Tämä asiakirja on ote EUR-Lex-verkkosivustolta
Asiakirja L:2015:302:FULL
Official Journal of the European Union, L 302, 19 November 2015
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 302, 19 ta' Novembru 2015
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 302, 19 ta' Novembru 2015
|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 302 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 58 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
19.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 302/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/2072
tas-17 ta' Novembru 2015
li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1221/2014 u (UE) 2015/104
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 43(3) tat-Trattat jipprevedi li l-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jirrikjedi li jiġu addottati miżuri ta' konservazzjoni, b'kont meħud tal-pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi disponibbli inklużi, fejn rilevanti, ir-rapporti tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (“STECF”) u entitajiet konsultattivi oħra, kif ukoll fid-dawl ta' kwalunkwe parir mill-Kunsilli Konsultattivi. |
|
(3) |
Il-Kunsill għandu r-responsabbiltà li jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd, inklużi ċerti kundizzjonijiet li huma marbuta b'mod funzjonali magħhom, skont il-każ. L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri b'tali mod li tiġi żgurata l-istabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd ta' kull Stat Membru għal kull stokk ta' ħut jew tas-sajd u filwaqt li jittieħed kont debitu tal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) stipulati f ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
|
(4) |
Għalhekk, il-qabdiet totali permissibbli (TACs) għandhom jiġu stabbiliti, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, abbażi tal-pariri xjentifiċi disponibbli, billi jitqiesu aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll fid-dawl tal-opinjonijiet espressi matul il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati. |
|
(5) |
L-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet soġġetti għal pjanijiet pluriennali speċifiċi għandhom jiġu stabbiliti skont ir-regoli stipulati f'dawk il-pjanijiet. Għaldaqstant, il-limiti tal-qbid għall-istokkijiet tal-bakkaljaw fil-Baħar Baltiku għandhom jiġu stabbiliti f'konformità mar-regoli stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (2). |
|
(6) |
Minħabba bidliet fil-bijoloġija tal-istokk tal-merluzz tal-Lvant, il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (“ICES”) ma setax jistabbilixxi l-punti ta' referenza bijoloġiċi għall-istokkijiet tal-bakkaljaw fis-sottodiviżjonijiet 25-32 tal-ICES, u minflok ta parir li t-TAC għal dak l-istokk tal-bakkaljaw tiġi bbażata fuq l-approċċ ta' data limitata. Minħabba n-nuqqas ta' punti ta' referenza bijoloġiċi. hu impossibbli li jiġu segwiti r-regoli għall-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd għall-istokk tal-bakkaljaw f'dawk is-sottodiviżjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1098/2007. Billi n-nuqqas ta' ffissar jew ta' allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd jista' jhedded serjament is-sostenibbiltà tal-istokk tal-bakkaljaw, huwa xieraq li, sabiex nikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-PKS kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013, it-TAC tiġi ffissata fuq il-bażi tal-approċċ ta' data limitata, fuq livell korrispondenti għall-approċċ żviluppat u rrakkomandat mill-ICES. |
|
(7) |
Minħabba approċċ ġdid mill-ICES għall-pariri xjentifiċi għall-fini tal-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd għall-bakkaljaw fis-sottodiviżjonijiet 22-24, huwa xieraq li jiġi applikat approċċ ta' pass pass għat-tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd. |
|
(8) |
Fid-dawl tal-aħħar pariri xjentifiċi, sabiex jiġu protetti ż-żoni fejn ibid il-bakkaljaw tal-punent, huwa xieraq li l-opportunitajiet tas-sajd jiġu ffissati barra l-perijodi meta jbid (15 ta' Frar — 31 ta' Marzu 2016, u għalhekk mhux fix-xahar ta' April, kif applikabbli preċedentement). L-iffissar ta' opportunitajiet tas-sajd b'dan il-mod ser jikkontribwixxi għall-iżvilupp pożittiv tal-istokk u b'hekk għall-kisba tal-objettivi tal-PKS kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
|
(9) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jistabbilixxi l-objettiv tal-PKS li tintlaħaq ir-rata ta' sfruttament tar-rendiment massimu sostenibbli sal-2015 fejn possibbli u, fuq bażi progressiva u inkrementali mhux aktar tard mill-2020 għall-istokkijiet kollha. Peress li jekk tintlaħaq dik ir-rata ta' sfruttament sal-2016 jkun hemm konsegwenzi serji għas-sostenibbiltà soċjali u ekonomika tal-flotot li jistadu l-istokkijiet tal-laċċa kaħla u l-aringi, huwa aċċettabbli li dik ir-rata ta' sfruttament tintlaħaq mhux aktar tard mill-2017. L-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal dawk l-istokkijiet għandhom jiġu stabbiliti b'tali mod li jiżgura li r-rata ta' sfruttament tar-rendiment massimu sostenibbli tintlaħaq b'mod inkrementali sa dik id-data. |
|
(10) |
L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd stipulati f'dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (3), u b'mod partikolari għall-Artikoli 33 u 34 tiegħu li jikkonċernaw id-dokumentazzjoni tal-qabdiet u l-isforzi tas-sajd, u t-trażmissjoni tad-data dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd lill-Kummissjoni. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jispeċifika l-kodiċijiet marbuta mal-ħatt l-art tal-istokkijiet soġġetti għal dan ir-Regolament li għandhom jintużaw mill-Istati Membri meta jibgħatu d-data lill-Kummissjoni. |
|
(11) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (4) introduċa kondizzjonijiet addizzjonali għall-ġestjoni minn sena għal sena tat-TACs li jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà, skont l-Artikoli 3 u 4, għat-TAC prekawzjonarji u analitiċi. Skont l-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament, meta jiffissa t-TACs, il-Kunsill għandu jiddeċiedi liema huma dawk stokkijiet li għalihom ma għandhomx japplikaw l-Artikoli 3 u 4, b'mod partikolari abbażi tal-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet. Iktar reċentement, il-mekkaniżmu ta' flessibbiltà minn sena għal sena ġie introdott mill-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-istokkijiet kollha soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art. Għalhekk, sabiex tiġi evitata flessibbiltà eċċessiva li tikkomprometti l-prinċipju tal-isfruttament razzjonali u responsabbli tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar, ixxekkel il-kisba tal-objettivi tal-PKS u teqred l-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet, għandu jiġi stabbiliti li l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplikaw għat-TACs analitiċi biss fejn ma tintużax il-flessibbiltà minn sena għal sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
|
(12) |
Fl-2015, fid-dawl tal-embargo impost mill-Federazzjoni Russa fuq l-importazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli u tas-sajd mill-Unjoni, ġiet introdotta flessibbiltà ta' 25 % f'termini ta' trasferiment ta' opportunitajiet tas-sajd mhux użati għall-istokkijiet li ġew l-aktar serjament jew direttament milquta mill-embargo Russu. Fid-dawl ta' ċirkostanzi eċċezzjonali li jikkonsistu fi proroga u estensjoni ta' dak l-embargo fir-rigward tal-Unjoni, kif ukoll in-nuqqas ta' disponibbiltà ta' ċerti swieq tradizzjonali, u fid-dawl tal-pariri xjentifiċi, huwa xieraq li l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet li ma ntużawx fl-2015 ikunu jistgħu jiġu trasferiti għall-2016 sa livell ta' 25 %, u fir-rigward tal-kavalli tal-Atlantiku tal-Grigal, sa livell ta' 17,5 % tal-kwota inizjali tal-2015. Huwa għalhekk xieraq li tiġi introdotta tali flessibbiltà kemm fir-Regolamenti tal-Kunsill (UE) Nru 1221/2014 (5) u (UE) 2015/104 (6). Ma għandha tapplika l-ebda flessibbiltà oħra għat-trasferiment ta' opportunitajiet tas-sajd mhux użati fir-rigward tal-istokkijiet ikkonċernati. |
|
(13) |
Sabiex tiġi evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u biex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2016. Għal raġunijiet ta' urġenza, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu. Għar-raġunijiet deskritti fil-premessa 12, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-possibbiltà tat-trasferiment ta' dawk l-opportunitajiet tas-sajd li ma jintużawx fl-2015 għandhom japplikaw b'effett mill-1 ta' Jannar 2015, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jiffissal-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut fil-Baħar Baltiku għall-2016.
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw fil-Baħar Baltiku.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“ICES” tfisser Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar; |
|
(2) |
“Baħar Baltiku” tfisser iż-żoni ICES IIIb, IIIc u IIId; |
|
(3) |
“sottodiviżjoni” tfisser sottodiviżjoni ICES tal-Baħar Baltiku kif definita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 (7); |
|
(4) |
“bastiment tas-sajd” tfisser kull bastiment mgħammar għall-isfruttament kummerċjali ta' riżorsi bijoloġiċi tal-baħar; |
|
(5) |
“bastiment tas-sajd tal-Unjoni” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru u rreġistrat fl-Unjoni; |
|
(6) |
“stokk” tfisser riżorsa bijoloġika tal-baħar li tinsab f'żona ta' ġestjoni partikolari; |
|
(7) |
“qabda totali permissibbli” (TAC) tfisser il-kwantità ta' kull stokk li tista':
|
|
(8) |
“kwota” tfisser proporzjon mit-TAC allokat lill-Unjoni, Stat Membru jew pajjiż terz. |
KAPITOLU II
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD
Artikolu 4
TACs u allokazzjonijiet
It-TACs, il-kwoti u, fejn ikun il-każ, il-kondizzjonijiet marbutin b'mod funzjonali mat-TACs huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet ta' opportunitajiet tas-sajd
L-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri, kif stipulat f'dan ir-Regolament, għandha tkun bla preġudizzju għal:
|
(a) |
skambji magħmula skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
|
(b) |
tnaqqis u riallokazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009; |
|
(c) |
ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jew skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
|
(d) |
kwantitajiet miżmuma skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jew trasferiti skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
|
(e) |
tnaqqis magħmul skont l-Artikoli 105, 106 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. |
Artikolu 6
Kondizzjonijiet għall-ħatt l-art ta' qabdiet u qabdiet inċidentali mhux soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art
1. Qabdiet ta' speċi soġġetti għal limiti fuq il-qbid u li nqabdu f'żoni tas-sajd speċifikati fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 huma soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art, kif stabbilit fl-Artikolu 15 ta' dak ir-Regolament.
