EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document JOL_2000_147_R_0001_01
Decision of the Council and the Commission of 19 April 2000 on the conclusion of a Euro-Mediterranean Agreement establishing an association between the European Communities and their Member States, of the one part and the State of Israel, of the other part (2000/384/EC, ECSC)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-kummissjoni tad-19 ta' April 2000 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u l-Istat ta' Iżrael, fuq in-naħa l-oħra
Ftehim ewro-mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti 'l waħda, u l-Istat ta' Iżrael mill-parti 'l oħra
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-kummissjoni tad-19 ta' April 2000 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u l-Istat ta' Iżrael, fuq in-naħa l-oħra
Ftehim ewro-mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti 'l waħda, u l-Istat ta' Iżrael mill-parti 'l oħra
ĠU L 147, 21.6.2000, p. 1–172
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Official Journal L 147 , 21/06/2000 P. 0001 - 0002
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-kummissjoni tad-19 ta' April 2000 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u l-Istat ta' Iżrael, fuq in-naħa l-oħra (2000/384/KEE CSC) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jjistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 310 flimkien mat-tieni sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta'l-Artikolu 300(2), u t-tieni subparagrafu ta' l-Artkolu 310(3) tiegħu, Wara li kkunsidraw Il-proposta mill-Kummissjoni, Wara konsultazzjoni tal-Kumitat Konsultattiv u l-qbil unanimu tal-Kunsill, Wara li kkunsidraw il-kunsens tal-Parlament Ewropew [1], Billi: Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u l-Istat ta' Iżrael, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussel, fl-20 ta' Novembru 1995, għandu jiġi approvat, IDDEĊIDEW DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u l-Istat ta' Iżrael, fuq in-naħa l-oħra, il-Protokolli mehmużin miegħu u d-Dikjarazzjoni mehmuża ma' l-Att Finali huma b'hekk approvati għan-nom tal-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar. It-testi msemmija fl-ewwel paragrafu huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 1. Il-posizzjoni li għandha tieħu l-Komunità fil-Kunsill ta' l-Assoċjazzjoni u fil-Kumitat ta' l-Assoċjazzjoni għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, jew, fejn ikun approprjat, mill-Kummissjoni, dejjem skond id-disposizzjonijiet korrispondenti tat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar. 2. Il-President tal-Kunsill għandu, b'konformità ma' l-Artikolu 68 tal-Ftehim, jippresjedi fuq l-Assoċjazzjoni tal-Kunsill u jippreżenta l-posizzjoni tal-Komunità. Rappreżentant tal-Presidenza tal-Kunsill għandu jippresjedi fuq il-Kumitat ta' l-Assoċjazzjoni, skond l-Artikolu 71 tal-Ftehim, u jippreżenta l-posizzjoni tal-Komunità. Artikolu 3 Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika msemmija fl-Artikolu 85 tal-Ftehim għan-nom tal-Komunità Ewropea. Il-President tal-Kummissjoni għandu jagħti din in-notifika għan-nom tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar. Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' April 2000. Għall-Kunsill Il-President L. Capoulas Santos Għall-Kummissjoni R. Prodi Il-President [1] ĠU C 78, tat-18.3.1996, pġ. 12. --------------------------------------------------