This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003L0116
Commission Directive 2003/116/EC of 4 December 2003 amending Annexes II, III, IV and V to Council Directive 2000/29/EC as regards the harmful organism Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al.
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/116/KE ta' l-4 ta' Diċembru 2003 li temenda l-Annessi II, III, IV u V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar l-organiżmu li jagħmel il-ħsara, Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al.
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/116/KE ta' l-4 ta' Diċembru 2003 li temenda l-Annessi II, III, IV u V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar l-organiżmu li jagħmel il-ħsara, Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al.
ĠU L 321, 6.12.2003, p. 36–40
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2022
Official Journal L 321 , 06/12/2003 P. 0036 - 0040
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/116/KE ta' l-4 ta' Diċembru 2003 li temenda l-Annessi II, III, IV u V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar l-organiżmu li jagħmel il-ħsara, Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id- Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar miżuri ta' protezzjoni kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi li huma ta' periklu għall-pjanti jew prodotti magħmulin mill-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità (1), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2003/47/KE(2), u b'mod partikolari l-punti (ċ) u (d) tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 14 tagħha, Wara li kkonsultat ma' l-Istati Membri konċernati, Billi: (1) Id-dispożizzjonijiet kontra l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. għandhom ikopru l-firxa kollha ta' pjanti li fuqhom jgħixu l-parassiti li jistgħu jxerrdu dan l-organiżmu li jagħmel il-ħsara. Xi pjanti magħrufin li fuqhom tgħix l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. mhux koperti bid-dispożizzjonijiet kurrenti. Din il-lista għandha għalhekk tiġi estiża biex tkopri l-firxa kollha ta' pjanti li fuqhom tgħix l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. (2) Id-dispożizzjonijiet dwar iż-'zoni ta' protezzjoni' ("buffer zones") iridu jitjiebu sabiex jitnaqqas ir-riskju tat-tixrid tal-Erwinia Amylovora (Burr.) f'distanzi qosra. Winsl. et al.Winsl. et al. Għal dak il-għan il-limiti taz-'zoni ta' protezzjoni' iridu jkunu ċari u għandu jiġi applikat reġim strett ta' kontroll li jinkludi t-tneħħija ta' pjanti li juru sintomi ta' l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al.Winsl. et al. (3) Qabel ma pjanti minn żona fejn huwa magħruf li teżisti l-Erminia amylovora (Burr) Winsl. et al.jiġu introdotti jew imħarrka għal ġo "zoni protetti" rilevanti, l-egħlieqi fejn jitkabbru dawk il-pjanti u żona ta' madwar dawk l-egħlieqi, għandhom jinstabu li jkunu ħielsa totalment mill-Erminia amylovora (Burr.). Winsl. et al. matul l-aħħar ċiklu komplet ta' veġetazzjoni qabel l-introduzzjoni jew it-tħarrik. Dan għandu jiġi kkonfermat permezz ta' spezzjonijiet viżivi mwettqa fi żminijiet approprijati u testijiet tal-laboratorju sabiex jiġi osservat jekk jeżistux infezzjonijiet li għadhom ma żviluppawx. (4) It-tħarrik tad-doqqajs lejn u f'żoni protetti għandu jkun