll il-produzzjoni tal-bhejjem; billi, għal din ir-raġuni, l-antibijotiċi għandhom jiġu meqjusa wkoll bħala adittivi minħabba li, meta jintużaw fi kwantitajiet żgħar, ikollhom effett nutrizzjonali fiżjoloġiku, għalkemm meta jintużaw fi kwantitajiet kbar ikollhom effett mediċinali; Billi dawn is-sustanzi ma għandhomx jiġu użati f'għalf għall-bhejjem bl-iskop ewlieni ta' dijanjożi, trattament jew prevenzjoni ta' marda; billi għandhom, madanakollu, jiġu awtorizzati għall-għan ewlieni sabiex itejbu l-għalf għall-bhejjem billi jipprevjenu defiċjenzi nutrizjonali; Billi, barra minn hekk, ċerti sustanzi li huma purament mediċinali bħall-koċċidjostati għandhom, matul l-ewwel fażi, jiġu meqjusa fir-rigward ta' għalf għall-bhejjem bħala adittivi, minħabba li bosta Stati Membri ilhom jużawhom għall-profilassi kollettiva, prinċipalment fit-trobbija tat-tjur; billi, madanakollu, dawn għandhom jiġu eżaminati aktar jekk tiġi mfassla direttiva dwar l-għalf mediċinali għall-bhejjem; Billi l-prinċipju bażiku wara r-regoli f'dan il-qasam għandu jkun li dawk l-adittivi li huma msemmija f'din id-Direttiva biss jistgħu jkunu jinsabu f'għalf għall-bhejjem u biss jekk ikunu soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti hawn taħt, u li adittivi bħal dawn ma jkunux jistgħu, soġġetti għall-eċċezzjonijiet li għalihom hemm provdut, jintużaw fi kwalunkwe mod ieħor għall-għanijiet ta' tmiegħ ta' bhejjem; Billi huwa meħtieġ, fil-ħin meta jiġu awtorizzati l-adittivi, li jkun żgurat li dawn ikollhom effett favorevoli fuq il-karatteristiċi ta' l-għalf għall-bhejjem li magħhom jiġu miżjuda jew fuq il-produzzjoni tal-bhejjem; billi m’għandhomx ipoġġu s-saħħa tal-bhejjem jew dik tal-bniedem fil-perikolu u lanqas ma għandhom jagħmlu ħsara lill-konsumatur ta' prodotti ta' bhejjem; billi, soġġetti għall-eċċezzjonijiet li għalihom hemm provdut, ikun ta' min wieħed jeżamina jekk adittivi bħal dawn issa jkunux jistgħu jiġu użati għat-trattament jew prevenzjoni ta' mard jew jekk għadx hemm raġunijiet serji għar-restrizzjoni ta' l-użu tagħhom għal skopijiet mediċi jew veterinarji; Billi, minħabba s-sitwazzjoni speċjali ta' ċerti Stati Membri, u b'mod partikolari minħabba s-sistemi ta' tmiegħ tal-bhejjem differenti tagħhom, f'ċerti każijiet hemm bżonn li jkunu permessi derogi mill-prinċipji msemmija fuq għal livell aċċettabbli għas-saħħa tal-bhejjem u għal dik tal-bniedem; Billi l-Istati Membri għandhom iżommu l-poter li jissospendu l-użu ta' ċerti adittivi jew li jnaqqsu l-livelli massimi tagħhom jekk is-saħħa tal-bhejjem jew dik tal-bniedem tkun ipperikolata; Billi l-Istati Membri ma għandhomx, madanakollu, jkunu jistgħu jirrikorru għal dak il-poter sabiex jostakolaw il-moviment liberu tad-diversi prodotti; Billi għandu jiġi provdut li l-għalf għall-bhejjem li jkun fih adittivi jiġi ttikkettjat b'mod speċjali sabiex il-konsumatur ikun jista' jsir jaf in-natura ta' l-adittiv u jkun protett kontra frodi; billi din id-disposizzjoni tirreferi partikolarment għal għalf għall-bhejjem supplimentari li jkun fih konċentrati ta' ċerti adittivi; Billi regoli tal-Komunità m’għandhomx japplikaw għal għalf għall-bhejjem intenzjonat għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, minħabba li ġeneralment, dawn ta' l-aħħar japplikaw regoli differenti; Billi, sabiex ikun żgurat li l-ħtiġijiet stabbiliti fir-rigward ta' adittivi huma matul it-tqegħid fuq is-suq, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu arranġamenti ta' kontroll adattati; Billi l-għalf għall-bhejjem li jissodisfa dawn ir-rekwiżiti għandu jkun soġġett biss għar-restrizzjonijiet tat-tqegħid fuq stabbiliti f'din id-Direttiva; Billi, sabiex l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva tiġi faċilitata, għandha tkun applikata proċedura li tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti ta' l-Għalf għall-Bhejjem; ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L- Artikolu 