Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016L1914

    Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1914 tal-31 ta' Ottubru 2016 li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE li jistabbilixxu miżuri ta' implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE u tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rispettivament, fir-rigward tal-karatteristiki li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta' ċerti varjetajiet ta' speċijiet ta' pjanti agrikoli u speċijiet ta' ħxejjex (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2016/6857

    ĠU L 296, 1.11.2016, p. 7–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_impl/2016/1914/oj

    1.11.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 296/7


    DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1914

    tal-31 ta' Ottubru 2016

    li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE li jistabbilixxu miżuri ta' implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE u tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rispettivament, fir-rigward tal-karatteristiki li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta' ċerti varjetajiet ta' speċijiet ta' pjanti agrikoli u speċijiet ta' ħxejjex

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta' katalgi ta' speċi ta' pjanti agrikoli (1), u partikolarment l-Artikolu 7(2)(a) u (b) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-marketing ta' żrieragħ tal-ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2)(a) u (b) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/90/KE (3) u 2003/91/KE (4) ġew adottati biex jiżguraw li l-varjetajiet li l-Istati Membri jinkludu fil-katalgi nazzjonali tagħhom jikkonformaw mal-linji gwida stabbiliti mill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) fir-rigward tal-karatteristiki li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami tad-diversi speċijiet u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami tal-varjetajiet, sa fejn kienu ġew stabbiliti tali linji gwida. Għal varjetajiet oħra dawk id-Direttivi jistipulaw li għandhom japplikaw il-linji gwida tal-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta' Varjetajiet Ġodda tal-Pjanti (UPOV).

    (2)

    Is-CPVO u l-UPOV stabbilixxew linji gwida oħrajn u aġġornaw dawk eżistenti.

    (3)

    Id-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE għandhom, għalhekk, jiġu emendati skont dan.

    (4)

    Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Annessi I u II tad-Direttiva 2003/90/KE huma sostitwiti bit-test fil-parti A tal-Anness ta' din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    L-Annessi tad-Direttiva 2003/91/KE huma sostitwiti bit-test fil-parti B tal-Anness ta' din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Għall-eżamijiet mibdija qabel l-1 ta' Lulju 2017, l-Istati Membri jistgħu japplikaw id-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE fil-verżjoni li tapplika qabel l-emenda tagħhom permezz ta' din id-Direttiva.

    Artikolu 4

    L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2017. Dawn għandhom jgħaddu t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

    Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Lulju 2017.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, id-dispożizzjonijiet għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva, jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza ta' dan it-tip waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir referenza ta' dan it-tip.

    Artikolu 5

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 6

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Ottubru 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1.

    (2)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.

    (3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/90/KE tas-6 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta' ċerti varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli (ĠU L 254, 8.10.2003, p. 7).

    (4)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/91/KE tas-6 ta' Ottubru 2003 li twaqqaf il-miżuri ta' implimentazzjoni għall-għanijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rigward il-karatteristiċi li għandhom jiġu inklużi bħala minimu ottenut mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta'ċerti varjetajiet ta'speċi ta' ħaxix (ĠU L 254, 8.10.2003, p. 11).


    ANNESS

    IL-PARTI A

    ANNESS I

    Lista ta' speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tal-ittestjar tas-CPVO

    Isem xjentifiku

    Isem komuni

    Protokoll tas-CPVO

    Festuca arundinacea Schreb.

    Żwien twil

    TP 39/1 tal-1.10.2015

    Festuca filiformis Pourr.

    Żwien in-nagħaġ tal-werqa fina

    TP 67/1 tat-23.6.2011

    Festuca ovina L.

    Żwien in-nagħaġ

    TP 67/1 tat-23.6.2011

    Festuca pratensis Huds.

    Żwien il-bur

    TP 39/1 tal-1.10.2015

    Festuca rubra L.

    Żwien aħmar

    TP 67/1 tat-23.6.2011

    Festuca trachyphylla (Hack.) Krajina

    Żwien iebes

    TP 67/1 tat-23.6.2011

    Lolium multiflorum Lam.

    Sikrana Taljana

    TP 4/1 tat-23.6.2011

    Lolium perenne L.

    Sikran perenni

    TP 4/1 tat-23.6.2011

    Lolium x boucheanum Kunth

    Sikrana ibrida

    TP 4/1 tat-23.6.2011

    Pisum sativum L.

    Piżelli

    TP 7/2 rev. tal-11.3.2015

    Vicia sativa L.

    Ġulbiena komuni

    TP 32/1 tad-19.4.2016

    Brassica napus L. var. napobrassica (L.) Rchb.

    Kolza

    TP 89/1 tal-11.3.2015

    Brassica napus L.

    Kolza Svediża

    TP 36/2 tas-16.11.2011

    Cannabis sativa L.

    Qanneb

    TP 276/1 tat-28.11.2012

    Gossypium spp.

    Qoton

    TP 88/1 tad-19.4.2016

    Helianthus annuus L.

    Ġirasol

    TP 81/1 tal-31.10.2002

    Linum usitatissimum L.

    Kittien/Żerriegħa tal-kittien

    TP 57/2 tad-19.3.2014

    Avena nuda L.

    Ħafur għeri żgħir, Ħafur bla buq

    TP 20/2 tal-1.10.2015

    Avena sativa L. (jinkludi A. byzantina K. Koch)

    Ħafur u Ħafur aħmar

    TP 20/2 tal-1.10.2015

    Hordeum vulgare L.

    Xgħir

    TP 19/4 tal-1.10.2015

    Oryza sativa L.

    Ross

    TP 16/3 tal-1.10.2015

    Secale cereale L.

    Barli

    TP 58/1 tal-31.10.2002

    xTriticosecale Wittm. ex A. Camus

    Ibridi li jirriżultaw mill-ibridizzazzjoni ta' xi speċi tal-ġenus Triticum ma' xi speċi tal-ġenus Secale

    TP 121/2 rev. 1 tas-16.2.2011

    Triticum aestivum L.

    Qamħ

    TP 3/4 rev. 2 tas-16.2.2011

    Triticum durum Desf.

    Qamħ durum

    TP 120/3 tad-19.3.2014

    Zea mays L.

    Qamħirrum

    TP 2/3 tal-11.3.2010

    Solanum tuberosum L.

    Patata

    TP 23/2 tal-1.12.2005

    It-test ta' dawn il-protokolli jinsab fuq is-sit web tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).

    ANNESS II

    Lista ta' speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-linji gwida tal-ittestjar tal-UPOV

    Isem xjentifiku

    Isem komuni

    Linja gwida tal-UPOV

    Beta vulgaris L.

    Pitravi tal-għalf

    TG/150/3 tal-4.11.1994

    Agrostis canina L.

    Ħaxix iebes bellusi

    TG/30/6 tat-12.10.1990

    Agrostis gigantea Roth.

    Red top

    TG/30/6 tat-12.10.1990

    Agrostis stolonifera L.

    Ħaxix iebes li jixxeblek

    TG/30/6 tat-12.10.1990

    Agrostis capillaris L.

    Brown top

    TG/30/6 tat-12.10.1990

    Bromus catharticus Vahl

    Ħaxix rescue

    TG/180/3 tal-4.4.2001

    Bromus sitchensis Trin.

    Bunixxief tal-Alaska

    TG/180/3 tal-4.4.2001

    Dactylis glomerata L.

    Sieq is-serduq

    TG/31/8 tas-17.4.2002

    xFestulolium Asch. et Graebn.

    Ibridi li jirriżultaw mill-inkroċjar ta' speċi tal-ġeneru Festuca ma' speċi tal-ġeneru Lolium

    TG/243/1 tad-9.4.2008

    Phleum nodosum L.

    Ħaxix ta' timothy żgħir

    TG/34/6 tas-7.11.1984

    Phleum pratense L.

    Ħaxix ta' timothy

    TG/34/6 tas-7.11.1984

    Poa pratensis L.

    Ħaxix il-bur taz-zokk lixx

    TG/33/7 tad-9.4.2014

    Lotus corniculatus L.

    Qrempuċ tal-mogħoż

    TG 193/1 tad-9.4.2008

    Lupinus albus L.

    Lupina bajda

    TG/66/4 tal-31.3.2004

    Lupinus angustifolius L.

    Lupina tal-werqa dejqa

    TG/66/4 tal-31.3.2004

    Lupinus luteus L.

    Lupina safra

    TG/66/4 tal-31.3.2004

    Medicago sativa L.