2. Qabdiet u qabdiet inċidentali tal-barbun tat-tbajja' għandhom jinżammu abbord jew jinħattu l-art biss meta jkunu saru minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru li għandu kwota u sakemm dik il-kwota ma' tkunx ġiet eżawrita.
3. L-istokkijiet ta' speċi mhux fil-mira fil-limiti bijoloġiċi sikuri msemmija fl-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 huma identifikati fl-Anness għall-finijiet tad-deroga mill-obbligu li l-qabdiet jingħaddu skont il-kwoti rilevanti previsti f'dak l-Artikolu.
KAPITOLU III
FLESSIBBILTÀ FL-IFFISSAR TAL-OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD TA' ĊERTI STOKKIJIET
Artikolu 7
Emenda għar-Regolament (UE) 2015/104
Fir-Regolament (UE) 2015/104, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
“Artikolu 18a
Flessibbiltà fl-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd ta' ċerti stokkijiet
1. Dan l-Artikolu għandu japplika għall-istokkijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-kavalli fiż-żoni IIIa u IV; l-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa, IIIb, IIIc u IIId; |
|
(b) |
il-kavalli fiż-żoni VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali ta' Vb; l-ilmijiet internazzjonali ta' IIa, XII u XIV; |
|
(c) |
il-kavalli fl-ilmijiet Norveġiżi ta' IIa u IVa; |
|
(d) |
l-aringa fl-ilmijiet tal-Unjoni, dawk Norveġiżi u dawk internazzjonali ta' I u II; |
|
(e) |
l-aringa fil-Baħar tat-Tramuntana fit-tramuntana ta' 53° N; |
|
(f) |
l-aringa fiż-żoni IVc u VIId; |
|
(g) |
l-aringa fiż-żoni VIIa, VIIg, VIIh, VIIj u VIIk; |
|
(h) |
is-sawrell fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa, IVa, VI, VIIa-c, VIIe-k, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; fl-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali ta' Vb; fl-ilmijiet internazzjonali ta' XII u XIV. |
2. Kull kwantità sa 25 % tal-kwota inizjali ta' Stat Membru tal-istokkijiet identifikati fil-punti (d) sa (h) tal-paragrafu 1 li ma tkunx ġiet intużata fl-2015 għandha tinżdied għall-finijiet tal-kalkolu tal-kwota tal-Istat Membru kkonċernat għall-istokk rilevanti għall-2016. Dik il-perċentwali għandha tkun ta' 17,5 % għal stokkijiet identifikati fil-punti (a) sa (c) tal-paragrafu 1. Għandu jittieħed kont ta' kull kwantità trasferita lil Stati Membri oħrajn skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u ta' kull kwantità mnaqqsa skont l-Artikoli 37, 105, u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 sabiex jiġu stabbiliti l-kwantitajiet użati u l-kwantitajiet mhux użati skont dan il-paragrafu.
3. Fejn Stat Membru uża l-għażla prevista fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu fir-rigward ta' stokk partikolari, ma għandha tapplika l-ebda flessibbiltà oħra fir-rigward ta' trasferiment ta' opportunitajiet tas-sajd mhux użati fir-rigward ta' dak l-istokk.”.
Artikolu 8
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1221/2014
Fir-Regolament (UE) Nru 1221/2014, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
“Artikolu 5a
Flessibbiltà fl-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd ta' ċerti stokkijiet
1. Dan l-Artikolu għandu japplika għall-istokkijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-aringa fis-sottodiviżjoni 30-31 tal-ICES; |
|
(b) |
l-aringa fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-sottodiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32 tal-ICES; |
|
(c) |
l-aringa fis-sottodiviżjoni 28.1 tal-ICES; |
|
(d) |
il-laċċa kaħla fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-sottodiviżjonijiet 22-32 tal-ICES. |
2. Kull kwantità ta' mhux aktar minn 25 % tal-kwota inizjali ta' Stat Membru tal-istokkijiet identifikati fil-paragrafu 1 li ma ntużatx fl-2015 għandha tinżdied sabiex tiġi kkalkulata l-kwota tal-Istat Membru kkonċernat għall-istokk rilevanti għall-2016. Għandu jittieħed kont ta' kull kwantità trasferita lil Stati Membri oħrajn skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u ta' kull kwantità mnaqqsa skont l-Artikoli 37, 105, u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 sabiex jiġu stabbiliti l-kwantitajiet użati u l-kwantitajiet mhux użati skont dan il-paragrafu.
3. Fejn Stat Membru uża l-għażla prevista fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu fir-rigward ta' stokk partikolari, ma għandha tapplika l-ebda flessibbiltà oħra fir-rigward ta' trasferiment ta' opportunitajiet tas-sajd mhux użati fir-rigward ta' dak l-istokk.”.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 9
Trażmissjoni tad-data
Meta, skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jibagħtu data li tirrigwarda l-kwantitajiet tal-istokkijiet maqbuda jew li nħattu l-art lill-Kumissjoni, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 10
Flessibbiltà
1. Ħlief meta jkun speċifikat mod ieħor fl-Anness għal dan ir-Regolament, l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għandu japplika għall-istokkijiet soġġetti għal TAC prekawzjonarja u l-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament għandhom japplikaw għal stokkijiet soġġetti għal TAC analitika.
2. L-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandhomx japplikaw meta Stat Membru juża l-flessibbiltà ta' sena b'sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2016.
Madankollu, l-Artikoli 7 u 8 għandhom japplikaw b'effett mill-1 ta' Jannar 2015.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ASSELBORN
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 779/97 (ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1221/2014 tal-10 ta' Novembru 2014 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2015 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 43/2014 u (UE) Nru 1180/2013 (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 16).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 tad-19 ta' Jannar 2015 li jiffissa għall-2015 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 43/2014 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 779/2014 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1).
(7) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta' Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound (ĠU L 349, 31.12.2005, p. 1.)
ANNESS
TACs applikabbli għall-bastimenti TAS-sajd tal-Unjoni f'żoni fejn jeżistu t-TACs skont l-ispeċi u ż-żona
It-tabelli li ġejjin jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti (f'tunnellati ta' piż ħaj, ħlief fejn huwa speċifikat mod ieħor) skont l-istokk, u l-kondizzjonijiet marbuta magħhom b'mod funzjonali.
Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għaż-żoni tal-ICES, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Ir-referenza għall-istokkijiet tal-ħut hija skont l-ordni alfabetika tal-ismijiet bil-Latin tal-ispeċi.
