Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998R0280

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 280/98 tat-3 ta’ Frar 1998 li jidderoga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/97 li jistabbilixxi regoli addizzjonali dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib rigward il-ħalib tax-xorb prodott fil-Finlandja u fl-Iżvezja

ĠU L 28, 4.2.1998, p. 3–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2009: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/280/oj

31998R0280



Official Journal L 028 , 04/02/1998 P. 0003 - 0003


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 280/98

tat-3 ta’ Frar 1998

li jidderoga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/97 li jistabbilixxi regoli addizzjonali dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib rigward il-ħalib tax-xorb prodott fil-Finlandja u fl-Iżvezja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-L-Artikolu 149 [1] tiegħu,

(1) Billi r-Regolament tal-Kunsill itawwal il-perjodu taż-żmien li matulu jistgħu jiġu adottati miżuri transitorji sabiex jiffaċilitaw il-qlib mill-arranġamenti li japplikaw fl-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja fil-waqt ta’ l-adeżjoni għal dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet komuni tas-suq; billi, rigward il-ħtiġiet tal-kontenut tal-grass fil-ħalib prodott fil-Finlandja u fl-Isvezja, dan il-perjodu taż-żmien ġie mtawwal għal sal-31 ta’ Diċembru 1999;

(2) Billi, skond l-Att ta’ l-Adeżjoni, il-Finlandja u l-Isvezja għandhom deroga mill-ħtiġiet tal-kontenut tal-grass fil-ħalib tax-xorb stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1411/71 [2], imħassar u mibdul mill-1 ta’ Jannar 1998 bir-Regolament (KE) Nru 2597/97 [3]; billi din ir-regola tiskafi fil-31 ta’ Diċembru 1997; billi, minħabba s-sitwazzjoni speċjali ta’ l-Istati Membri interessati u safejn u sakemm huma meħtieġa l-aġġustamenti, din id-deroga għandha tiġi mtawla temporanjament sabiex tippermetti lil dawn l-Istati Membri jaġġustaw ruħhom għall-arranġamenti fis-seħħ fil-bqija tal-Komunità;

(3) Billi l-miżuri pprovvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti mill-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Minkejja l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 2597/97, il-ħtiġiet tal-kontenut tal-grass ma għandhomx japplikaw għall-ħalib tax-xorb prodott fil-Finlandja u fl-Isvezja bejn l-1 ta’ Jannar 1998 u l-31 ta’ Diċembru 1999. Il-ħalib tax-xorb prodott f’dawn iż-żewġ Stati Membri u kopert b’din id-deroga jista’ jiġi mqiegħed fis-suq biss fil-pajjiż tal-produzzjoni jew esportat lejn pajjiż terz.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 1998.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-3 ta’ Frar 1998.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 351, tat-23.12.1997, p. 12.

[2] ĠU L 148, tat-3.7.1971, p. 4.

[3] ĠU L 351, tat-23.12.1997, p. 13.

--------------------------------------------------

Top