Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0150

    Kawża T-150/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 9 ta’ April 2014 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni ( “Għajnuna mill-Istat — Self mingħajr interessi, flimkien ma’ garanzija mill-Istat, mogħti mill-awtoritajiet Elleniċi lil assoċjazzjonijiet ta’ kooperattivi agrikoli tas-settur taċ-ċereali — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Obbligu ta’ motivazzjoni — Vantaġġ — Għajnuna intiża biex tirrimedja disturbi gravi fl-ekonomija ta’ Stat Membru” )

    ĠU C 175, 10.6.2014, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.6.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 175/37


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2014 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-150/12) (1)

    ((“Għajnuna mill-Istat - Self mingħajr interessi, flimkien ma’ garanzija mill-Istat, mogħti mill-awtoritajiet Elleniċi lil assoċjazzjonijiet ta’ kooperattivi agrikoli tas-settur taċ-ċereali - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Obbligu ta’ motivazzjoni - Vantaġġ - Għajnuna intiża biex tirrimedja disturbi gravi fl-ekonomija ta’ Stat Membru”))

    2014/C 175/48

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Chalkias, X. Basakou u A. Vasilopoulou, aġenti)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn S. Thomas u D. Triantafyllou, sussegwentement minn M. Triantafyllou u P. Němečkova, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/320/UE, tal-25 ta’ Jannar 2012, dwar l-għajnuna mogħtija mill-Greċja lill-bdiewa li jipproduċu ċ-ċereali u lill-kooperattivi tal-ġbir taċ-ċereali (ĠU L 164, p. 10)

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 184, 23.06.2012.


    Top