1 Din id-Direttiva għandha tgħodd għal adittivi fl-għalf għall-bhejjem. L- Artikolu 2 Għall-iskopijiet ta' din id-Deċiżjoni għandhom jgħoddu d-definizzjonijiet li ġejjin: (a) Adittivi: sustanzi li, meta inkorporati f'għalf għall-bhejjem, x'aktarx jaffettwaw il-karatteristiċi tagħhom jew il-produzzjoni tal-bhejjem; (b) Għalf għall-bhejjem: sustanzi organiċi jew inorganiċi, użati waħidhom jew f'taħlitiet, kemm jekk ikun fihom u kemm jekk ma jkunx fihom adittivi, għal tmiegħ orali tal-bhejjem; (ċ) Razzjon ta' kuljum: il-kwantità totali medja ta' għalf għall-bhejjem, maħduma fuq kontenut ta' umdità ta' 12 %, meħtieġa kuljum minn bhima ta' speċi, kategorija ta' età u produzzjoni partikolari, sabiex tissodisfa l-ħtiġijiet kollha tagħha; (d) Għalf komplet għall-bhejjem: taħlitiet ta' għalf għall-bhejjem li, minħabba l-kompożizzjoni tagħhom, ikunu biżżejjed għal razzjon ta' kuljum; (e) Għalf għall-bhejjem supplimentari: taħlitiet ta' għalf għall-bhejjem li jkollhom kontenut għoli ta' ċerti sustanzi u li, minħabba l-kompożizzjoni tagħhom, ikunu biżżejjed għal razzjon ta' kuljum biss jekk jintużaw flimkien ma' għalf għall-bhejjem ieħor; (f) Taħlitiet minn qabel: konċentrati adittivi maħsuba għall-manufattura industrijali ta' għalf għall-bhejjem kompost. L- Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li, fir-rigward ta' għalf għall-bhejjem, dawk l-adittivi biss li jkunu mniżżla fl-Anness I jistgħu jiġu nkorporati f'għalf għall-bhejjem u soġġetti biss għar-rekwiżiti stabbiliti fihom. Dawn l-adittivi ma jistgħux jiġu użati fi kwalunkwe forma oħra ta' għalf għall-bhejjem. 2. Il-kontenut massimu u minimu mniżżel fl-Anness I jirreferi għall-għalf komplet għall-bhejjem. 3. It-taħlita ta' adittivi msemmija f'din id-Direttiva għandha tkun permessa f'għalf għall-bhejjem biss fejn, fir-rigward ta' l-effetti mixtieqa, ikun hemm kompatibilità fiżika u kimika bejn il-komponenti tat-taħlita. 4. Antibijotiku (l-Anness I (A) u l-Anness II (A)) jista' jiġi mħallat ma' antibijotiku ieħor wieħed biss, kemm-il darba jkun diġa hemm provvedimenti f'dawk l-Annessi għat-taħlita li tkun għad trid tiġi prodotta. Il-komponenti ma jkunux jistgħu jappartjenu għall-istess grupp kimiku. Il-livell massimu awtorizzat ta' kull komponent għandu jkun dak stabbilit minn din id-Direttiva, mnaqqas għal livell fi proporzjon għall-perċentwal tiegħu fit-taħlita. 5. Il-koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħra (Anness I (D) u Anness II (B) ma jistgħux jiġu mħallta flimkien kemm-il darba ma jkunx hemm diġà pprovvedimenti għat-taħlita f'dawk l-Annessi. 6. L-Istati Membri jistgħu, għal skopijiet sperimentali jew xjentifiċi, jipprovdu għal derogi mid-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, 3, 4 jew 5 fuq il-kondizzjoni li jkun hemm sorveljanza uffiċjali adegwata. 7. B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu, matul perjodu ta' ħames snin wara n-notifika ta' din id-Direttiva, iżidu, għat-territorju tagħhom stess, il-livell massimu ta' antibijotiċi awtorizzat (l-Anness I (A)), minbarra fil-każ tas-sustanzi E 709, E 711 u E 712, skond kif ġej: (a) Oleandomycin, sa 25 ppm ta' l-għalf komplet għall-bhejjem: (b) għat-tjur, minbarra papri u wiżż, minn meta jfaqqsu sa l-aħħar tar-raba' ġimgħa; (ċ) għall-majjali, minn meta jitwieldu sa l-aħħar tat-tmien ġimgħa; (d) L-antibijotiċi l-oħra kollha, sa 50 ppm ta' l-għalf komplet għall-bhejjem: (a) għat-tjur, minbarra papri u wiżż, minn meta jfaqqsu sa l-aħħar tar-raba' ġimgħa; (b) għall-għoġġiela, ħrief u gidjien, minn meta jitwieldu sa l-aħħar tas-sittax-il ġimgħa; (ċ) għall-majjali, minn meta jitwieldu sa l-aħħar tat-tmien ġimgħa; (d) għall-bhejjem imrobbija għall-pil tagħhom. L- Artikolu 4 1. B'deroga mill-Artikolu 3 (1), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-użu ta’ dawn li ġejjin ġewwa t-territorju tagħhom: (a) matul perjodu ta' ħames snin