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, hija prevista t-tabella komparattiva li ġejja tal-ismijiet bil-Latin u l-ismijiet komuni:
|
Isem xjentifiku |
Kodiċi Alpha-3 |
Isem komuni |
|
Clupea harengus |
HER |
Aringa |
|
Gadus morhua |
COD |
Bakkaljaw |
|
Pleuronectes platessa |
PLE |
Barbun tat-tbajja' |
|
Salmo salar |
SAL |
Salamun tal-Atlantiku |
|
Sprattus sprattus |
SPR |
Laċċa kaħla |
|
Speċi: |
Aringa Clupea harengus |
Żona: |
Sottodiviżjonijiet 30-31 HER/3D30.; HER/3D31. |
|
|
Finlandja |
99 098 |
|
|
|
|
Żvezja |
21 774 |
|
|
|
|
Unjoni |
120 872 |
|
|
|
|
TAC |
120 872 |
|
TAC analitika |
|
|
Speċi: |
Aringa Clupea harengus |
Żona: |
Sottodiviżjonijiet 22-24 HER/3B23.; HER/3C22.; HER/3D24. |
|
|
Danimarka |
3 683 |
|
|
|
|
Ġermanja |
14 496 |
|
|
|
|
Finlandja |
2 |
|
Għandu japplika l-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament. |
|
|
Polonja |
3 419 |
|
|
|
|
Żvezja |
4 674 |
|
|
|
|
Unjoni |
26 274 |
|
|
|
|
TAC |
26 274 |
|
TAC analitika L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. |
|
|
Speċi: |
Aringa Clupea harengus |
Żona: |
Ilmijiet tal-Unjoni tas-Sottodiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32 HER/3D25.; HER/3D26.; HER/3D27.; HER/3D28.2; HER/3D29.; HER/3D32. |
|
|
Danimarka |
3 905 |
|
|
|
|
Ġermanja |
1 035 |
|
|
|
|
Estonja |
19 942 |
|
Għandu japplika l-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament. |
|
|
Finlandja |
38 927 |
|
|
|
|
Latvja |
4 921 |
|
|
|
|
Litwanja |
5 182 |
|
|
|
|
Polonja |
44 224 |
|
|
|
|
Żvezja |
59 369 |
|
|
|
|
Unjoni |
177 505 |
|
|
|
|
TAC |
Mhux rilevanti |
|
TAC analitika |
|
|
Speċi: |
Aringa Clupea harengus |
Żona: |
Sottodiviżjoni 28.1 HER/03D.RG |
|
|
Estonja |
16 124 |
|
|
|
|
Latvja |
18 791 |
|
Għandu japplika l-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament. |
|
|
Unjoni |
34 915 |
|
|
|
|
TAC |
34 915 |
|
TAC analitika |
|
|
Speċi |
Bakkaljaw Gadus morhua |
Żona: |
Ilmijiet tal-Unjoni tas-Sottodiviżjonijiet 25-32 COD/3D25.; COD/3D26.; COD/3D27.; COD/3D28.; COD/3D29.; COD/3D30.; COD/3D31.; COD/3D32. |
|
|
Danimarka |
9 451 |
|
|
|
|
Ġermanja |
3 760 |
|
|
|
|
Estonja |
921 |
|
|
|
|
Finlandja |
723 |
|
|
|
|
Latvja |
3 514 |
|
|
|
|
Litwanja |
2 315 |
|
|
|
|
Polonja |
10 884 |
|
|
|
|
Żvezja |
9 575 |
|
|
|
|
Unjoni |
41 143 |
|
|
|
|
TAC |
Mhux rilevanti |
|
TAC ta' prekawzjoni L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. |
|
|
Speċi: |
Bakkaljaw Gadus morhua |
Żona: |
Sottodiviżjonijiet 22-24 COD/3B23.; COD/3C22.; COD/3D24. |
|
|
Danimarka |
5 552 (1) |
|
|
|
|
Ġermanja |
2 715 (1) |
|
|
|
|
Estonja |
123 (1) |
|
|
|
|
Finlandja |
109 (1) |
|
|
|
|
Latvja |
459 (1) |
|
|
|
|
Litwanja |
298 (1) |
|
|
|
|
Polonja |
1 486 (1) |
|
|
|
|
Żvezja |
1 978 (1) |
|
|
|
|
Unjoni |
12 720 (1) |
|
|
|
|
TAC |
12 720 (1) |
|
TAC analitika L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. |
|
|
Speċi: |
Barbun tat-tbajja' Pleuronectes platessa |
Żona: |
Ilmijiet tal-Unjoni tas-Sottodiviżjonijiet 22-32 PLE/3B23.; PLE/3C22.; PLE/3D24.; PLE/3D25.; PLE/3D26.; PLE/3D27.; PLE/3D28.; PLE/3D29.; PLE/3D30.; PLE/3D31.; PLE/3D32. |
|
|
Danimarka |
2 890 |
|
|
|
|
Ġermanja |
321 |
|
|
|
|
Polonja |
605 |
|
|
|
|
Żvezja |
218 |
|
|
|
|
Unjoni |
4 034 |
|
|
|
|
TAC |
4 034 |
|
TAC analitika |
|
|
Speċi: |
Salamun tal-Atlantiku Salmo salar |
Żona: |
Ilmijiet tal-Unjoni tas-Sottodiviżjonijiet 22-31 SAL/3B23.; SAL/3C22.; SAL/3D24.; SAL/3D25.; SAL/3D26.; SAL/3D27.; SAL/3D28.; SAL/3D29.; SAL/3D30.; SAL/3D31. |
|
|
Danimarka |
19 879 (2) |
|
|
|
|
Ġermanja |
2 212 (2) |
|
|
|
|
Estonja |
2 020 (2) |
|
|
|
|
Finlandja |
24 787 (2) |
|
|
|
|
Latvja |
12 644 (2) |
|
|
|
|
Litwanja |
1 486 (2) |
|
|
|
|
Polonja |
6 030 (2) |
|
|
|
|
Żvezja |
26 870 (2) |
|
|
|
|
Unjoni |
95 928 (2) |
|
|
|
|
TAC |
Mhux rilevanti |
|
TAC analitika L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. |
|
|
Speċi: |
Salamun tal-Atlantiku Salmo salar |
Żona: |
Ilmijiet tal-Unjoni tas-Sottodiviżjoni 32 SAL/3D32. |
|
|
Estonja |
1 344 (3) |
|
|
|
|
Finlandja |
11 762 (3) |
|
|
|
|
Unjoni |
13 106 (3) |
|
|
|
|
TAC |
Mhux rilevanti |
|
TAC ta' prekawzjoni |
|
|
Speċi: |
Laċċa kaħla Sprattus sprattus |
Żona: |
Ilmijiet tal-Unjoni tas-Sottodiviżjonijiet 22-32 SPR/3B23.; SPR/3C22.; SPR/3D24.; SPR/3D25.; SPR/3D26.; SPR/3D27.; SPR/3D28.; SPR/3D29.; SPR/3D30.; SPR/3D31.; SPR/3D32. |
|
|
Danimarka |
19 958 |
|
|
|
|
Ġermanja |
12 644 |
|
|
|
|
Estonja |
23 175 |
|
|
|
|
Finlandja |
10 447 |
|
|
|
|
Latvja |
27 990 |
|
|
|
|
Litwanja |
10 125 |
|
|
|
|
Polonja |
59 399 |
|
|
|
|
Żvezja |
38 582 |
|
|
|
|
Unjoni |
202 320 |
|
|
|
|
TAC |
Mhux rilevanti |
|
TAC analitika |
|
(1) Din il-kwota tista' tinqabad mill-1 ta' Jannar sal-14 ta' Frar u mill-1 ta' April sal-31 ta' Diċembru 2016.
(2) Espress fl-għadd ta' ħut individwali.
(3) Espress fl-għadd ta' ħut individwali.
|
19.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 302/11 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2073
tas-16 ta' Novembru 2015
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-bakkaljaw fiż-żona IV; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IIa; dik il-parti taż-żona IIIa li mhix koperta minn Skagerrak u Kattegat minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Iżvezja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2015. |
|
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2015. |
|
(3) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2015 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stabbilita f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi trażbordat, jiġi trasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jaqbdu dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
João AGUIAR MACHADO
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 tad-19 ta' Jannar 2015 li jiffissa għall-2015 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 43/2014 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 779/2014 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1).
ANNESS
|
Nru |
55/TQ104 |
|
Stat Membru |
L-Iżvezja |
|
Stokk |
COD/2A3AX4 |
|
Speċi |
Bakkaljaw (Gadus morhua) |
|
Żona |
IV; L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IIa dik il-parti taż-żona IIIa li mhix koperta minn Skagerrak u Kattegat |
|
Data tal-għeluq |
5.10.2015 |
|
19.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 302/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2074
tas-16 ta' Novembru 2015
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-gambli tat-Tramuntana fl-ilmijiet Norveġiżi fin-Nofsinhar ta' 62° N minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Iżvezja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2015. |
|
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2015. |
|
(3) |
Għaldaqstant jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2015 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stabbilita f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi trażbordat, jiġi trasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jaqbdu dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
João AGUIAR MACHADO
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 tad-19 ta' Jannar 2015 li jiffissa għall-2015 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 43/2014 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 779/2014 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1).
