Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0150

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/150 tas-27 ta' Jannar 2017 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1127

ĠU L 23, 28.1.2017, p. 3–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/08/2017; Imħassar b' 32017R1420

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/150/oj

28.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 23/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/150

tas-27 ta' Jannar 2017

li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1127

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-12 ta' Lulju 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1127 (2) li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001, li jistabbilixxi lista aġġornata ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 (“il-lista”).

(2)

Il-Kunsill ipprovda, fejn possibbli fil-prattika, lill-persuni, il-grupp u l-entitajiet kollha b'dikjarazzjonijiet ta' raġunijiet li fihom jispjega għaliex huma ġew inklużi fil-lista.

(3)

B'avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill informa lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fuq il-lista li huwa kien iddeċieda li jżommhom fiha. Il-Kunsill informa wkoll lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati bil-possibbiltà li jitolbu dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill għall-inklużjoni tagħhom fil-lista fejn tali dikjarazzjoni ma kinitx diġà ġiet ikkomunikata lilhom.

(4)

Il-Kunsill irrieżamina l-lista kif mitlub mill-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001. F'dak ir-rieżami, il-Kunsill ħa kont tal-osservazzjonijiet ippreżentati lilu minn dawk ikkonċernati kif ukoll tal-informazzjoni aġġornata riċevuta mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar l-istatus tal-individwi u entitajiet inklużi fil-lista fil-livell nazzjonali.

(5)

Il-Kunsill ivverifika li l-awtoritajiet kompetenti kif imsemmi fl-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK (3), ħadu deċiżjonijiet fir-rigward tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet kollha fuq il-lista fejn jirriżulta li dawn kienu involuti f'atti terroristiċi fit-tifsira tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK jenħtieġ li jibqgħu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fir-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

6.

Jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata skont dan u jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1127 jitħassar,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 tinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1127 huwa mħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Jannar 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

E. SCICLUNA


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1127 tat-12 ta' Lulju 2016 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2425 (ĠU L 188, 13.7.2016, p. 1).

(3)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).


ANNESS

LISTA TA' PERSUNI, GRUPPI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

I.   PERSUNI

1.

ABDOLLAHI, Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11 ta' Awwissu 1960 fl-Iran. Passaport Nru: D9004878.

2.

AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

3.

AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16 ta' Ottubru 1966 f'Tarut (Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

4.

ARBABSIAR, Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6 jew fil-15 ta' Marzu 1955 fl-Iran. Ċittadin Iranjan u tal-Istati Uniti. Passaport Nru: C2002515 (Iran); Passaport Nru: 477845448 (Stati Uniti tal-Amerika). Nru tal-ID nazzjonali: 07442833, data tal-iskadenza l-15 ta' Marzu 2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerika).

5.

BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR, magħruf ukoll bħala SOBIAR, magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-8 ta' Marzu 1978 f'Amsterdam (in-Netherlands) — membru tal-“Hofstadgroep”.

6.

EL HAJJ, Hassan Hassan, imwieled fit-22 ta' Marzu 1988 f'Zaghdraiya, Sidon, il-Libanu, ċittadin Kanadiż. Passaport Nru: JX446643 (Kanada).

7.

IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, Ahmed, magħruf ukoll bħala SA-ID, magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu.

8.

MELIAD, Farah, imwieled fil-5 ta' Novembru 1980 f'Sydney (l-Awstralja), ċittadin Awstraljan. Passaport Nru: M2719127 (Awstralja).

9.

MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem; magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah; magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith; magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14 ta' April 1965 jew fl-1 ta' Marzu 1964 fil-Pakistan, Passaport Nru: 488555.

10.

ȘANLI, Dalokay (magħruf ukoll bħala Sinan), imwieled fit-13 ta' Ottubru 1976 f'Pülümür (it-Turkija).

11.

SHAHLAI, Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala'i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla'i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 fl-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, l-Iran, (2) Bażi Militari ta' Mehran, Provinċja ta' Ilam, l-Iran.

12.

SHAKURI, Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f'Teheran, l-Iran.

13.