minn wara n-notifika ta' din id-Direttiva, is-sustanzi li jappartjenu għal gruppi minbarra dawk imniżżla fl-Anness I, sakemm it-testijiet juru li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl--Artikolu 6 (2) (A) huma sodisfatti. Din id-deroga ma għandhiex tapplika għal sustanzi li jkollhom effett ormonali jew anti-ormonali; (b) matul perjodu ta' ħames snin minn wara n-notifika ta' din id-Direttiva, is-sustanzi elenkati fl-Anness II, sakemm it-testijiet juru li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl--Artikolu 6 (2) (A) huma sodisfatti; (ċ) urea għal bhejjem adulti li jixtarru, sakemm it-testijiet juru li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 (2) (A) huma; (d) molibdenu, sa 25 ppm ta' l-għalf komplet għall-bhejjem; (e) selenju, sa 0.5 ppm ta' l-għalf komplet għall-bhejjem; (f) zakkarina. 2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn bil-miżuri kollha meħuda taħt il-paragrafu 1 u għandhom jipprovdu d-dokumenti li huma jikkonsidraw li jiġġustifikaw l-awtorizazzjoni tagħhom. L- Artikolu 5 Fi żmien perjodu raġonevoli wara l-awtorizzazzjoni ta' adittiv minn Stat Membru taħt l-Artikolu 4 (1) (a), il-Kummissjoni għandha tikkonsidra jekk, minħabba d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 6, l-adittiv ikunx jista' jiġi nkluż fl-Anness I jew jekk l-awtorizzazzjoni tkunx tista' tiġi rrevokata. Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-proposti addattati lill-Kunsill, li għandu jaġixxi kif stabbilit fl-Artikolu 6. L- Artikolu 6 1. Il-Kunsill għandu, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni u fid-dawl ta' informazzjoni xjentifika u teknika: - jiffissa l-kriterji ta' purità għal adittivi li jirrigwardaw din id-Direttiva, - jadotta kwalunkwe emendi li jkollhom isiru għall-Anness I. 2. Meta jemenda l-Anness I, il-Kunsill għandu japplika l-prinċipji li ġejjin: A. Sustanza għandha tiġi nkluża fl-Anness I biss jekk: (a) ikollha effett favorevoli fuq il-karatteristiċi ta' dak l-għalf għall-bhejjem jew fuq il-produzzjoni tal-bhejjem meta nkorporata f'għalf għall-bhejjem bħal dan; (b) fil-livell permess fl-għalf għall-bhejjem din ma tipperikolax is-saħħa tal-bhejjem jew dik tal-bniedem u lanqas ma tagħmel ħsara lill-konsumatur billi tbiddel il-karatteristiċi ta' prodotti tal-bhejjem; (ċ) in-natura u l-livell tagħha fl-għalf għall-bhejjem jkunu jistgħu jiġu kkontrollati; (d) fil-livell permess fl-għalf għall-bhejjem, it-trattament jew il-prevenzjoni ta' mard tal-bhejjem ikun eskluż; din il-kondizzjoni ma tapplikax għal sustanzi tat-tip imniżżel fl-Anness I (D); (e) għal raġunijiet serji li jikkonċernaw is-saħħa tal-bniedem jew dik tal-bhejjem l-użu tagħha jista' jiġi llimitat għal għanijiet mediċi jew veterinarji. B. Sustanza għandha titħassar mill-Anness I jekk kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet imniżżla taħt A ma tkunx sodisfatta aktar. L- Artikolu 7 1. Meta l-użu fl-għalf għall-bhejjem ta' wieħed mill-adittivi mniżżel fl-Anness I jew il-livell massimu stabbilit għal adittiv bħal dan jista' jpoġġi fil-perikolu s-saħħa tal-bhejjem jew dik tal-bniedem, Stat Membru jista', għal perjodu massimu ta' erba' xhur, jissospendi l-awtorizzazzjoni sabiex jintuża dak l-adittiv jew jista' jnaqqas il-livell massimu stabbilit. Huwa għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni, li għandha tikkonsulta lill-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat Permanenti ta' l-Għalf għall-Bhejjem stabbilit b'Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-20 ta' Lulju 1970 [2]. 2. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni għandu jiddeċiedi bla telf ta' żmien jekk l-Anness I għandux jiġi emendat u, jekk ikun hekk, għandu jadotta permezz ta' direttiva l-emendi meħtieġa. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' wkoll, jekk ikun hemm bżonn, jestendi għal perjodu massimu ta' sena l-perjodu stabbilit fil-paragrafu 1. L- Artikolu 8 L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-għalf għall-bhejjem supplimentari, dilwit kif speċifikat, ma jkunx fih livelli ta' l-adittivi msemmija f'din id-Direttiva li jaqbżu dawk stabbiliti għall-għalf komplet għall-bhejjem. L- Artikolu 9 1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-livelli ta' antibijotiċi (l-Anness I (A)), antiossidanti (Annex I (B)), koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħra (Anness I (D)), vitamini D (Anness I (H) Nru 1) u ta' traċċi ta’ elementi (Anness I (I)) f'għalf għall-bhejjem supplimentari u taħlitiet lesti minn qabel ikunu jistgħu jaqbżu l-livelli massimi stabbiliti għal għalf komplet għall-bhejjem biss fil-każ ta': (a) materjali li jiġu kkonsenjati lil manifatturi ta' għalf għall-bhejjem kompost jew lill-fornituri tagħhom; (b) għalf għall-bhejjem supplimentari li Stat Membru jkun awtorizza sabiex ikun disponibbli lill-konsumaturi kollha fuq il-kondizzjoni li l-livell ta' antibijotiċi, vitamini D jew traċċi ta’ elementi ma jaqbiżx ħames darbiet il-livell massimu stabbilit; (ċ) għalf għall-bhejjem supplimentari li jkun maħsub għal ċerti speċi ta' bhejjem u li Stat Membru jkun permess li jawtorizza li jkun disponibbli ġewwa t-territorju tiegħu lill-konsumaturi kollha minħabba sistemi ta' tmigħ speċjali, fuq il-kondizzjoni li l-livell tagħhom ma jaqbiżx: - għal antibijotiċi, 1000 ppm; - għal antiossidanti, koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħra, ħames darbiet il-livell massimu stabbilit; - għall-vitamini D, 200000 IU/kg. Din id-disposizzjoni m’għandhiex tapplika fil-każ ta' awtorizzazzjoni mogħtija taħt is-sottoparagrafu (b). 2. L-awtorizzazzjoni taħt il-paragrafu 1 (b) jew (ċ) tista' tingħata biss jekk l-għalf għall-bhejjem ikun fih karatteristiċi kompożizzjonali (fir-rigward ta', per eżempju, proteini jew minerali) li fil-prattika jiżguraw li l-livell ta' adittivi stabbilit għal għalf komplet għall-bhejjem ma jkunx maqbuż u li l-għalf għall-bhejjem ma jiġix użat għal speċi ta' bhejjem minbarra dawk li għalihom ikun maħsub. L-awtorizzazzjoni ta' għalf ta’ din ix-xorta għandha tiġi stabbilita permezz ta' konsultazzjoni minn qabel bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Għalf għall-Bhejjem. L- Artikolu 10 1. L-Istati Membri għandhom jesiġu li għalf għall-bhejjem li jkun fih xi waħda mis-sustanzi mniżżla hawn taħt ikun jista' jitqiegħed fis-suq biss jekk is-sustanza tkun speċifikata fuq l-ippakkjar, jew direttament jew permezz ta' tikketta li tagħti d-dettalji li ġejjin: (a) antibijotiċi: in-natura, il-livell u d-data ta' skadenza tal-garanzija ta' dak il-livell; (b) sustanzi li għandhom effetti antiossidanti: in-natura; (ċ) koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħra (Anness I (D)): in-natura, il-livell u l-kondizzjonijiet ta' użu kif speċifikat fl-Anness; (d) materja li tagħti l-kulur, li tinkludi pigmenti, mniżżla fl-Anness I (F) Nru 2: in-natura; (e) Vitamini A, D u E: in-natura, il-livell u d-data ta' skadenza tal-garanzija ta' dak il-livell; (f) ram: livell imfisser bħala Cu, jekk jaqbeż il-50 ppm; (g) adittivi awtorizzati taħt l-Artikolu 4 (1) (a): natura u livell. Għandha ssir referenza għal dawn is-sustanzi permezz tat-terminoloġija li tkun daħlet fl-użanza. 2. Fil-każ ta' oġġetti bil-massa, id-dettalji msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jingħataw fuq dokument mehmuż ma' l-oġġetti. 3. Il-preżenza ta' traċċi ta’ elementi u ta' vitamini minbarra vitamini A, D u E, ta' provitamini u jistgħu jiġu ndikati sustanzi attivi simili oħra jekk l-ammonti ta' dawn is-sustanzi preżenti jkunu jistgħu jiġu stabbiliti permezz ta' metodi ta' analiżi uffiċjali. F'każijiet bħal dawn għandhom jingħataw id-dettalji li ġejjin: (a) għal traċċi ta’ elementi: natura u livell; (b) għal sustanzi oħra: in-natura, il-livell u d-data ta' skadenza tal-garanzija ta' dak il-livell. 