Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0562

    Kawża T-562/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2015 – Yoo Holdings vs UASI – Eckes-Granini Group (YOO) [“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali YOO — Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti YO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

    ĠU C 236, 20.7.2015, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.7.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 236/42


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2015 – Yoo Holdings vs UASI – Eckes-Granini Group (YOO)

    (Kawża T-562/14) (1)

    ([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali YOO - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti YO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

    (2015/C 236/56)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Yoo Holdings Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: D. Farnsworth, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Bonne, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Eckes-Granini Group GmbH (Nieder-Olm, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Berlit, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ April 2014 (Każ R 762/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Eckes-Granini Group GmbH u Yoo Holdings Ltd.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Yoo Holdings Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 351, 6.10.2014.


    Top