regolat, għaliex jista' jkun fattur importanti li tinxtered l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. (5) Għandhom isiru arranġamenti speċifiċi għall-pjanti li jiġu prodotti u jinżammu f'egħlieqi li qegħdin ġewwa 'żoni ta' protezzjoni' skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/29/KE, u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet rilevanti fir-rigward ta' l-egħlieqi u z-'zoni ta' protezzjoni' tagħhom, qabel l-1 ta' April 2004. (6) Id-Direttiva 2000/29/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. (7) Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Annessi II, III, IV u V tad-Direttiva 2000/29/KE jiġu emendati skond l-Anness ta' din id-Direttiva. Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex tkun mħarsa din id-Direttiva sa mhux aktar tard mil-31 ta' Marzu 2004. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella li turi l-korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandha tkun tinstab fihom referenza għal din id-Direttiva jew jiġu akkompanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-referenza. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata ta' wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Artikolu 4 Din id-Direttiva qegħda tiġi indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-4 ta' Diċembru 2003. Ghall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni -------------------------------------------------- L-ANNESS L-Annessi II, III, IV u V tad-Direttiva 2000/29/KE jiġu emendati kif ġej: 1) L-Anness II jiġi emendat kif ġej: (a) Fil-Parti A, Taqsima II, taħt l-intestatura (b), f'punt 3, it-test fil-kolonna tan-naħa tal-lemin jiġi mibdul b'dan li ġej: "Pjanti ta': Amelanchier Med., Chaenomeles Lindl., Cotoneaster Ehrh., Crataegus L., Cydonia Mill., Eriobotrya Lindl., Malus Mill., Mespilus L., Photinia davidiana (Dcne.) Cardot, Pyracantha Roem., Pyrus L. u Sorbus L., maħsubin għat-tħawwil, li m'humiex żerriegħa;"; (b) Fil Parti B, taħt l-intestatura (b), f'punt 2, l-annotazzjoni fit-tieni colonna tiġi mibdula b'dan li ġej: "Partijiet minn pjanti, li m'humiex frott, żerriegħa u pjanti intiżi għat-tħawwil, imma li jinkludu polline ħaj għall-fertilizzazzjoni ta': Amelanchier Med., Chaenomeles Lindl., Cotoneaster Ehrh., Crataegus L., Cydonia Mill., Eriobotrya Lindl., Malus Mill., Mespilus L., Photinia davidiana (Dcne.) Cardot, Pyracantha Roem., Pyrus L. u Sorbus L." 2) Fil-Parti B ta' l-Anness III, f'punt 1, l-annotazzjoni fl-ewwel kolonna tiġi mibdula b'dan li ġej: "Mingħajr preġudizzju għall-projbizzjonijiet applikabbli għall-pjanti mniżżlin fl-Anness IIIA(9), (9.1), (18), meta approprjat, pjanti u polline ħaj għall-fertilizzazzjoni ta': Amelanchier Med., Chaenomeles Lindl., Cotoneaster Ehrh., Crataegus L., Cydonia Mill., Eriobotrya Lindl., Malus Mill., Mespilus L., Photinia davidiana (Dcne.) Cardot, Pyracantha Roem., Pyrus L. u Sorbus L., li m'humiex frott u żerriegħa, li joriġinaw minn pajjiżi terzi li m'humiex dawk rikonoxxuti li huma ħielsa mill-(Burr.) Winsl. et al.skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18(2), jew fejn ġew stabbiliti żoni ħielsa minn insetti li jeqirdu l-pjanta ta' l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. skond l-Istandard Internazzjonali rilevanti għall-Miżuri Fitosanitarji u meqjusin hekk skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18(2).". 