    Xnien

    TG/6/5 tas-6.4.2005

    Medicago x varia T. Martyn

    Xnien ir-ramel

    TG/6/5 tas-6.4.2005

    Trifolium pratense L.

    Silla ħamra

    TG/5/7 tal-4.4.2001

    Trifolium repens L.

    Silla bajda

    TG/38/7 tad-9.4.2003

    Vicia faba L.

    Favetta

    TG/8/6 tas-17.4.2002

    Raphanus sativus L. var. oleiformis Pers.

    Ravanell tal-għalf

    TG/178/3 tal-4.4.2001

    Arachis hypogaea L.

    Karawett

    TG/93/4 tad-9.4.2014

    Brassica rapa L. var. silvestris (Lam.) Briggs

    Rapa tan-nevew

    TG/185/3 tas-17.4.2002

    Carthamus tinctorius L.

    Għosfor

    TG/134/3 tat-12.10.1990

    Papaver somniferum L.

    Peprin

    TG/166/4 tad-9.4.2014

    Sinapis alba L.

    Ġarġir abjad

    TG/179/3 tal-4.4.2001

    Glycine max (L.) Merr.

    Żerriegħa tas-sojja

    TG/80/6 tal-1.4.1998

    Sorghum bicolor (L.) Moench

    Sorgu

    TG/122/4 tal-25.3.2015

    Sorghum sudanense (Piper) Stapf.

    Sorgu tas-Sudan

    TG 122/4 tal-25.3.2015

    Sorghum bicolor (L.) Moench x Sorghum sudanense (Piper) Stapf

    Ibridi li jirriżultaw mit-tlaqqigħ ta' Sorghum bicolor u Sorghum sudanense

    TG/122/4 tal-25.3.2015

    It-test ta' dawn il-linji gwida jinsab fuq is-sit web tal-UPOV (www.upov.int).

    IL-PARTI B

    ANNESS I

    Lista ta' speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tal-ittestjar tas-CPVO

    Isem xjentifiku

    Isem komuni

    Protokoll tas-CPVO

    Allium cepa L. (Grupp Cepa)

    Basal u Ekaljun

    TP 46/2 tal-1.4.2009

    Allium cepa L. (grupp Aggregatum)

    Shallot

    TP 46/2 tal-1.4.2009

    Allium fistulosum L.

    Basal tal-għenieqed (Japanese bunching onion jew Welsh onion)

    TP 161/1 tal-11.3.2010

    Allium porrum L.

    Kurrat

    TP 85/2 tal-1.4.2009

    Allium sativum L.

    Tewm

    TP 162/1 tal-25.3.2004

    Allium schoenoprasum L.

    Kurrat salvaġġ

    TP 198/2 tal-11.3.2015

    Apium graveolens L.

    Karfus

    TP 82/1 tal-13.3.2008

    Apium graveolens L.

    Celeriac (Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi)

    TP 74/1 tat-13.3.2008

    Asparagus officinalis L.

    Spraġ

    TP 130/2 tal-16.2.2011

    Beta vulgaris L.

    Pitravi inkluża l-pitrava ta' Cheltenham

    TP 60/1 tal-1.4.2009

    Beta vulgaris L.

    Pitravi tal-ispinaċi jew Chard

    TP 106/1 tal-11.3.2015

    Brassica oleracea L.

    Kaboċċa mberfla

    TP 90/1 tas-16.2.2011

    Brassica oleracea L.

    Pastard

    TP 45/2 tal-11.3.2010

    Brassica oleracea L.

    Brokkli li qed inibbet jew Kalabriż

    TP 151/2 tal-21.3.2007

    Brassica oleracea L.

    Kaboċċi ta' Brussell

    TP 54/2 tal-1.12.2005

    Brassica oleracea L.

    Ġidra

    TP 65/1 tal-25.3.2004

    Brassica oleracea L.

    Kaboċċa mfelfla (savoy), Kaboċċa bajda u Kaboċċa ħamra

    TP 48/3 tas-16.2.2011

    Brassica rapa L.

    Kaboċċa ċiniża

    TP 105/1 tat-13.3.2008

    Capsicum annuum L.

    Bżar aħmar jaħraq jew Bżar

    TP 76/2 tal-21.3.2007

    Cichorium endivia L.