ANNESS
|
Nru |
56/TQ104 |
|
Stat Membru |
L-Iżvezja |
|
Stokk |
PRA/04-N. |
|
Speċi |
Gamblu tat-Tramuntana (Pandalus borealis) |
|
Żona |
L-ilmijiet Norveġiżi fin-Nofsinhar ta' 62° N |
|
Data tal-għeluq |
5.10.2015 |
|
19.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 302/15 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2075
tat-18 ta' Novembru 2015
li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-abamektin, għad-desmedifam, għad-diklorprop-P, għall-aloksifop-P, għall-oriżalin u għall-fenmedifam f'ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a), l-Artikolu 18(1)(b) u l-Artikolu 49(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Għad-diklorprop-P, għall-aloksifop-P u għall-oriżalin, il-livelli massimi ta' residwi (MRLs) ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Għall-abamektin, għad-desmedifam u għall-fenmedifam, l-MRLs ġew stabbiliti fl-Anness II u fil-Parti B tal-Anness III ta' dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Għall-abamektin, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”, ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti, f'konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (2). L-Awtorità pproponiet li tibdel id-definizzjoni tar-residwi u rrakkomandat li jitbaxxew l-MRLs għall-muskoli u għall-kliewi tal-bovini. Għall-prodotti l-oħrajn, hija rrakkomandat li l-MRLs jiżdiedu jew li jibqgħu kif inhuma. Hija kkonkludiet li xi informazzjoni ma kinitx disponibbli dwar l-MRLs għall-frott taċ-ċitru, il-lewż, il-ġellewż, il-ġewż, it-tuffieħ, il-lanġas, l-isfarġel, in-naspli, in-naspli tal-Ġappun, il-ħawħ, l-għanbaqar, l-għeneb tal-mejda, l-għeneb tal-inbid, il-frawli, it-tut, iċ-ċawsli, il-passolina (ħamra, sewda u bajda), ir-ribes, il-papaja, il-patata, ir-ravanell, it-tewm, il-basal, ix-xalotti, il-basal tar-rebbiegħa, it-tadam, il-bżar, il-brunġiel, il-ħjar, il-gherkins, iz-zukkini, il-bettieħ, il-qara' aħmar, id-dulliegħ, il-kaboċċa Ċiniża, il-ħass tal-ħaruf, il-ħass, l-iskalora, l-aruka, il-weraq u n-nebbieta tal-Brassica, iċ-ċikwejra, il-maxxita, il-kurrat salvaġġ, il-weraq tal-karfus, it-tursin, is-salvja, il-klin, is-sagħtar, il-ħabaq, il-weraq tar-rand, l-istragun, il-fażola (friska, bil-miżwed), il-piżelli (friska, bil-miżwed) u l-kurrat u li kienet meħtieġa aktar kunsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju. Peress li m'hemm l-ebda riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Se jsir rieżami ta' dawn l-MRLs; ir-rieżami se jqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-Awtorità kkonkludiet li ma kienet disponibbli l-ebda informazzjoni dwar l-MRLs għaċ-ċiras, l-avokado, il-piżelli (friska, bla miżwed) u l-qaqoċċ u li l-informazzjoni disponibbli dwar l-MRLs għall-krexxun u l-karfus ma kinitx biżżejjed biex jinħareġ MRL tentattiv u li kienet meħtieġa aktar kunsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju. L-MRLs għal dawn il-prodotti għandhom jiġu stabbiliti fil-limitu speċifiku ta' kwantifikazzjoni. Filwaqt li tiġi kkunsidrata l-informazzjoni addizzjonali dwar prattika agrikola tajba pprovduta minn Franza wara l-pubblikazzjoni tal-opinjoni motivata u billi m'hemm l-ebda riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għall-berquq għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti. |
|
(3) |
Għad-desmedifam, l-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 12(1) tiegħu (3). L-Awtorità kkonkludiet li xi informazzjoni ma kinitx disponibbli dwar l-MRLs għall-pitravi, il-weraq tal-pitravi, il-pitravi taz-zokkor, għall-muskoli, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi tal-majjal, tal-annimali bovini, tan-nagħaġ u tal-mogħoż u li kienet meħtieġa aktar kunsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju. Peress li m'hemm l-ebda riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Se jsir rieżami ta' dawn l-MRLs; ir-rieżami se jqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
|
(4) |
Għad-diklorprop-P, l-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 12(1) tiegħu (4). L-Awtorità pproponiet li tibdel id-definizzjoni tar-residwi. Hija rrakkomandat li jitbaxxew l-MRLs għat-tuffieħ, il-lanġas, iċ-ċiras, l-għanbaqar u l-ħbub tax-xgħir, tal-ħafur, tas-segala u tal-qamħ. Għal-larinġ hija rrakkomandat li jiżdied l-MRL eżistenti. L-Awtorità kkonkludiet li xi informazzjoni ma kinitx disponibbli dwar l-MRLs għall-muskoli, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi tal-majjal, tal-annimali bovini, tan-nagħaġ u tal-mogħoż, il-ħalib tal-bhejjem tal-ifrat, il-ħalib tan-nagħaġ u l-ħalib tal-mogħoż u li kienet meħtieġa aktar kunsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju. Peress li m'hemm l-ebda riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Se jsir rieżami ta' dawn l-MRLs; ir-rieżami se jqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
|
(5) |
Għall-aloksifop-P, l-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (5). L-Awtorità pproponiet li tibdel id-definizzjoni tar-residwi. L-Awtorità kkonkludiet li xi informazzjoni ma kinitx disponibbli dwar l-MRLs għaz-zunnarija, il-basal, il-fażola (niexfa), il-piżelli (niexfa), iż-żerriegħa tal-ġirasol, il-pitravi taz-zokkor, il-muskoli, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi tal-majjal, tal-annimali bovini, tan-nagħaġ, tal-mogħoż, u tat-tjur, il-ħalib tal-bhejjem tal-ifrat, il-ħalib tan-nagħaġ, il-ħalib tal-mogħoż u l-bajd tal-għasafar u li kienet meħtieġa aktar kunsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju. Peress li m'hemm l-ebda riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Se jsir rieżami ta' dawn l-MRLs ir-rieżami se jqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-Awtorità kkonkludiet li l-informazzjoni disponibbli fir-rigward tal-MRLs għall-basal tar-rebbiegħa u għaż-żerriegħa tal-kolza ma kinitx biżżejjed biex jinħareġ MRL tentattiv u li kienet meħtieġa aktar kunsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju. L-MRL għall-basal tar-rebbiegħa għandu jiġi ffissat fil-limitu speċifiku ta' kwantifikazzjoni. Filwaqt li tiġi kkunsidrata l-informazzjoni addizzjonali dwar prattika agrikola tajba pprovduta mill-Awstralja wara l-pubblikazzjoni tal-opinjoni motivata u billi m'hemm l-ebda riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għaż-żerriegħa tal-kolza għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti. Se jsir rieżami ta' dan l-MRL; ir-rieżami se jqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Għall-oriżalin, l-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (6). Hija rrakkomandat li l-MRL għall-għeneb tal-mejda jitnaqqas. Għall-prodotti l-oħrajn, hija rrakkomandat li jitħalla l-MRL eżistenti. L-Awtorità kkonkludiet li xi informazzjoni ma kinitx disponibbli fir-rigward tal-MRLs għall-kiwi u għall-ispraġ u li kienet meħtieġa aktar kunsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskji. Peress li m'hemm l-ebda riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Se jsir rieżami ta' dawn l-MRLs; ir-rieżami se jqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-Awtorità kkonkludiet li l-informazzjoni disponibbli fir-rigward tal-MRLs għall-banana ma kinitx biżżejjed biex jinħareġ MRL tentattiv u li kienet meħtieġa aktar kunsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju. L-MRL għal dan il-prodott għandu jiġi ffissat fil-limitu speċifiku ta' kwantifikazzjoni. |
|
(7) |
Għall-fenmedifam, l-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 12(1) tiegħu (7). L-Awtorità pproponiet li tibdel id-definizzjoni tar-residwi. L-Awtorità kkonkludiet li xi informazzjoni ma kinitx disponibbli fir-rigward tal-MRLs għall-frawli, il-pitravi, l-ispinaċi, il-weraq tal-pitravi, il-maxxita, il-kurrat salvaġġ, il-weraq tal-karfus, it-tursin, is-salvja, il-klin, is-sagħtar, il-ħabaq, il-weraq tar-rand u l-istragun u li kienet meħtieġa aktar kunsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju. Peress li m'hemm l-ebda riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Se jsir rieżami ta' dawn l-MRLs; ir-rieżami se jqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-Awtorità kkonkludiet li xi informazzjoni ma kinitx disponibbli fir-rigward tal-MRLs għall-pitravi taz-zokkor u li kienet meħtieġa aktar kunsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju. Filwaqt li tiġi kkunsidrata l-informazzjoni addizzjonali dwar il-provi tar-residwi pprovduta mill-Finlandja wara l-pubblikazzjoni tal-opinjoni motivata, l-MRL għall-pitravi taz-zokkor għandu jiġi stabbilit fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 bħala “0,05 (*) mg/kg”. Se jsir rieżami ta' dan l-MRL; ir-rieżami se jqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-Awtorità kkonkludiet li l-informazzjoni disponibbli dwar l-MRLs għall-muskoli, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi tal-majjal, tal-annimali bovini, tan-nagħaġ u tal-mogħoż, il-ħalib tal-bhejjem tal-ifrat, il-ħalib tan-nagħaġ u l-ħalib tal-mogħoż, il-muskoli, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi tat-tjur u l-bajd tal-għasafar ma kinitx biżżejjed biex jinħareġ MRL tentattiv u li kienet meħtieġa aktar kunsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju. L-MRLs għal dawn il-prodotti għandhom jiġu ffissati fil-limitu speċifiku ta' kwantifikazzjoni. |
|
(8) |
Fir-rigward ta' prodotti li fuqhom mhux awtorizzat l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti kkonċernat, u li għalihom ma jeżistu l-ebda tolleranzi tal-importazzjoni jew CXLs, l-MRLs għandhom jiġu stabbiliti fil-limitu speċifiku ta' kwantifikazzjoni jew għandu japplika l-MRL prestabbilit, kif stipulat fl-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni kkonsultat mal-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea dwar ir-residwi tal-pestiċidi fir-rigward tal-ħtieġa li jiġu adattati ċerti limiti ta' kwantifikazzjoni. Għal għadd ta' sustanzi, dawk il-laboratorji kkonkludew li għal ċerti prodotti, l-iżvilupp tekniku jippermetti li jiġu stabbiliti limiti speċifiċi ta' kwantifikazzjoni. |
|
(10) |
Abbażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti tas-suġġett ikkunsidrat, l-emendi xierqa tal-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(11) |
Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-kummenti tagħhom ġew ikkunsidrati. |
|
(12) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(13) |
Biex jippermetti l-kummerċjalizzazzjoni, l-ipproċessar u l-konsum normali tal-prodotti, dan ir-Regolament għandu jistipula arranġament tranżizzjonali għall-prodotti li ġew immanifatturati qabel il-modifika tal-MRLs u li għalihom l-informazzjoni turi li nżamm livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi. |
|
(14) |
Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli taż-żmien qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs modifikati, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju ruħhom ħalli jkunu konformi mar-rekwiżiti l-ġodda li se jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs. |
|
(15) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat permezz ta' dan ir-Regolament għandu jibqa' japplika għall-prodotti li kienu mmanifatturati sat-8 ta' Diċembru 2015.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Jibda japplika mid-9 ta' Ġunju 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Ir-rieżami tal-livelli massimi tar-residwi (MRLs) eżistenti għall-abamektin skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. EFSA Journal 2014;12(9):3823.
(3) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Ir-rieżami tal-livelli massimi tar-residwi (MRLs) eżistenti għad-desmedifam skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. EFSA Journal 2014;12(7):3803.