SOLEIMANI, Qasem (magħruf ukoll bħala Ghasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasmi Sulayman, magħruf ukoll bħala Qasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasem Solaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Salimani, magħruf ukoll bħala Qasem Solemani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulemani), imwieled fil-11 ta' Marzu 1957 fl-Iran. Ċittadin Iranjan. Passaport Nru: 008827 (Diplomatiku Iranjan), maħruġ fl-1999. Titolu: Maġġur Ġeneral.

II.   GRUPPI U ENTITAJIET

1.

“Abu Nidal Organisation” — “ANO” (“L-Organizzazzjoni Abu Nidal”) (magħrufa wkoll bħala l-“Kunsill Rivoluzzjonarju tal-Fatah”, magħrufa wkoll bħala l-“Brigati Rivoluzzjonarji Għarab”, magħrufa wkoll bħala s-“Settembru l-Iswed”, magħrufa wkoll bħala l-“Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti”).

2.

“Al-Aqsa Martyrs' Brigade” (“Brigata tal-Martri ta' Al-Aqsa”).

3.

“Al-Aqsa e.V.”.

4.

“Babbar Khalsa”.

5.

“Communist Party of the Philippines” (“Partit Komunista tal-Filippini”), inkluż il-“New People's Army” (“Armata l-Ġdida tal-Poplu”) — “NPA”, il-Filippini.

6.

“Gama'a al-Islamiyya” (magħruf ukoll bħala “Al-Gama'a al-Islamiyya”) “Islamic Group” (“Grupp Iżlamiku”) — “IG”).

7.

“İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi” — “IBDA-C” (“Front Iżlamiku tal-Ġellieda tal-Lvant il-Kbir”).

8.

“Hamas”, inkluż “Hamas-Izz al-Din al-Qassem”.

9.

“Hizballah Military Wing” (“Fergħa Militari tal-Hizballah” magħrufa wkoll bħala: il-“Hezbollah Military Wing”; il-“Hizbullah Military Wing”; il-“Hizbollah Military Wing”; il-“Hezballah Military Wing”; il-“Hisbollah Military Wing”; il-“Hizbu'llah Military Wing”; il-“Hizb Allah Military Wing”; il-“Jihad Council” (“il-Kunsill tal-Ġihad”) (u l-unitajiet kollha li jirrappurtaw lilha, inkluża l-Organizzazzjoni Esterna tas-Sigurtà)).

10.

“Hizbul Mujahideen” — “HM”.

11.

“Hofstadgroep”.

12.

“Khalistan Zindabad Force” — “KZF”.

13.

“Kurdistan Workers' Party” — “PKK” (“Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan”) (magħruf ukoll bħala “KADEK”, magħruf ukoll bħala “KONGRA-GEL”).

14.

“Liberation Tigers of Tamil Eelam” — “LTTE” (“Tigri għal-Liberazzjoni tat-Tamil Eelam”).

15.

“Ejército de Liberación Nacional” (“Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali”).

16.

“Palestinian Islamic Jihad” — “PIJ” (Il-“Ġiħad Iżlamika tal-Palestina”).

17.

“Popular Front for the Liberation of Palestine” — “PFLP” (“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina”).

18.

“Popular Front for the Liberation of Palestine — General Command” (Il-“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina — Kmand Ġenerali”) (magħruf ukoll bħala “PFLP — General Command”).

19.

“Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia” — “FARC” (“Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja”).

20.

“Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi” — “DHKP/C” (magħruf ukoll bħala “Devrimci Sol” (“ix-Xellug Rivoluzzjonarju”), magħruf ukoll bħala “Dev Sol”) (“Armata/Front/Partit Rivoluzzjonarju għall-Ħelsien tal-Poplu”).

21.

“Sendero Luminoso” — “SL” (it-“Triq li Tiddi”).

22.

“Teyrbazen Azadiya Kurdistan” — “TAK” (magħruf ukoll bħala l-“Falkuni għall-Ħelsien tal-Kurdistan”, magħruf ukoll bħala l-“Isqra għall-Ħelsien tal-Kurdistan”).


Top