This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22010D0575
2010/575/EU: Decision No 1/2010 of the EU-Jordan Association Council of 16 September 2010 amending Article 15(7) of Protocol 3 to the Euro-Mediterranean Agreement establishing an Association between the European Communities and their Member States, of the one part, and the Hashemite Kingdom of Jordan, of the other part, concerning the definition of the concept of ‘originating products’ and methods of administrative cooperation
2010/575/UE: Deċiżjoni Nru 1/2010 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Ġordan tas- 16 ta’ Settembru 2010 li temenda l-Artikolu 15(7) tal-Protokoll 3 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u dwar il-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva
2010/575/UE: Deċiżjoni Nru 1/2010 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Ġordan tas- 16 ta’ Settembru 2010 li temenda l-Artikolu 15(7) tal-Protokoll 3 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u dwar il-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva
ĠU L 253, 28.9.2010, p. 60–60
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
28.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 253/60 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2010 TAL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-ĠORDAN
tas-16 ta’ Settembru 2010
li temenda l-Artikolu 15(7) tal-Protokoll 3 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u dwar il-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva
(2010/575/UE)
IL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, u b’mod partikolari l-Artikolu 39 tal-Protokoll 3 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 15(7) tal-Protokoll 3 (1) tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra (2) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), jippermetti, soġġett għal ċerti kondizzjonijiet, ir-rifużjoni tad-dazji doganali jew ħlasijiet li għandhom effett ekwivalenti, jew l-eżenzjoni minnhom, sal-31 ta’ Diċembru 2009. |
(2) |
Biex tiġi żgurata ċ-ċarezza, il-previdibbiltà ekonomika fit-tul u ċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi, il-partijiet għall-Ftehim qablu li jestendu l-perijodu ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 15(7) tal-Protokoll 3 għall-Ftehim bi tliet snin, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2010. |
(3) |
Minbarra dan, ir-rati ta’ ħlasijiet doganali attwalment applikabbli fil-Ġordan għandhom jiġu aġġustati sabiex jiġu allineati ma’ dawk li japplikaw fl-Unjoni Ewropea. |
(4) |
Il-Protokoll 3 għall-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ. |
(5) |
Billi l-Artikolu 15(7) tal-Protokoll 3 għall-Ftehim ma jibqax japplika wara l-31 ta’ Diċembru 2009, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 15(7) tal-Protokoll 3 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti ta’ oriġini” u dwar il-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva, huwa sostitwit b’dan li ġej:
“7. Minkejja l-paragrafu 1, il-Ġordan jista’, ħlief għal prodotti li jaqgħu fi ħdan il-Kapitoli 1 sa 24 tas-Sistema Armonizzata, japplika arranġamenti għal rifużjoni ta’, jew eżenzjoni minn, dazji doganali jew ħlasijiet li għandhom effett ekwivalenti, applikabbli għal materjali mhux oriġinarji użati fil-manifattura ta’ prodotti oriġinarji, soġġett għad-dispożizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
għandha tinżamm rata ta’ 4 % ta’ ħlas doganali fir-rigward tal-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-Kapitoli 25 sa 49 u 64 sa 97 tas-Sistema Armonizzata, jew kwalunkwe rata akatr baxxa li tkun fis-seħħ fil-Ġordan; |
(b) |
għandha tinżamm rata ta’ 8 % ta’ ħlas doganali fir-rigward tal-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-Kapitoli 50 sa 63 tas-Sistema Armonizzata, jew kwalunkwe rata aktar baxxa li tkun fis-seħħ fil-Ġordan. |
Dan il-paragrafu għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2012 u jista’ jiġi rivedut bi qbil komuni”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Settembru 2010.
Għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Ġordan
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 209, 31.7.2006, p. 31.
(2) ĠU L 283, 26.10.2005, p. 10.