(4) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Ir-rieżami tal-livelli massimi tar-residwi (MRLs) eżistenti għad-diklorprop-P skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. EFSA Journal 2014;12(2):3552.
(5) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Ir-rieżami tal-livelli massimi tar-residwi (MRLs) eżistenti għall-aloksifop-P skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. EFSA Journal 2014;12(10):3861.
(6) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Ir-rieżami tal-livelli massimi tar-residwi (MRLs) eżistenti għall-oriżalin skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. EFSA Journal 2014;12(8):3819.
(7) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Ir-rieżami tal-livelli massimi tar-residwi (MRLs) eżistenti għall-fenmedifam skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. EFSA Journal 2014;12(8):3807.
ANNESS
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
(*1) Jindika limitu iktar baxx ta' kwantifikazzjoni analitika
(1) Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(*2) Jindika limitu iktar baxx ta' kwantifikazzjoni analitika
(2) Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.
|
19.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 302/51 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2076
tat-18 ta' Novembru 2015
li jiftaħ u fih previst l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-importazzjoni tal-Unjoni tal-laħam tal-majjal frisk jew iffriżat li joriġina fl-Ukrajna
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 187 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/668/UE (2), il-Kunsill awtorizza l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”). Il-Ftehim jistipula l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq importazzjonijiet ta' oġġetti li joriġinaw fl-Ukrajna f'konformità mal-Anness I-A tal-Kapitolu I tiegħu. L-Appendiċi ta' dak l-Anness I-A fih previst kwoti tariffarji tal-importazzjoni għal-laħam tal-majjal. |
|
(2) |
Sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), il-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għal-laħam tal-majjal għall-2014 u l-2015 kienu miftuħa u amministrati f'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 414/2014 (4). |
|
(3) |
Il-Ftehim jiġi applikat b'mod proviżorju mill-1 ta' Jannar 2016. Għaldaqstant jinħtieġ li jinfetħu perjodi ta' kwoti tariffarji tal-importazzjoni annwali mill-1 ta' Jannar 2016 'il quddiem. Sabiex jitqiesu sew ir-rekwiżiti ta' provvista tas-suq eżistenti u emerġenti ta' produzzjoni, proċessar u konsum fil-qasam tal-laħam tal-majjal tal-Unjoni f'termini ta' kompetittività, ċertezza u kontinwità tal-provvista u l-ħtieġa li jiġi salvagwardjat l-ekwilibriju ta' dak is-suq, jixraq li dawk il-kwoti jiġu amministrati mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 184(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(4) |
L-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (5) fih previst li r-Regolamenti tal-Kummissjoni li jirregolaw kwota tariffarja tal-importazzjoni eżistenti jistgħu jistipulaw l-applikazzjoni ta' sistema skont liema jiġu ġestiti l-kwoti billi jiġu attribwiti d-drittijiet tal-importazzjoni bħala l-ewwel pass u l-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni bħala t-tieni pass. Sistema bħal din tippermetti lill-operaturi li jkunu kisbu drittijiet tal-importazzjoni li jiddeċiedu tul il-perjodu tal-kwota u abbażi tal-flussi tal-kummerċ effettivi tagħhom, f'liema mument jixtiequ japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni. |
|
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (6) li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli. Dak ir-Regolament għandu japplika għal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa skont dan ir-Regolament, ħlief fejn ikunu jixirqu xi derogi. |
|
(6) |
Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 li jikkonċernaw l-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni, l-istatus tal-applikanti u l-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni, għandhom japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa skont dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet addizzjonali stipulati f'dan ir-Regolament. |
|
(7) |
Biex tiġi żgurata l-amministrazzjoni xierqa tal-kwoti tariffarji jeħtieġ li tiġi ddepożitata garanzija meta titressaq l-applikazzjoni għad-drittijiet tal-importazzjoni u meta tinħareġ liċenzja tal-importazzjoni. |
|
(8) |
L-operaturi għandhom ikunu obbligati japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni għad-drittijiet kollha tal-importazzjoni allokati, filwaqt li jirrispettaw l-obbligu msemmi fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (7). |
|
(9) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013 (8) bidel xi kodiċijiet NM fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (9) b'kodiċijiet NM ġodda li issa huma differenti minn dawk imsemmija fl-Appendiċi tal-Anness I-A tal-Kapitolu I tal-Ftehim. Għaldaqstant, il-kodiċijiet NM l-ġodda għandhom ikunu riflessi fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-ftuħ u l-ġestjoni tal-kwoti tariffarji
1. Dan ir-Regolament jiftaħ u jġestixxi, mill-2016, il-kwoti tariffarji annwali għall-prodotti indikati fl-Anness I, għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru.
2. Il-kwantità tal-prodotti koperta mill-kwoti msemmija fil-paragrafu 1, ir-rata tad-dazju doganali applikabbli, kif ukoll in-numri tal-ordni huma stabbiliti fl-Anness I.
3. Il-kwota tariffarja tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ġestita f'konformità mal-metodu msemmi fl-Artikolu 184(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u billi jiġu attribwiti drittijiet tal-importazzjoni bħala l-ewwel pass u l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni bħala t-tieni pass.
4. Għandhom japplikaw ir-Regolamenti (KE) Nru 1301/2006 u (KE) Nru 376/2008, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Il-perjodi tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni
Il-kwantità tal-prodotti stabbilita għall-kwota tariffarja tal-importazzjoni annwali u għal kull numru tal-ordni stabbilit fl-Anness I għandu jinqasam f'erba' subperjodi, kif ġej:
|
(a) |
25 % mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu; |
|
(b) |
25 % mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju; |
|
(c) |
25 % mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru; |
|
(d) |
25 % mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru. |
Artikolu 3
L-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni u l-allokazzjoni tad-drittijiet tal-importazzjoni
1. L-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni għandhom jitressqu fl-ewwel sebat ijiem tax-xahar qabel kull subperjodu msemmi fl-Artikolu 2.
2. Fiż-żmien meta titressaq applikazzjoni għad-drittijiet tal-importazzjoni għandha tiġi ddepożitata garanzija ta' EUR 20 għal kull 100 kilogramma.
3. L-applikanti għad-drittijiet tal-importazzjoni għandhom, meta jippreżentaw l-ewwel applikazzjoni tagħhom għal sena ta' kwota partikolari, iressqu l-prova li kwantità ta' laħam tal-majjal li taqa' taħt il-kodiċi NM 0203 tkun ġiet impurtata minnhom jew f'isimhom skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dwana (“il-kwantità ta' referenza”). Tali prova għandha tirrelata mal-perjodu ta' 12-il xahar li jispiċċa xahar wieħed qabel l-ewwel applikazzjoni tagħhom. Kumpanija ffurmata bil-fużjoni ta' kumpaniji li kull waħda minnhom ikollha kwantità ta' referenza impurtata, tista' tikkombina dawk il-kwantitajiet ta' referenza bħala bażi għall-applikazzjoni tagħha.
4. Il-kwantità totali ta' prodotti koperta minn applikazzjoni għad-drittijiet tal-importazzjoni mressqa f'wieħed mis-subperjodi msemmija fl-Artikolu 2 ma għandhiex taqbeż 25 % tal-kwantità ta' referenza ta' applikant. Awtorità kompetenti għandha tirrifjuta applikazzjonijiet li ma jikkonformawx ma' din ir-regola.
5. Sal-14-il jum tax-xahar li fih jitressqu l-applikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet totali, inklużi d-dikjarazzjonijiet nulli, tal-applikazzjonijiet kollha, espressi f'kilogrammi ta' piż tal-prodott u mqassmin skont in-numru tal-ordni.
6. Id-drittijiet tal-importazzjoni għandhom jibdew jingħataw mit-23 jum tax-xahar li fih jitressqu l-applikazzjonijiet u mhux aktar tard mill-aħħar jum ta' dak ix-xahar.
7. Jekk l-applikazzjoni tal-koeffiċjent tal-allokazzjoni msemmi fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 tirriżulta f'inqas drittijiet tal-importazzjoni għall-allokazzjoni milli tressqu applikazzjonijiet għalihom, il-garanzija ddepożitata f'konformità mal-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament, għandha tkun rilaxxata proporzjonalment mingħajr dewmien.
8. Id-drittijiet tal-importazzjoni għandhom ikunu validi mill-ewwel jum tas-subperjodu li għalih tkun tressqet l-applikazzjoni, u sal-31 ta' Diċembru tal-perjodu tal-kwota tariffarja ta' importazzjoni inkwistjoni. Id-drittijiet tal-importazzjoni ma għandhomx ikunu trasferibbli.
Artikolu 4
L-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni u l-allokazzjoni tal-liċenzji tal-importazzjoni
1. Ir-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa tal-kwantitajiet mogħtija skont il-kwota tariffarja fuq l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni.
2. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikopru l-kwantità totali tad-drittijiet tal-importazzjoni allokati. L-obbligu msemmi fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 għandu jiġi rispettat.
3. L-applikazzjonijiet għal-liċenzja tal-importazzjoni għandhom jitressqu biss fl-Istat Membru fejn l-applikant ikun applika għad-drittijiet tal-importazzjoni skont il-kwoti tariffarji tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) u fejn ikun kisibhom.
