This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0659
Council Decision 2014/659/CFSP of 8 September 2014 amending Decision 2014/512/CFSP concerning restrictive measures in view of Russia's actions destabilising the situation in Ukraine
Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/659/PESK tat- 8 ta' Settembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina
Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/659/PESK tat- 8 ta' Settembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina
ĠU L 271, 12.9.2014, p. 54–57
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 05/12/2014
12.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 271/54 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/659/PESK
tat-8 ta' Settembru 2014
li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/512/PESK (1). |
(2) |
Fit-30 ta' Awwissu 2014, il-Kunsill Ewropew ikkundanna l-influssi dejjem ikbar ta' ġellieda u armi mit-territorju tal-Federazzjoni Russa fil-Lvant tal-Ukraina u l-aggressjoni tal-forzi armati Russi fl-art Ukraina. |
(3) |
Il-Kunsill Ewropew appella għal ħidma preparatorja dwar proposti li għandhom isiru sabiex ikunu jistgħu jittieħdu passi ulterjuri sinifikanti fid-dawl tal-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni fuq il-post. |
(4) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill jikkunsidra adatt il-fatt li għandhom jittieħdu miżuri restrittivi ulterjuri b'reazzjoni għall-azzjonijiet tar-Russja li qed jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina. |
(5) |
F'dan il-kuntest, huwa xieraq li tiġi estiża l-projbizzjoni fir-rigward ta' ċerti strumenti finanzjarji. Restrizzjonijiet addizzjonali dwar aċċess għas-suq tal-kapital għandhom jiġu imposti fir-rigward ta' istituzzjonijiet finanzjarji Russi li jappartjenu lill-Istat, ċerti entitajiet Russi fis-settur tad-difiża, u ċerti entitajiet Russi li l-kummerċ ewlieni tagħhom huwa l-bejgħ jew it-trasport taż-żejt. Dawn il-projbizzjonijiet ma jaffettwawx is-servizzi finanzjarji mhux imsemmija fl-Artikolu 1. Is-self għandu jiġi kkunsidrat self ġdid biss jekk ikun miġbud wara t-12 ta' Settembru 2014. |
(6) |
Barra minn hekk, għandu jiġi pprojbit il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment ta' prodotti b'użu doppju lil ċerti persuni, entitajiet jew korpi fir-Russja. |
(7) |
Barra dan, għandu jiġi pprojbit il-forniment ta' servizzi neċessarji għall-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt fl-ilmijiet fondi, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt fl-Artiku jew proġetti taż-żejt tax-shale. |
(8) |
Hija meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2014/512/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 1 1. Il-bejgħ jew ix-xiri b'mod dirett jew indirett, il-forniment b'mod dirett jew indirett ta' servizzi ta' investiment jew l-assistenza fil-ħruġ, jew kwalunkwe negozjar ieħor ta' bonds, ekwità jew strumenti finanzjarji simili b'maturità li taqbeż id-90 jum, maħruġa wara l-1 ta' Awwissu 2014 sat-12 ta' Settembru 2014, jew b'maturità li taqbeż it-30 jum, maħruġa wara t-12 ta' Settembru 2014 minn:
għandhom ikunu pprojbiti. 2. Il-bejgħ jew ix-xiri b'mod dirett jew indirett, il-provvista b'mod dirett jew indirett ta' servizzi ta' investiment, jew l-assistenza fil-ħruġ, jew kwalunkwe negozjar ieħor ta' bonds, ekwità jew strumenti finanzjarji simili b'maturità li taqbeż it-30 jum, maħruġa wara t-12 ta' Settembru 2014 minn:
għandhom ikunu pprojbiti. 3. Għandu jkun ipprojbit li, b'mod dirett jew indirett, wieħed jagħmel jew ikun parti minn arranġament biex jagħmel self jew kreditu ġdid b'maturità li taqbeż it-30 jum lil kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp imsemmi fil-paragrafu 1 jew 2, wara t-12 ta' Settembru 2014 ħlief self jew kreditu li jkollu objettiv speċifiku u dokumentat li jipprovdi finanzjament għal-importazzjoni jew l-esportazzjoni mhux projbita ta' prodotti u ta' servizzi mhux finanzjarji bejn l-Unjoni u r-Russja jew għal self li jkollu objettiv speċifiku u dokumentat li jipprovdi finanzjament ta' emerġenza biex jissodisfa kriterji ta' solvenza u likwidità għal persuni ġuridiċi stabbiliti fl-Unjoni, li d-drittijiet proprjetarji tagħhom jappartjenu għal aktar minn 50 % lil entità msemmija fl-Anness I.” . |
(2) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 3a 1. Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni diretti jew indiretti ta' prodotti u teknoloġija b'użu doppju kif inklużi fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 428/2009 lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fir-Russja kif elenkat fl-Anness IV għal din id-Deċiżjoni minn ċittadini ta' Stati Membri jew mit-territorji ta' Stati Membri jew bl-użu tal-bastimenti jew l-inġenji tal-ajru tal-bandiera tagħhom, għandhom ikunu pprojbiti sew jekk joriġinaw mit-territorju tagħhom kif ukoll jekk le. 2. Għandu jkun ipprojbit:
3. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta' kuntratti jew ftehimiet konklużi qabel it-12 ta' Settembru 2014 u għall-forniment tal-assistenza neċessarja għall-manutenzjoni u s-sikurezza tal-kapaċitajiet eżistenti fl-UE. 4. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-esportazzjoni, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferimenti ta' prodotti u teknoloġija b'użu doppju għall-industrija tal-ajrunawtika u tal-ispazju, jew il-forniment ta' għajnuna teknika jew finanzjarja relatata, għall-użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari, kif ukoll għall-manutenzjoni u s-sikurezza tal-kapaċitajiet nukleari ċivili eżistenti fi ħdan l-UE, għall-użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari.” . |
(3) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 4a 1. Il-forniment dirett jew indirett ta' servizzi assoċjati neċessarji għall-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt fl-ilmijiet fondi, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt fl-Artiku jew proġetti taż-żejt tax-shale fir-Russja, minn ċittadini ta' Stati Membri, jew mit-territorji ta' Stati Membri, jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, għandhom ikunu pprojbiti. 2. Il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta' kuntratti jew ftehimiet qafas konklużi qabel it-12 ta' Settembru 2014 jew kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti. 3. Il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika fejn is-servizzi inkwistjoni jkunu neċessarji għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni urġenti ta' xi avveniment li probabbilment ikollu impatt serju u sinifikanti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem jew l-ambjent.” . |
4. |
L-Artikolu 7(1)(a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
. |
5. |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 8 Il-parteċipazzjoni, konxja jew intenzjonali, f'attivitajiet li għandhom l-objettiv jew l-effett li jevitaw il-projbizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 1 sa 4a, inkluż l-aġir bħala sostitut għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1, għandha tkun ipprojbita.” . |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Settembru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
S. GOZI
(1) Id-Deċiżjoni 2014/512/PESK tal-31 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 229. 31.7.2014, p. 13).
ANNESS
1. |
L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/512/PESK tingħata l-isem il-ġdid ta' Anness I; |
2. |
L-Annessi li ġejjin huma miżjuda: “ANNESS II LISTA TA' PERSUNI ĠURIDIĊI, ENTITAJIET JEW KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1(2)(a)
ANNESS III LISTA TA' PERSUNI ĠURIDIĊI, ENTITAJIET JEW KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1(2)(b)
ANNESS IV LISTA TA' PERSUNI ĠURIDIĊI, ENTITAJIET JEW KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3a
|