3) L-Anness IV jiġi emendat kif ġej: (a) Il-Parti A tiġi emendata kif ġej: (i) Fit-Taqsima I, punt 17 jiġi mibdul b'dan li ġej: "17.Il-pjanti ta': Amelanchier Med., Chaenomeles Lindl., Cotoneaster Ehrh., Crataegus L., Cydonia Mill., Eriobotrya Lindl., Malus Mill., Mespilus L., Photinia davidiana (Dcne.) Cardot, Pyracantha Roem., Pyrus L. u Sorbus L., maħsubin għat-tħawwil, li m'humiex żerriegħa | mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-pjanti mniżżla fl-Anness III(A)(9), (9.1), (18), l-Anness III(B)(1) jew l-Anness IV(A)(I)(15), meta approprjat, dikjarazzjoni uffiċjali: (a)li l-pjanti joriġinaw minn pajjiżi li huma rikonoxxuti li huma ħielsa mill-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18(2), or(b)illi l-pjanti joriġinaw minn żoni li huma ħielsa minn insetti li jeqirdu l-pjanti li ġew stabbiliti fir-rigward ta' l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. skond l-Istandard Internazzjonali rilevanti dwar il-Miżuri Fitosanitarji u meqjusin hekk skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18(2), jew(ċ)illi l-pjanti fl-għalqa tal-produzzjoni u l-viċinanza immedjata tagħha, li jkunu wrew sintomi ta' l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al., ġew imneħħija." | (ii) It-test fil-kolonna tan-naħa tax-xellug fis-Sezzjoni II, punt 9, jiġi mibdul b'dan li ġej: "Pjanti ta': Amelanchier Med., Chaenomeles Lindl., Cotoneaster Ehrh., Crataegus L., Cydonia Mill., Eriobotrya Lindl., Malus Mill., Mespilus L., Photinia davidiana (Dcne.) Cardot, Pyracantha Roem., Pyrus L. u Sorbus L., maħsubin għat-tħawwil, li m'humiex żerriegħa;"; (b) Punt 21 f'Parti B, jiġi mibdul b'dan li ġej: "21.Pjanti u polline ħaj għall-fertilizzazzjoni ta': Amelanchier Med., Chaenomeles Lindl., Coto-neasterEhrh., Crataegus L., Cydonia Mill., Eriobotrya Lindl., MalusMill., Mespilus L., Photinia davidiana (Dcne.) Cardot, PyracanthaRoem.,Pyrus L. u Sorbus L., li mhux frott u żerriegħa | Mingħajr preġudizzju għall-projbizzjonijiet applikabbli għall-pjanti mniżżlin fl-Anness IIIA(9), (9.1), (18) u IIIB(1), meta approprjat, dikjarazzjoni uffiċjali li: (a)il-pjanti joriġinaw minn pajjiżi terzi rikonoxxuti li huma ħielsa mill-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18(2),jew(b)il-pjanti joriġinaw minn żoni li huma ħielsa mill-insetti li jeqirdu l-pjanta ta' l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. skond l-Istandard Internazzjonali dwar il-Miżuri Fitosanitarji u meqjusin hekk skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18(2),jew(ċ)il-pjanti joriġinaw miż-żoni protetti mniżżlin fil-kolonna tan-naħa tal-leminjew(d)il-pjanti ġew prodotti, jew, jekk ikunu ġew imħarrka għal ġewwa ‘żona ta’ protezzjoni' miżmuma u meħuda ħsieb għal perjodu ta' mill-anqas 7 xhur inkluż il-perjodu 1 ta' April sal-31 ta' Ottubru ta' l-aħħar ċiklu sħiħ ta' veġetazzjoni, fuq għalqa:(aa)mqiegħed mill-anqas 1 km ġewwa l-limiti ta' ‘żona ta' protezzjoni’, nominat uffiċjalment, ta' mill-anqas 50 km2 fen il-pjanti li fuqhom jgħixu l-insetti are huma soġġetti għal reġim li jkun approvat u kkontrollat uffiċjalment u li jkun stabbilit sa mhux aktar tard mill-bidu taċ-ċiklu sħiħ ta' veġetazzjoni qabel l-aħħar ċiklu sħiħ ta' veġetazzjoni, bl-għan li jitnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju ta' l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. li jixxerred mill-pjanti li jikbru hemmhekk. Dettalji tad-deskrizzjoni ta' din Iż-‘żona ta' protezzjoni’ għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u Stati Membri oħrajn. Darba li ż-żona ta' protezzjoni' tiġi stabbilita, jiġu mwettqa spezzjonijiet uffiċjali fiż-żona li ma tkunx tinkludi l-għalqa u ż-żona ta' madwarha ta' 500 m wisa', mill-anqas darba mill-bidu ta' l-aħħar ċiklu sħiħ fl-aktar moment approprijat, u l-pjanti kollha li fuqhom jgħixu l-insetti li jeqirdu u li juru s-sintomi ta' l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. għandhom jitneħħew immedjatament. Ir-riżultati ta' dawn l-ispezzjonijiet għandhom jiġu provduti sa l-1 ta' Mejju kull sena lill-Kummissjoni u lil Stati Membri oħrajn, u(bb)li jkun approvat uffiċjalment, kif ukoll iż-‘żona ta' protezzjoni’, qabel il-bidu taċ-ċiklu sħiħ ta' veġetazzjoni qabel l-aħħar ċiklu sħiħ ta' veġetazzjoni, għall-kultivazzjoni ta' pjanti skond il-kondizzjonijiet stipulati f'dan il-punt, u(cc)li, kif ukoll iż-żona ta' madwar, ta‘ wisa’ ta' mill-anqas 500 m, ikunu nstabu ħielsa mill-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. mill-bidu ta'l-aħħar ċiklu sħiħ ta' veġetazzjoni fi spezzjoni uffiċjali mwettqa għallinqas:darbtejn fl-għalqa fl-aktar. mument opportun, i.e darba matul Ġunju sa Awissu u darba matul Awissu sa Novembru;udarba fiż-żona ta' madwar fl-aktar mument opportunu, i.e. matul Awissu sa Novembru, u(dd)minn fejn il-pjanti jkunu ġew uffiċjalment ittestjati għal infezzjonijiet li jkunu għadhom ma żviluppawx permezz ta' metodu approprijat ta' laboratorju fuq kampjuni meħudin uffiċjalment fl-aktar mument xieraq.Bejn l-1 ta' April 2004 u l-1 ta' April 2005, dawn id-dispożizzjonijiet m'għandhomx jgħoddu għal pjanti li jkunu ġew imharrka ghall gewwa u f'żoni protetti mniżżlin fil-kolonna tan-naħa tal-lemin li jkunu ġew prodotti u meħuda ħsieb f'għelieqi mqegħda f'żoni uffi ċjalment nominati bħala 'żoni ta' protezzjoni', skond il-kondizzjonijiet rilevanti - applikabbli qabel l-1 ta' April 2004. | E, F (Corsica), IRL, I (Abruzzi; Apulia; Basilicata; Calabria; Campania; Emilia-Romagna: provinces of Forlí-Cesena, Parma, Piacenza and Rimini; Friuli-Venezia Giulia; Lazio; Liguria; Lombardy; Marzu; Molise; Piedmont; Sardinia; Sicily; Tuscany; Trentino-Alto Adige: autonomous provinces of Bolzano and Trento; Umbria; Valle d'Aosta; Veneto: except in the province of Rovigo the communes Rovigo, Polesella, Villa-marzana, Fratta Polesine, San Bellino, Badia Pole-sine, Trecenta, Ceneselli, Pontecchio Polesine, Arquà Polesine, Costa di Rovigo, Occhiobello, Lendinara, Canda, Ficarolo, Guarda Veneta, Fras-sinelle Polesine, Villanova del Ghebbo, Fiesso Umbertiano, Castelguglielmo, Bagnolo di Po, Giacciano con Baruchella, Bosaro, Canaro, Lusia, Pincara, Stienta, Gaiba, Salara, and in the province of Padova the communes Castelbaldo, Barbona, Piacenza d'Adige, Vescovana, S. Urbano, Boara Pisani, Masi, and in the province of Verona the communes of Palù, Roverchiara, Legnago, Castagnaro, Ronco all'Adige, Villa Bartolomea, Oppeano, Terrazzo, Isola Rizza, Angiari), A (Burgenland, Carinthia, Lower l-Awstrija, Tirol (administrative district Lienz), Styria, Vienna), P, FIN, UK (Northern l-Irlanda, Isle of Man and Channel Islands) | 21.1Mill-15 ta' Marzu