4. Fiż-żmien meta titressaq l-applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni għandha tiġi ddepożitata garanzija ta' EUR 50 għal kull 100 kilogramma. Kull ħruġ ta' liċenzja tal-importazzjoni għandu jirriżulta fi tnaqqis korrispondenti fid-drittijiet tal-importazzjoni li jkunu nkisbu u l-garanzija ddepożitata għad-drittijiet tal-importazzjoni għandha tiġi rrilaxxata proporzjonalment, mingħajr dewmien.
5. Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jinħarġu ma l-applikazzjoni ta' u f'isem l-operatur li jkun kiseb id-drittijiet tal-importazzjoni.
6. L-applikazzjonijiet għal-liċenzja tal-importazzjoni għandhom jirreferu għal numru tal-ordni wieħed biss. Jistgħu jikkonċernaw diversi prodotti koperti minn kodiċijiet NM differenti. F'dan il-każ, il-kodiċijiet NM kollha u d-deskrizzjonijiet tagħhom għandhom jiġu indikati fil-kaxex 15 u 16 tal-applikazzjoni għal-liċenzja u tal-liċenzja stess, rispettivament.
7. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u l-liċenzji tal-importazzjoni għandu jkun fihom:
|
(a) |
fil-kaxxa 8, l-isem “L-Ukrajna” bħala l-pajjiż tal-oriġini u l-kaxxa “iva” immarkata b'salib; |
|
(b) |
fil-kaxxa 20, waħda mill-entrati elenkati fl-Anness II. |
8. Kull liċenzja tal-importazzjoni għandha ssemmi l-kwantità għal kull kodiċi NM.
9. Il-liċenzja tal-importazzjoni għandha tkun valida għal 30 jum mid-data tal-ħruġ effettiva fis-sens tat-tifsira tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008. Madankollu, it-terminu ta' validità tal-liċenzja ta' importazzjoni għandu jagħlaq fil-31 ta' Diċembru ta' kull perjodu ta' kwota tariffarja.
Artikolu 5
Notifiki lill-Kummissjoni
1. Permezz ta' deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-10 jum tax-xahar ta' wara l-aħħar jum ta' kull subperjodu, bil-kwantitajiet, inklużi d-dikjarazzjonijiet nulli, koperti mil-liċenzji li jkunu ħarġu matul dak is-subperjodu.
2. Permezz ta' deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet, inklużi d-dikjarazzjonijiet nulli, koperti minn liċenzji tal-importazzjoni mhux użati jew parzjalment użati, u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imdaħħla fuq wara tal-liċenzji tal-importazzjoni u l-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu:
|
(a) |
flimkien man-notifiki msemmijin fl-Artikolu 3(5) ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-applikazzjonijiet imressqa għall-aħħar subperjodu; |
|
(b) |
għall-kwantitajiet li ma jkunux għadhom ġew innotifikati fiż-żmien tal-ewwel notifika prevista fil-punt (a), sa mhux aktar tard mit-30 ta' April wara tmiem kull perjodu ta' kwota tariffarja tal-importazzjoni. |
3. Sa mhux aktar tard mit-30 ta' April wara tmiem kull perjodu ta' kwota tariffarja tal-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet tal-prodotti li kienu effettivament rilaxxati għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa waqt il-perjodu ta' kwota.
4. Fil-każ tan-notifiki msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3, il-kwantità għandha tingħata f'kilogrammi ta' piż tal-prodott u għandha titqassam skont in-numru tal-ordni.
Artikolu 6
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/668/UE tat-23 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, fir-rigward tat-Titolu III (bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw it-trattament ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi legalment impjegati bħala ħaddiema fit-territorju tal-Parti l-oħra) u t-Titoli IV, V, VI u VII tiegħu, kif ukoll l-Annessi u l-Protokolli relatati (ĠU L 278, 20.9.2014, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta' dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukrajna (ĠU L 118, 22.4.2014, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 414/2014 tat-23 ta' April 2014 li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni fuq l-importazzjoni ta' laħam tal-majjal frisk u ffriżat li joriġina mill-Ukrajna (ĠU L 121, 24.4.2014, p. 44).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3).
(7) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).
(8) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013 tal-4 ta' Ottubru 2013 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 290, 31.10.2013, p. 1).
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS I
Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies bħala ta' valur indikattiv biss, peress li l-applikabbiltà tal-arranġamenti preferenzjali hija ddeterminata, fil-kuntest ta' dan l-Anness, mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċijiet NM.
|
Numru tal-ordni |
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Kwanità f'tunnellati (piż nett) |
Dazju applikabbli (f'EUR/t) |
|
09.4271 |
0203 11 10 0203 12 11 0203 12 19 0203 19 11 0203 19 13 0203 19 15 0203 19 55 0203 19 59 0203 21 10 0203 22 11 0203 22 19 0203 29 11 0203 29 13 0203 29 15 0203 29 55 0203 29 59 |
Laħam tal-ħanżir domestiku: frisk, imkessaħ jew iffriżat |
20 000 |
0 |
|
09.4272 |
0203 11 10 0203 12 19 0203 19 11 0203 19 15 0203 19 59 0203 21 10 0203 22 19 0203 29 11 0203 29 15 0203 29 59 |
Laħam tal-ħanżir domestiku, frisk, imkessaħ jew iffriżat, minbarra l-qatgħat tal-koxxa, tal-flett u qatgħat mingħajr għadam |
20 000 |
0 |
ANNESS II
Entrati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 4(7)
|
— |
Bil-Bulgaru: Регламент за изпълнение (ЕС) 2015/2076 |
|
— |
Bl-Ispanjol: Reglamento de Ejecución (UE) 2015/2076 |
|
— |
Biċ-Ċek: Prováděcí nařízení (EU) 2015/2076 |
|
— |
Bid-Daniż: Gennemførelsesforordning (EU) 2015/2076 |
|
— |
Bil-Ġermaniż: Durchführungsverordnung (EU) 2015/2076 |
|
— |
Bl-Estonjan: Rakendusmäärus (EL) 2015/2076 |
|
— |
Bil-Grieg: Εκτελεστικός κανονισμός (ΕΕ) 2015/2076 |
|
— |
Bl-Ingliż: Implementing Regulation (EU) 2015/2076 |
|
— |
Bil-Franċiż: Règlement d'exécution (UE) 2015/2076 |
|
— |
Bil-Kroat: Provedbena uredba (EU) 2015/2076 |
|
— |
Bit-Taljan: Regolamento di esecuzione (UE) 2015/2076 |
|
— |
Bil-Latvjan: Īstenošanas regula (ES) 2015/2076 |
|
— |
Bil-Litwan: Įgyvendinimo reglamentas (ES) 2015/2076 |
|
— |
Bl-Ungeriż: (EU) 2015/2076 végrehajtási rendelet |
|
— |
Bil-Malti: Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2076 |
|
— |
Bin-Netherlandiż: Uitvoeringsverordening (EU) 2015/2076 |
|
— |
Bil-Pollakk: Rozporządzenie wykonawcze (UE) 2015/2076 |
|
— |
Bil-Portugiż: Regulamento de Execução (UE) 2015/2076 |
|
— |
Bir-Rumen: Regulamentul de punere în aplicare (UE) 2015/2076 |
|
— |
Bis-Slovakk: Vykonávacie nariadenie (EÚ) 2015/2076 |
|
— |
Bis-Sloven: Izvedbena uredba (EU) 2015/2076 |
|
— |
Bil-Finlandiż: Täytäntöönpanoasetus (EU) 2015/2076 |
|
— |
Bl-Iżvediż: Genomförandeförordning (EU) 2015/2076 |
|
19.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 302/57 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2077
tat-18 ta' Novembru 2015
li jiftaħ u fih previst l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni fuq l-importazzjoni ta' bajd, prodotti tal-bajd u albumina li joriġinaw fl-Ukrajna
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 187 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (2), u b'mod partikolari l-punti (a), (b) (c) u (d) tal-Artikolu 9 tiegħu u l-punt (a) tal-Artikolu 16(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/668/UE (3), il-Kunsill awtorizza l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) Il-Ftehim fih previst l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq importazzjonijiet ta' oġġetti li joriġinaw fl-Ukrajna f'konformità mal-Anness I-A tal-Kapitolu I tal-Ftehim. L-Appendiċi ta' dak l-Anness I-A fih previst kwoti tariffarji tal-importazzjoni għall-bajd, prodotti tal-bajd u albumina. |
|
(2) |
Sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), il-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għall-bajd, għall-prodotti tal-bajd u għall-albumini għall-2014 u l-2015 kienu miftuħa u amministrati skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 412/2014 (5). |
|
(3) |
Il-Ftehim jiġi applikat b'mod proviżorju mill-1 ta' Jannar 2016. Għaldaqstant jinħtieġ li jinfetħu perjodi ta' kwoti tariffarji tal-importazzjoni annwali mill-1 ta' Jannar 2016 'il quddiem. Sabiex jitqiesu sew ir-rekwiżiti ta' provista tas-suq eżistenti u emerġenti ta' produzzjoni, proċessar u konsum tal-Unjoni f'termini ta' kompetittività, ċertezza u kontinwità tal-provista u l-ħtieġa li jkun salvagwardjat l-ekwilibriju ta' dak is-suq, jixraq li dawk il-kwoti jiġu amministrati mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 184(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-Artikolu 14(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 510/2014. |
|
(4) |
Il-kwoti tariffarji tal-importazzjoni inkwistjoni għandhom jiġu amministrati permezz tal-liċenzji tal-importazzjoni. Għal dan il-għan, għandu japplika r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (6), u dan mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet addizzjonali stabbiliti f'dan ir-Regolament. |
|
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (7) jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli Dak ir-Regolament għandu japplika għal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa f'konformità ma' dan ir-Regolament, ħlief fejn ikun hemm lok għal xi derogi. |
|
(6) |
Biex tiġi żgurata l-amministrazzjoni xierqa tal-kwoti tariffarji, jeħtieġ li meta titressaq l-applikazzjoni għal liċenzja tiġi ddepożitata l-garanzija marbuta mal-liċenzji tal-importazzjoni. |
|
(7) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013 (8) bidel xi kodiċijiet NM fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (9) b'kodiċijiet NM ġodda li issa huma differenti minn dawk imsemmija fl-Appendiċi tal-Anness I-A tal-Kapitolu I tal-Ftehim. Għaldaqstant, il-kodiċijiet NM l-ġodda għandhom jiġu riflessi fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-ftuħ u l-ġestjoni tal-kwoti tariffarji
1. Dan ir-Regolament jiftaħ u jġesti, mill-2016, il-kwoti tariffarji tal-importazzjoni annwali għall-prodotti tal-qasam tal-bajd u tal-albumina indikati fl-Anness I, għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru.