4. Kwalunkwe referenza għal adittivi minbarra dawk fil-forma stabbilita f'din id-Direttiva għandha tkun projbita. L- Artikolu 11 1. L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-għalf għall-bhejjem supplimentari li jkun fih adittivi f'ammonti akbar mil-livelli massimi stabbiliti għal għalf komplet għall-bhejjem jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk l-ippakkjar: (a) jkun fih il-kliem "għalf għall-bhejjem supplimentari" u jindika n-natura ta' l-għalf għall-bhejjem; (b) jagħti direzzjonijiet għall-użu u l-istruzzjoni addizzjonali li ġejjin: "Dan l-għalf għall-bhejjem jista' jintuża biss għal… (speċi u kategorija ta' età tal-bhima)… sa kwantita ta'… grammi għal kull kilogramma ta' razzjon ta' kuljum." Dawn id-dettalji għandhom ikunu skond id-disposizzjonijiet ta' l-Anness I. Din id-disposizzjoni m’ għandhiex tapplika għal materjali kkunsinnjati lil manufatturi ta' għalf għall-bhejjem kompost jew lill-fornituri tagħhom. 2. Id-dikjarazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 (b) għandha tkun ifformulata b'tali mod li, meta tkun segwita sew, il-proporzjon ta' adittivi ma jaqbiżx il-livell massimu stabbilit għal għalf komplet għall-bhejjem. L- Artikolu 12 Meta l-għalf għall-bhejjem jitpoġġa fis-suq ta' l-Istati Membri l-oħra, għandhom jingħataw id-dettalji li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 10 u 11 f'ta' mill-anqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-pajjiż ta' destinazzjoni. L- Artikolu 13 L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għalf li jikkonforma mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma għandu jkun soġġett, fir-rigward tal-preżenza jew nuqqas ta' adittivi u fir-rigward ta' mmarkar, għall-ebda restrizzjoni fis-suq minbarra għal dawk stabbiliti minn din id-Direttiva. L- Artikolu 14 L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prodotti tal-bhejjem ma jkunux soġġetti għal kwalunkwe restrizzjoni fuq is-suq b'riżultat ta' l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.. L- Artikolu 15 L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li l-għalf għall-bhejjem impoġġi fuq is-suq ikun ikkontrollat uffiċjalment, ta’ mill-anqas b'kontrolli fuq kampjuni, sabiex jiġi vverifikat jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva jkunux sodisfatti. L- Artikolu 16 Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal għalf għall-bhejjem li jkun jidher, għallinqas b'indikazzjoni xierqa, li jkun għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. L- Artikolu 17 L-Istati Membri għandhom, fi żmien sentejn minn meta jiġu notifikati, idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti, jew id-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwarhom. L- Artikolu 18 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, 23 ta' Novembru 1970. F'isem il-Kunsill Il-President W. Scheel [1] ĠU C 135, ta' l-14.12.1968, p. 20. [2] ĠU L 170, tat-3.8.1970, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS I Nru tal- KEE | Adittivi | Deskrizzjoni tal-Formula kimika | Speċi ta' bhejjem | Età massima | Kontenut minimu | Kontenut massimu | Disposizzjonijiet oħra | | | ppm ta' għalf komplet | ppm ta' għalf komplet | A)Antibijotiċi E 700 | Bacitracin zinc | C66H103O16N17SZn Antibijotiċi ta' polypeptides li jkun fihom 12-20% ta' zingu | Tjur (minbarra papri, wiżżat, tiġieġ li jbidu) | 10 ġimgħat | 5 | 20 | Għoġġiela | 6 xhur | 5 | 20 | — | 5 | 80 | Tmigħ bil-ħalib biss | Ħrief u gidjien | 6 xhur | 5 | 20 | — | 5 | 80 | Tmigħ bil-ħalib biss | Majjali | 6 xhur | 5 | 20 | — | 5 | 80 | Tmigħ bil-ħalib biss | Bhejjem mrobbija għall-pil | — | 5 | 20 | E 701 | Tetraċilin (imfisser bħala idrokloru) | C22H24O8N2-HCl | Tjur (minbarra papri, wiżżat, tiġieġ li jbidu) | 10 ġimgħat | 5 | 20 | Għoġġiela | 6 xhur | 5 | 20 | — | 5 | 80 | Tmigħ bil-ħalib biss | Majjali | 6 xhur | 5 | 20 | — | 5 | 80 | Tmigħ bil-ħalib biss | E 702 | Klorotetraċilin (imfisser bħala idrokloru) | C22H23O8N2Cl-HCl | Tjur (minbarra papri, wiżżat, tiġieġ li jbidu) | 10 ġimgħat | 5 | 20 | Għoġġiela | 6 xhur | 5 | 20 | — | 5 | 80 | Tmigħ bil-ħalib biss | Ħrief u gidjien | 6 xhur | 5 | 20 | — | 5 | 80 | Tmigħ bil-ħalib biss | Majjali | 6 xhur | 5 | 20 | — | 5 | 80 | Tmigħ bil-ħalib biss | Bhejjem mrobbija għall-pil | — | 5 | 20 | E 703 | Ossitetraċilin (imfisser bħala idrokloru) | C22H24O9N2-HCl | Tjur (minbarra papri, wiżżat, tiġieġ li jbidu | 10 ġimgħat | 5 | 20 | Għoġġiela | 6 xhur | 5 | 20 | — | 5 | 80 | Tmigħ bil-ħalib biss | Ħrief u gidjien | 6 xhur | 5 | 20 | — | 5 | 80 | Tmigħ bil-ħalib biss | Majjali | 6 xhur | 5 | 20 | — | 5 | 80 | Tmigħ bil-ħalib biss | Bhejjem mrobbija għall-pil | — | 5 | 20 | E 704 | Oleandomycin | C35H61012N (basżi) Antibijotiku amacrolide | Tjur (minbarra papri, wiżżat, tiġieġ li jbidu) | 10 ġimgħat | 2 | 10 | Majjali | 6 xhur | 2 | 10 | E 705 | Peniċillina-G-potassju [1] | C16H18N2O4S | Tjur (minbarra papri, wiżżat, tiġieġ li jbidu) | 10 ġimgħat | 5 | 20 | E 706 | Peniċillina-G-sodju | C16H18NaN2O4S | E 707 | Peniċillina-G-procaine [1] | C 29H38N4O6S-H2O | E 708 | Peniċillina-G-benzathine [1] | C 48H56N6O8S2 | Ħrief u gidjien | 6 xhur | 5 | 20 | — | 5 | 80 | Tmigħ bil-ħalib biss | Majjali | 6 xhur | 5 | 20 | — | 5 | 80 | Tmigħ bil-ħalib biss | Bhejjem mrobbija għall-pil | — | 5 | 20 | E 709 | Peniċillina-G-(sodju, procaine) – (taħlita ta' streptomycin: 3 partijiet ta' (a) peniċillina-G- (sodju, procaine) sa 7 partijiet ta' (b) streptomycin | a)C16H18NaN2O4S | Għoġġiela | 6 xhur | 5 | 20 | C29H38N4O6S-H2O | — | 5 | 80 | Tmigħ bil-ħalib biss | b)C21H39O12N7 | Ħrief u gidjien | 6 xhur | 5 | 20 | — | 5 | 80 | Tmigħ bil-ħalib biss | Majjali | 6 xhur | 5 | 20 | — | 5 | 80 | Tmigħ bil-ħalib biss | Bhejjem mrobbija għall-pil | — | 5 | 20 | E 710 | Spiramycin | I.I C45H78O15N2 | (bażi) | Tjur (minbarra papri, wiżżat, tiġieġ li jbidu) | 10 ġimgħat | 5 | 20 | II.II C47H80O16N2 | III.III C48H82O16N2 | Antibijotiċi macrolide | Għoġġiela | 6 xhur | 5 | 20 | — | 5 | 80 | Tmigħ bil-ħalib biss | Ħrief u gidjien | 6 xhur | 5 | 20 | — | 5 | 80 | Tmigħ bil-ħalib biss | Majjali | 6 xhur | 5 | 20 | — | 5 | 80 | Tmigħ bil-ħalib biss | Bhejjem mrobbija għall-pil | — | 5 | 20 | E 711 | Virginiamycin | I.I C26H35N3O7 | Tjur (minbarra papri, wiżżat, tiġieġ li jbidu) | 10 ġimgħat | 5 | 20 | II.II C43H49N7O10 | Majjali | 6 xhur | 5 | 20 | E 712 | Flavomycin | C70H124N6O40P | Tjur (minbarra papri, wiżżat, tiġieġ li jbidu) | 10 ġimgħat | 0,5 | 20 | Għoġġiela | 6 xhur | 6 | 16 | — | 8 | 16 | Tmigħ bil-ħalib biss | Majjali | 6 xhur | 1 | 20 | — | 10 | 25 | Tmigħ bil-ħalib biss | Bhejjem mrobbija għall-pil | — | 2 | 4 | B)Anti-ossidanti 1.Is-sustanzi kollha awtorizzati permezz ta' regoli tal-Komunità għall-protezzjoni ta' għalf għall-bhejjem kontra l-ossidazzjoni: | | | E 321 | a)Butylated hydroxy-toluene (BHT) | 2,6-di-tert-butyl-p-cresol | — | — | 150 | Konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fir-rigward ta' dawn is-sustanzi minn regoli tal-Komunità | b)Oħrajn | | | 100 | E 322 | Ethyoxyquin | 1,2-dihydro-6-ethoxy – 2,2,4-trimethylquinoline | — | — | 150 | C)Sustanzi aromatiċi u li jqanqlu l-aptit Il-prodotti naturali kollha u l-prodotti sintetiċi li jikkorrespondu | | | — | — | — | D)Koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħra E 750 | Amprolium | 1-(4-amino-2-propylpyrimidin-5-yl-methyl) - 2-methyl-pyridinium chloride hydrochloride | Tjur | — | 62,5 | 125 | L-użu huwa projbit mill-età minn meta jibdew ibidu 'l quddiem u mill-inqas 3-ijiem qabel il-qatla | E 751 | Amproliumethopabate (taħlita: 25 parti ta' 9a) amprolium għal 1.6 partijiet ta' (b) ethopabate) | a)1-(4-amino-2- propylprimidin-5-yl-methyl)-2-methyl-pyridinium chloride hydrochloride | Tiġieġ, dundjani | — | 66,5 | 133 | L-użu huwa projbit mill-età