    Indivja tal-werqa mibruma u Indivja tal-werqa sempliċi

    TP 118/3 tad-19.3.2014

    Cichorium intybus L.

    Ċikwejra industrijali

    TP 172/2 tal-1.12.2005

    Cichorium intybus L.

    Ċikwejra Witloof

    TP 173/1 tal-25.3.2004

    Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. et Nakai

    Dulliegħ

    TP 142/2 tad-19.3.2014

    Cucumis melo L.

    Bettieħ

    TP 104/2 tal-21.3.2007

    Cucumis sativus L.

    Ħjara u Ħjara żgħira għall-immarinat (Gherkin)

    TP 61/2 tat-13.3.2008

    Cucurbita maxima Duchesne

    Qargħa tat-tip gourd

    TP 155/1 tal-11.3.2015

    Cucurbita pepo L.

    Qara' bagħli jew Zukkini

    TP 119/1rev. tad-19.3.2014

    Cynara cardunculus L.

    Qaqoċċ tond u Kardun

    TP 184/2 tas-27.2.2013

    Daucus carota L.

    Karrotti u Karrotti għall-għalf

    TP 49/3 tat-13.3.2008

    Foeniculum vulgare Mill.

    Bużbież

    TP 183/1 tal-25.3.2004

    Lactuca sativa L.

    Ħass

    TP 13/5 rev. tad-19.4.2016

    Solanum lycopersicum L.

    Tadam

    TP 44/4 rev.2 tad-19.4.2016

    Petroselinum crispum (Mill.) Nyman ex A. W. Hill

    Tursin

    TP 136/1 tal-21.3.2007

    Phaseolus coccineus L.

    Fażola ta' Spanja

    TP 9/1 tal-21.3.2007

    Phaseolus vulgaris L.

    Fażola żgħira ta' Franza u Fażola tixxeblek ta' Franza

    TP 12/4 tal-27.2.2013

    Pisum sativum L. (partim)

    Piżelli mkemmxa, Piżelli tonda u Piżelli ħelwa (sugar pea)

    TP 7/2 rev. tal-11.3.2015

    Raphanus sativus L.

    Ravanell, Ravanell iswed

    TP 64/2 rev. tal-11.3.2015

    Rheum rhabarbarum L

    Rabarbru

    TP 62/1 tad-19.4.2016

    Scorzonera hispanica L.

    Scorzonera jew Salsafja sewda

    TP 116/1 tal-11.3.2015

    Solanum melongena L.

    Brunġiel

    TP 117/1 tat-13.3.2008

    Spinacia oleracea L.

    Spinaċi

    TP 55/5rev. tad-19.4.2016

    Valerianella locusta (L.) Laterr.

    Insalata tal-qamħ jew Ħass tal-ħaruf

    TP 75/2 tal-21.3.2007

    Vicia faba L. (partim)

    Ful

    TP Ful Kbir/1 tal-25.3.2004

    Zea mays L. (partim)

    Qamħ ħelu u Popkorn

    TP 2/3 tal-11.3.2010

    Solanum lycopersicum L. x Solanum habrochaites S. Knapp & D.M. Spooner; Solanum lycopersicum L. x Solanum peruvianum (L.) Mill.; Solanum lycopersicum L. x Solanum cheesmaniae (L. Ridley) Fosberg

    Tadam selvaġġ

    TP 294/1rev. tad-19.4.2016

    It-test ta' dawn il-protokolli jinsab fuq is-sit web tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).

    ANNESS II

    Lista ta' speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-linji gwida tal-ittestjar tal-UPOV

    Isem xjentifiku

    Isem komuni

    Linja gwida tal-UPOV

    Brassica rapa L.

    Nevew

    TG/37/10 tal-4.4.2001

    Cichorium intybus L.

    Ċikwejra b'weraq kbir jew Ċikwejra Taljana

    TG/154/3 tat-18.10.1996

    Cucurbita maxima x Cucurbita moschata

    L-ibridi interspeċifiċi tal-c Cucurbita maxima Duch. x Cucurbita moschata Duch. għal użu bħala salvaġġ (rootstock)

    TG/311/1 tal-25.3.2015

    It-test ta' dawn il-linji gwida jinsab fuq is-sit web tal-UPOV (www.upov.int).


    Top