2. Il-kwantità tal-prodotti koperta mill-kwoti msemmija fil-paragrafu 1, ir-rata tad-dazju doganali applikabbli, kif ukoll in-numri tal-ordni huma stabbiliti fl-Anness I.
3. Il-kwoti tariffarji tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu mmaniġġjati permezz tal-liċenzji tal-importazzjoni.
4. Għandhom japplikaw ir-Regolamenti (KE) Nru 1301/2006 u (KE) Nru 376/2008, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dan ir-Regolament.
5. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-piż tal-prodotti tal-bajd għandu jinqaleb fl-ekwivalenti ta' bajd li jkun għadu fil-qoxra skont ir-rati standard ta' rendiment stabbiliti fl-Anness 69 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (10).
6. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-piż tal-albumini tal-ħalib għandu jinqaleb fl-ekwivalenti ta' bajd li jkun għadu fil-qoxra skont ir-rati standard ta' rendiment ta' 7,00 għall-albumina tal-ħalib imnixxfa (il-kodiċi tan-NM 3502 20 91 ) u ta' 53,00 għall-albumini oħra tal-ħalib (il-kodiċi tan-NM 3502 20 99 ) bl-użu tal-prinċipji ta' konverżjoni stabbiliti fl-Anness 69 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.
Artikolu 2
Il-perjodi tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni
Il-kwantità tal-prodotti stabbilita għall-kwota tariffarja tal-importazzjoni annwali u għal kull numru tal-ordni stabbilit fl-Anness I għandu jinqasam f'erba' subperjodi, kif ġej:
|
(a) |
25 % mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu; |
|
(b) |
25 % mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju; |
|
(c) |
25 % mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru; |
|
(d) |
25 % mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru. |
Article 3
L-applikazzjonijet għal-liċenzji tal-importazzjoni u l-liċenzji tal-importazzjoni
1. Ir-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa tal-kwantitajiet mogħtija skont il-kwota tariffarja fuq l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni.
2. Fil-ħin li operatur iressaq l-applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni, dan għandu jiddepożita garanzija ta' EUR 20 għal kull 100 kilogramma.
3. L-applikazzjonijiet għal-liċenzja tal-importazzjoni għandhom jirreferu għal numru tal-ordni wieħed biss. Jistgħu jikkonċernaw diversi prodotti koperti minn kodiċijiet NM differenti. F'dan il-każ, il-kodiċijiet NM kollha u d-deskrizzjonijiet tagħhom għandhom jiġu indikati fil-kaxex 15 u 16 tal-applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni u tal-liċenzja, rispettivament. Fil-każ tal-kwota tariffarja 09.4275 stabbilita fl-Anness I, il-kwantità totali għandha tinqaleb fl-ekwivalenti ta' bajd li jkun għadu fil-qoxra.
4. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u l-liċenzji għandu jkun fihom:
|
(a) |
fil-kaxxa 8, l-isem “L-Ukrajna” bħala l-pajjiż tal-oriġini u l-kaxxa “iva” immarkata b'salib; |
|
(b) |
fil-kaxxa 20, waħda mill-entrati elenkati fl-Anness II. |
5. Kull liċenzja għandha ssemmi l-kwantità għal kull kodiċi NM.
6. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jitressqu fl-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' qabel kull wieħed mis-subperjodi msemmijin fl-Artikolu 2.
7. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikunu għal kwantità minima ta' tunnellata 1 u kwantità massima ta' 10 % tal-kwantità disponibbli għall-kwota kkonċernata fis-subperjodu tal-kwota inkwistjoni.
8. Sal-14-il jum tax-xahar meta jitressqu l-applikazzjonijiet, l-lstati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet totali, inklużi d-dikjarazzjonijiet nulli, tal-applikazzjonijiet kollha, espressi fil-piż ekwivalenti f'kilogrammi għall-qxur tal-bajd fil-każ tal-kwota tariffarja 09.4275 stabbilita fl-Anness I u f'kilogrammi tal-piż tal-prodott fil-każ tal-kwota tariffarja 09.4276, u maqsumin skont in-numru tal-ordni.
9. Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jinħarġu mit-23 jum tax-xahar li fih jitressqu l-applikazzjonijiet, u mhux iżjed tard mill-aħħar jum ta' dak ix-xahar.
10. Fejn ikun f'loku, il-Kummissjoni għandha tistabblilixxi l-kwantità li għaliha ma jkunux saru applikazzjonijiet għal liċenzji u li jiżdiedu awtomatikament mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu tal-kwota li jkun imiss.
Artikolu 4
Validità tal-liċenzji tal-importazzjoni
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikunu validi għal 150 jum mill-ewwel jum tas-subperjodu li għalih ikunu nħarġu. Madankollu, it-terminu ta' validità tal-liċenzji tal-importazzjoni jiskadi, l-aktar tard, fil-31 ta' Diċembru ta' kull perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni.
Artikolu 5
Notifiki lill-Kummissjoni
1. Permezz ta' deroga mit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-10 jum wara x-xahar tal-applikazzjoni, bil-kwantitajiet, fosthom id-dikjarazzjonijiet nulli, koperti mil-liċenzji li jkunu ħarġu.
2. Permezz ta' deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet, inklużi d-dikjarazzjonijiet nulli, koperti minn liċenzji tal-importazzjoni mhux użati jew parzjalment użati, u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imdaħħla fuq wara tal-liċenzji tal-importazzjoni u l-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu:
|
(a) |
flimkien man-notifiki msemmijin fl-Artikolu 3(8) ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-applikazzjonijiet imressqa għall-aħħar subperjodu tal-perjodu tal-kwota; |
|
(b) |
għall-kwantitajiet li ma jkunux għadhom ġew innotifikati fiż-żmien tal-ewwel notifika prevista fil-punt (a), sa mhux aktar tard mit-30 ta' April wara tmiem kull perjodu ta' kwota tariffarja tal-importazzjoni. |
3. Sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ottubru ta' wara li jintemm kull perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet ta' prodotti li effettivament ikunu ġew rilaxxati għall-moviment ħieles matul dak il-perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni.
4. Fil-każ tan-notifiki msemmijin fil-paragrafi 1, 2 u 3, il-kwantità għandha tkun espressa fil-piż ekwivalenti f'kilogrammi għall-qxur tal-bajd fil-każ tal-kwota tariffarja 09.4275 stabbilita fl-Anness I u f'kilogrammi tal-piż tal-prodott fil-każ tal-kwota tariffarja 09.4276, u maqsuma skont in-numru tal-ordni.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/668/UE tat-23 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, fir-rigward tat-Titolu III (bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw it-trattament ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi legalment impjegati bħala ħaddiema fit-territorju tal-Parti l-oħra) u t-Titoli IV, V, VI u VII tiegħu, kif ukoll l-Annessi u l-Protokolli relatati (ĠU L 278, 20.9.2014, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukrajna (ĠU L 118, 22.4.2014, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 412/2014 tat-23 ta' April 2014 li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni fuq l-importazzjoni ta' bajd, prodotti tal-bajd u albumina li joriġinaw mill-Ukrajna (ĠU L 121, 24.4.2014, p. 32).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3).
(8) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013 tal-4 ta' Ottubru 2013 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 290, 31.10.2013, p. 1).
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
(10) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).