ta' meta jbidu 'l quddiem u ta' mill-inqas 3-ijiem qabel il-qatla | b)methylsic 4-acetamido-2-ethoxybenzoate | E 752 | Dinitolmide | 3-5-Dinitrol-o-toluamide | Tjur | — | 62,5 | 125 | L-użu huwa projbit mill-età ta' meta jibdew ibidu 'l quddiem u ta' l-inqas 3-ijiem qabel il-qatla | E 753 | Buquinolate | Ethyl6,7-di iso-butoxy-4-hydroxy quinoline-3-carboxylate | Tiġieġ għat-tismin | — | 82,5 | 82,5 | L-użu huwa projbit mill-età ta' meta jibdgħu jbidu 'il quddiem u ta' l-inqas 3-ijiem qabel il-qatla | E)Emulsjonanti | Is-sustanzi kollha awtorizzati mir-regoli tal-Komunità li jirrigwardaw l-għalf għall-bhejjem | | | | — | — | — | Konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fir-rigward ta' dawn is-sustanzi minn regoli tal-Komunità | F)Sustanzi li jagħtu l-kulur li jinkludu pigmenti | 1.Carotenoids u xanthophylls: | | | Tjur | — | — | 80 (total) | Konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fir-rigward ta' l-għoti tal kulur ta' l-għalf għall-bhejjem minn regoli tal-Komunità | E 160 | Capsanthin | C40H58O3 | | | E 160 | Beta-apo-8-carotenal | C30H40O | | | E 160f | Ester etile ta' aċidu beta-apo-8-karotiniku | C32H44O2 | | | E 161b | Luteina | C40H56O2 | | | E 161ċ | Cryptoxanthin | C 40H56O | | | E 161e | Violaxanthin | C40H56O | | | E 161g | Cantahxanthin | C40H52O2 | | | E 161h | Eaxanthin | C40H56O2 | | | | 2.Is-sustanzi l-oħra li jagħtu l-kulur lill-għalf għall-bhejjem awtorizzati minn regoli tal-Komunità | | | | — | — | — | Permessi f'għalf għall-bhejjem biss a)fil-prodotti pproċessati ta' skart ta' l-għalf għall-bhejjemi)ċerejali jew dqiq manojku żnaturat permezz ta' aġenti permessi li jagħtu lewn aħmar;ii)jew sustanzi bażi oħra żnaturati permezz ta' aġenti permessi jew mogħtija kuluriii)matul preparazzjoni teknika sabiex tkun żgurata l-identifikazzjoni meħtieġa matul il-manufattura; ub)b'mod konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fir-rigward ta' dawn is-sustanzi minn regoli tal-Komunità | | G)Stabbilizzaturi | | | | — | — | — | | E 400 | Aċidu alġiniku | | | | | E 401 | Alġinat tas-sodju | | | | | E 404 | Alġinat tal-kalċju | | | | | E 410 | Agar-agar | | | | | E 411 | Carragheen Carragheenius Carragheenates Carragheenanes | | | | | E 412 | Dqiq taż-żerriegħa tal-ħarrub | | | | | E 415 | Gomma thragacanth | | | | | E 416 | Gomma arabika | | | | | E 440 | Sustanzi pektiċi | | | | | Nru tal-KEE | Adittivi | Deskrizzjoni tal-Formula kimika | Speċi ta' annimal | Età massima | Kontenut massimu IU/kg ta' għalf komplet għall-bhejjem jew tar-razzjon ta' kuljum | Disposizzjonijiet oħra | | | H.Vitamini, provitamini u sustanzi kimikament ddefiniti tajjeb li għandhom effett simili E 670 | 1.Vitamina D2 | Majjali | — | 2000 | | | Qżieqeż | — | 10000 | Tmigħ bil-ħalib biss | Użu simultanju tal-Vitamina D3 huwa projbit | | Bhejjem tal-fart | — | 4000 | | | Ngħaġ u ħrief | — | 4000 | | | Għoġġiela | — | 10000 | Tmigħ bil-ħalib biss | | Żwiemel | — | 4000 | | | Speċi oħra (minbarra tjur) | — | 2000 | | E 671 | Vitamina D3 | | Majjali | — | 2000 | | | Qżieqeż | — | 10000 | Tmigħ bil-ħalib biss | Użu simultanju tal-Vitamina D2 huwa projbit | | Bhejjem tal-fart | — | 4000 | | | Ngħaġ u ħrief | — | 4000 | | | Għoġġiela | — | 10000 | Tmigħ bil-ħalib biss | | Żwiemel | — | 4000 | | | | Tiġieġ li jbidu | — | 3000 | | | | Tjur oħra | — | 2000 | | | | Speċi oħra | — | 2000 | | Użu simultanju tal-Vitamina D2 huwa projbit | 2.Is-sustanzi kollha fil-grupp minbarra l-Vitamina D | | | — | — | | | Nru tal-KEE | Komponent | Adittivi | Formula kimika | Il-kontenut massimu ta' l-element f'ppm ta' l-għalf komplet tal-bhejjem | I. | | | | E 1 | Ħadid – Fe | | | 1250 (total) | Ferrous fumarate | FeC4H2O4 | | Ferrous citrate | Fe3(C6H5O7)2-6 H2O | | Ferrous carbonate | FeCO3 | | Ferrous chloride | FeCl2-4 H2O | | Ferric chloride | FeCl3-6 H2O | | Ferric oxide | Fe2O3 | | Ferrous sulphate | FeSO4-7 H2O | | E 2 | Jodju – I | | | 40 (total) | Calcium iodate | Ca(IO3)2-6 H2O | | Anhydrous calcium iodate | Ca(IO3)2 | | Sodium iodide | Na I | | Potassium iodide | K I | | E 3 | Kobalt – Co | | | 10 (total) | Aċetat tal-kobalt | Co(CH3COO)2-4 H2O | | Karbonat bażiku tal-kobalt | 2 CoCO3-3 Co(OH)2 - H2O | | Klorur tal-kobalt | CoCl2-6 H2O | | Sulfat tal-kobalt | CoSO4-7 H2O | | Sulfat tal-kobalt monoidrat | CoSO4-H2O | | Nitrat tal-kobalt | Co(NO3)2-6 H2O | | E 4 E 4 (ikompli) | Ram – Cu | | | Majjali: 125 (total) Speċi oħra ta' bhejjem: 50 (total) | Aċetat tar-ram | Cu(CH3COO)2-H2O | | Karbonat tar-ram bażiku, monoidrat | CuCO3-Cu(OH)2-H2O | | Klorur tar-ram | CuCl2-2 H2O | | Ossidu tar-ram | CuO | | Sulfat tar-ram | CuSO4-5 H2O | | E 5 | Manganiż – Mn | | | 250 (total) | Karbonat tal-manganiż | MnCO3 | | Klorur tal-manganiż | MnCl2-4 H2O | | Fosfat idroġenu tal-manganiż | MnHPO4-3 H2O | | Ossidu tal-manganiż | MnO | | Ossidu tal-manganiż | Mn2O3 | | Sulfat tal-manganiż | MnSO4-4 H2O | | Sulfat tal-manganiż, monoidrat | MnSO4-H2O | | E 6 | Zingu – Zn | | | 250 (total) | Zinc lactate | Zn(C3H5O3)2-3 H2O | | Aċetat taż-żingu | Zn(CH3-COO)2-2 H2O | | Karbonat taż-żingu | ZnCO3 | | Klorur taż-żingu, monoidrat | ZnCl2-H2O | | Ossidu taż-żingu | ZnO | | Sulfat taż-żingu | ZnSO4-7 H2O | | Sulfat taż-żingu, monoidra | ZnSO4-H2O | | [1] Proporzjonijiet bħal għall-peniċillina -G- sodju; 1 ppm peniċillina-G-Na jew - K = 1,66 ppm peniċillina G procaine = 1,66 IU/kg. -------------------------------------------------- l-ANNESS II Nru | Adittivi | Deskrizzjoni, formula kimika | A.Antibijotici 1 | Bacitracin manganese | C66H103O16N17S Mn, Kumpless ta' nianganiż ta' polypeptides | 2 | Erythromycin | C37H67O13N (base), mactolides | 3 | Hygromycin B | C15H28010N2 | 4 | Neomycin | C23H46O12N6 | 5 | Soframycin | Piz molikulari ta' bejn 1400 u 1500 | 6 | Tylosin | C45H79O17N (base), macrolides | B.Koccidjostati u sustanzi medicinali ohra 1 | Decoquinate | C24H3505N Ethyl 6-decyloxy-7'ethoxy-4-hydroxyquinoline-3-carboxylate | 2 | Dimitridazole | l,2-Dimethyl-5-nitroimidazole | 3 | Acinitrazole(aceryleneheptine) | 2-acetylamino-5-nitrothiazole | 4 | Furazolidone | 3-(5-nitrofurfurylideneamino)-oxazolidin-2-one | 5 | Clopidol | 3,5-Dichloro-2,6-dimethyl-4-pyridinol | 6 | Nicarbazin | 4,4-dinitrocarbanilide + 2-hydroxy-4,6-dimethyl-pyrimidine | 7 | Nitrofurazone | 5-nitro-2-furfurylidene semicarbazone | 8 | Sulphaquinoxaline | 2-p-aminobenzenesulphonamidoquinoxaline | 9 | "Whitsyn" (Sulphaquinoxaline +Pyrimethamine) | 2-p-aminobenzenesulphonamidoquinoxaline +2,4-diamino-5(4-cholorophenyl)-6-ethylpyrimidine | 10 | (Sulphaquinoxaline +Diaveridine) | 2-p-aminobenzenesulphonamidoquinoxaline+2,4-diamino-5 (3,4 dimethoxybenzyl-pyrimidine) | 11 | (Sulphadimethoxyne +Diaveridine} | 2,4-dimethoxy-6-sulphaniIamido-l,3-diazine +2,4-diamino-5(3,4 dimethoxy-benzylj-pyrimidine | 12 | Ronidazol | (l-methyl-2-carbamoyloxymethyI-5-nitroimidazole | 13 | Bifuran(nitrofurazone +furazolidone) | 5-nitro-2-furfurylidene semicarbazone +3-(5-nitrofurfurylidene-amino)-oxazolidin-2-one | 14 | Methylbenzoquate | C22H23O4N | 15 | Piperazine | | 16 | Nitrovin | l,5-di(5-nitro-2-furyl)-l,4-pentadien-3-one-amidinohydrazone-hydrochloride | C.Emulsjonanti 1 | Esters ta' polyethyleneglycol | | 2 | "Tween 80" | PolyoxyethyleneSorbitan-monooleate | D.Stabbilizzaturi 1 | Carboxymethylcellulose | [C6H7O2(OH)x(OCH2COONa)y]n x = 2,00 to 2,40; y = – 00 to 0,60; x + y = 3,00 | 2 | Ethers tac-celluloża | | 3 | Gelatina | | E.Adittivi oħra 1 | Lignosulphonates Kaolin (sustanzi użati bħala binders fil-granulazzjoni ta' ghalf ghall-bhejjem) | | 2 | Silika u komposti tas-silika (dispersants u anti-agglutinanti) | | 3 | Acidu propjoniku u 1-imluha tieghu | C3H6O2 | 4 | Citranaxanthine | C33H44O | 5 | Myxoxantophyl | C40H56O7 jew C40H58O7 | --------------------------------------------------