sat-30 ta' Ġunju, id-doqqajs | Għandu jkun hemm evidenza dokumentata li d-doqqajs: (a)joriġinaw minn terzi pajjiżi u li huma ħielsa mill-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18(2),jew(b)Oriġini fiż-żoni protetti elenkati fil-kolonna tal-lemin,jew(ċ)ikunu għaddew minn mi żura ta' kwarantina xierqa qabel ma jiġu m ċaqalqa. | E, F (Corsica), IRL, I (Abruzzi; Apulia; Basilicata; Calabria; Campania; Emilia-Romagna: provinċi ta' Forlí-Cesena, Parma, Piacenza u Rimini; Friuli-Venezia Giulia; Lazio; Liguria; Lombardy; Marzu; Molise; Piedmont; Sardinia; Sicily; Tuscany; Trentino-Alto Adige: provinċi awtonomi ta' Bolzano u Trento; Umbria; Valle d'Aosta; Veneto: ħlife fil-provinċja ta' Rovigo, il-komuni ta' Rovigo, Polesella, Villa-marzana, Fratta Polesine, San Bellino, Badia Pole-sine, Trecenta, Ceneselli, Pontecchio Polesine, Arquà Polesine, Costa di Rovigo, Occhiobello, Lendinara, Canda, Ficarolo, Guarda Veneta, Fras-sinelle Polesine, Villanova del Ghebbo, Fiesso Umbertiano, Castelguglielmo, Bagnolo di Po, Giacciano con Baruchella, Bosaro, Canaro, Lusia, Pincara, Stienta, Gaiba, Salara, u fil-provinċja ta' Padova il-komuni ta' Castelbaldo, Barbona, Piacenza d'Adige, Vescovana, S. Urbano, Boara Pisani, Masi, u fil-provinċja ta' Verona il-komuni ta' Palù, Roverchiara, Legnago, Castagnaro, Ronco all'Adige, Villa Bartolomea, Oppeano, Terrazzo, Isola Rizza, Angiari), A (Burgenland, Carinthia, Il-Parti t'isfel ta' l-Awstrija, Tirol (id-distrett amministrattiv ta' Lienz), Styria, Vienna), P, FIN, l-Ingilterra (L-Irlanda ta' Fuq,il-Gżira ta' Man u ċ-Channel Islands)" | 4) l-Anness V jiġi emendat kif ġej: (a) il-Parti A tiġi emendata kif ġej: (i) Taħt l-Intestatura I, il-punt1.1 jiġi mibdul b'dan li ġej: "1.1 Pjanti, maħsubin għat-tħawwil, li m'mhumiex żerriegħa, ta': Amelanchier Med., Chaenomeles Lindl., Cotoneaster Ehrh., Crataegus L., Cydonia Mill., Eriobotrya Lindl., Malus Mill., Mespilus L., Photinia davidiana (Dcne.) Cardot, Prunus L., li m'humiex Prunus laurocerasus L. u Prunus lusitanica L., Pyracantha Roem., Pyrus L. u Sorbus L."; (ii) Taħt l-Intestatura II, il-punti 1.3 u 1.4 jiġu mibdula b'dan li ġej: "1.3 Pjanti, li m'humiex frott u żerriegħa, ta': Amelanchier Med., Chaenomeles Lindl., Cotoneaster Ehrh., Crataegus L., Cydonia Mill., Eriobotrya Lindl., Eucalyptus L'Herit., Malus Mill., Mespilus L., Photinia davidiana (Dcne.) Cardot, Pyracantha Roem., Pyrus L. u Sorbus L. 1.4 Polline ħaj għall-fertilizzazzjoni ta': Amelanchier Med., Chaenomeles Lindl., Cotoneaster Ehrh., Crataegus L., Cydonia Mill., Eriobotrya Lindl., Malus Mill., Mespilus L., Photinia davidiana (Dcne.) Cardot, Pyracantha Roem., Pyrus L. u Sorbus L."; (b) Taħt l-intestatura II tal-Parti B, il-punti 3 u 4 jiġu mibdula b'dan li ġej: "3) Polline ħaj għall-fertilizzazzjoni ta': Amelanchier Med., Chaenomeles Lindl., Cotoneaster Ehrh., Crataegus L., Cydonia Mill., Eriobotrya Lindl., Malus Mill., Mespilus L., Photinia davidiana (Dcne.) Cardot, Pyracantha Roem., Pyrus L. u Sorbus L. 4) Partijiet minn pjanti, li m'humiex frott us żerriegħa, ta': Amelanchier Med., Chaenomeles Lindl., Cotoneaster Ehrh., Crataegus L., Cydonia Mill., Eriobotrya Lindl., Malus Mill., Mespilus L., Photinia davidiana (Dcne.) Cardot, Pyracantha Roem., Pyrus L. u Sorbus L." --------------------------------------------------