ANNESS I
Minkejja r-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies bħala ta' valur indikattiv biss, minħabba li l-applikabbiltà tal-arranġamenti preferenzjali, fil-kuntest ta' dan l-Anness, tiddependi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċijiet NM.
|
Numru tal-ordni |
Kodiċijiet NM |
Deskrizzjoni |
Perjodu ta' importazzjoni |
Kwantità f'tunnellati |
Dazju applikabbli (f'EUR/t) |
|
09.4275 |
0407 21 00 0407 29 10 0407 90 10 0408 11 80 0408 19 81 0408 19 89 0408 91 80 0408 99 80 3502 11 90 3502 19 90 3502 20 91 3502 20 99 |
Bajd tat-tjur, fil-qoxra, frisk, ippriservat jew imsajjar; Bajd tal-għasafar, mhux fil-qoxra, u l-isfar tal-bajd, frisk, imnixxef, imsajjar bil-fwar jew mgħolli fl-ilma, iffurmat, iffriżat jew ippriservat b'xi mod ieħor, miżjud biz-zokkor jew sustanza oħra li tagħti togħma ħelwa jew mingħajrhom, tajjeb għall-konsum mill-bniedem; l-albumini tal-bajd u tal-ħalib, tajbin għall-konsum mill-bniedem |
Is-Sena 2016 |
1 500 (mogħtija f'ekwivalenti ta' bajd li jkun għadu fil-qoxra) |
0 |
|
Is-Sena 2017 |
1 800 (mogħtija f'ekwivalenti ta' bajd li jkun għadu fil-qoxra) |
||||
|
Is-Sena 2018 |
2 100 (mogħtija f'ekwivalenti ta' bajd li jkun għadu fil-qoxra) |
||||
|
Is-Sena 2019 |
2 400 (mogħtija f'ekwivalenti ta' bajd li jkun għadu fil-qoxra) |
||||
|
Is-Sena 2020 |
2 700 (mogħtija f'ekwivalenti ta' bajd li jkun għadu fil-qoxra) |
||||
|
Mis-sena 2021 |
3 000 (mogħtija f'ekwivalenti ta' bajd li jkun għadu fil-qoxra) |
||||
|
09.4276 |
0407 21 00 0407 29 10 0407 90 10 |
Bajd tat-tjur, fil-qoxra, frisk, ippriservat jew imsajjar |
|
3 000 (mogħtija fil-piż nett) |
0 |
ANNESS II
L-entrati msemmija fl-Artikolu 3(4)(b)
|
— |
Bil-Bulgaru: Регламент за изпълнение (ЕC) 2015/2077 |
|
— |
Bl-Ispanjol: Reglamento de Ejecución (UE) 2015/2077 |
|
— |
Biċ-Ċek: Prováděcí nařízení (EU) 2015/2077 |
|
— |
Bid-Daniż: Gennemførelsesforordning (EU) 2015/2077 |
|
— |
Bil-Ġermaniż: Durchführungsverordnung (EU) 2015/2077 |
|
— |
Bl-Estonjan: Rakendusmäärus (EL) 2015/2077 |
|
— |
Bil-Grieg: Εκτελεστικός κανονισμός (ΕΕ) 2015/2077 |
|
— |
Bl-Ingliż: Implementing Regulation (EU) 2015/2077 |
|
— |
Bil-Franċiż: Règlement d'exécution (UE) 2015/2077 |
|
— |
Bil-Kroat: Provedbena uredba (EU) 2015/2077 |
|
— |
Bit-Taljan: Regolamento di esecuzione (UE) 2015/2077 |
|
— |
Bil-Latvjan: Īstenošanas regula (ES) 2015/2077 |
|
— |
Bil-Litwan: Įgyvendinimo reglamentas (ES) 2015/2077 |
|
— |
Bl-Ungeriż: (EU) 2015/2077 végrehajtási rendelet |
|
— |
Bil-Malti: Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2077 |
|
— |
Bin-Netherlandiż: Uitvoeringsverordening (EU) 2015/2077 |
|
— |
Bil-Pollakk: Rozporządzenie wykonawcze (UE) 2015/2077 |
|
— |
Bil-Portugiż: Regulamento de Execução (UE) 2015/2077 |
|
— |
Bir-Rumen: Regulamentul de punere în aplicare (UE) 2015/2077 |
|
— |
Bis-Slovakk: Vykonávacie nariadenie (EÚ) 2015/2077 |
|
— |
Bis-Sloven: Izvedbena uredba (EU) 2015/2077 |
|
— |
Bil-Finlandiż: Täytäntöönpanoasetus (EU) 2015/2077 |
|
— |
Bl-Iżvediż: Genomförandeförordning (EU) 2015/2077 |
|
19.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 302/63 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2078
tat-18 ta' Novembru 2015
li jiftaħ u fih previst l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-importazzjoni tal-Unjoni għal-laħam tat-tjur li joriġina fl-Ukrajna
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 187 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/668/UE (2), il-Kunsill awtorizza l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”). Il-Ftehim fih previst l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq importazzjonijiet ta' oġġetti li joriġinaw fl-Ukrajna f'konformità mal-Anness I-A tal-Kapitolu I tiegħu. L-Appendiċi ta' dak l-Anness I-A fih previst kwoti tariffarji tal-importazzjoni għal-laħam tat-tjur. |
|
(2) |
Sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), il-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għal-laħam tat-tjur għall-2014 u l-2015 kienu miftuħa u amministrati f'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 413/2014 (4). |
|
(3) |
Il-Ftehim se jiġi applikat b'mod proviżorju mill-1 ta' Jannar 2016. Għaldaqstant jinħtieġ li jinfetħu perjodi ta' kwoti tariffarji tal-importazzjoni annwali mill-1 ta' Jannar 2016 'il quddiem. Sabiex jitqiesu sew ir-rekwiżiti tal-provvista tas-suq eżistenti u emerġenti ta' produzzjoni, proċessar u konsum fil-qasam tal-laħam tat-tjur tal-Unjoni f'termini ta' kompetittività, ċertezza u kontinwità tal-provvista u l-ħtieġa li jkun salvagwardjat l-ekwilibriju ta' dak is-suq, jixraq li dawk il-kwoti jiġu amministrati mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 184(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(4) |
L-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (5) fih previst li r-Regolamenti tal-Kummissjoni li jirregolaw kwota tariffarja tal-importazzjoni speċifika jista' jkun li fihom previst l-applikazzjoni ta' sistema skont liema jiġu ġestiti l-kwoti billi jiġu attribwiti d-drittijiet tal-importazzjoni bħala l-ewwel pass u l-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni bħala t-tieni pass. Sistema bħal din tippermetti lill-operaturi li jkunu kisbu drittijiet tal-importazzjoni li jiddeċiedu tul il-perjodu tal-kwota u abbażi tal-flussi tal-kummerċ effettivi tagħhom, f'liema mument jixtiequ japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni. |
|
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (6) li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli. Dak ir-Regolament għandu japplika għal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa skont dan ir-Regolament, ħlief fejn ikun hemm lok għal xi derogi. |
|
(6) |
Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 li jikkonċernaw l-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni, l-istatus tal-applikanti u l-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għandhom japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa skont dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għal kundizzjonijiet addizzjonali previsti f'dan ir-Regolament. |
|
(7) |
Biex tiġi żgurata l-amministrazzjoni xierqa tal-kwoti tariffarji, jeħtieġ li tiġi ddepożitata garanzija meta titressaq applikazzjoni għad-drittijiet tal-importazzjoni, u meta tinħareġ liċenzja tal-importazzjoni. |
|
(8) |
L-operaturi għandhom ikunu obbligati japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni għad-drittijiet kollha tal-importazzjoni allokati, filwaqt li jirrispettaw l-obbligu msemmi fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (7). |
|
(9) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013 (8) bidel xi kodiċijiet NM fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (9) b'kodiċijiet NM ġodda li issa huma differenti minn dawk imsemmija fl-Appendiċi tal-Anness I-A tal-Kapitolu I tal-Ftehim. Għaldaqstant, il-kodiċijiet NM il-ġodda għandhom ikunu riflessi fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-ftuħ u l-ġestjoni tal-kwoti tariffarji
1. Dan ir-Regolament jiftaħ u jġestixxi, mill-2016, il-kwoti tariffarji annwali għall-prodotti indikati fl-Anness I, għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru.
2. Il-kwantità tal-prodotti koperta mill-kwoti msemmija fil-paragrafu 1, ir-rata tad-dazju doganali applikabbli, kif ukoll in-numri tal-ordni għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness I.
3. Il-kwota tariffarja tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ġestita f'konformità mal-metodu msemmi fl-Artikolu 184(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u billi jiġu attribwiti d-drittijiet tal-importazzjoni bħala l-ewwel pass u l-għoti tal-liċenzji tal-importazzjoni bħala t-tieni pass.
4. Għandhom japplikaw ir-Regolamenti (KE) Nru 1301/2006 u (KE) Nru 376/2008, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Il-perjodi tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni
Il-kwantità tal-prodotti stabbilita għall-kwota tariffarja tal-importazzjoni annwali u għal kull numru tal-ordni stabbilit fl-Anness I għandu jinqasam f'erba' subperjodi, kif ġej:
|
(a) |
25 % mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu; |
|
(b) |
25 % mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju; |
|
(c) |
25 % mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru; |
|
(d) |
25 % mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru. |
Artikolu 3
L-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni u l-allokazzjoni tad-drittijiet tal-importazzjoni
1. L-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni għandhom jitressqu fl-ewwel sebat ijiem tax-xahar qabel kull subperjodu msemmi fl-Artikolu 2.
2. Mat-tressiq tal-applikazzjoni għad-drittijiet tal-importazzjoni għandha tiġi ddepożitata garanzija ta' EUR 35 għal kull 100 kilogramma.
3. L-applikanti għad-drittijiet tal-importazzjoni, meta jressqu l-ewwel applikazzjoni tagħhom għal sena ta' kwota partikolari, għandhom jissottomettu prova li kwantità ta' prodotti tat-tjur li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0207 , 0210 99 39 , 1602 31 , 1602 32 jew 1602 39 21 tkun ġiet impurtata minnhom jew f'isimhom, skont id-dispożizzjonijiet tad-dwana rilevanti (“il-kwantità ta' referenza”). Tali prova għandha tirrelata mal-perjodu ta' 12-il xahar li jispiċċa xahar wieħed qabel l-ewwel applikazzjoni tagħhom. Kumpanija ffurmata bil-fużjoni ta' kumpaniji li kull waħda minnhom ikollha kwantità ta' referenza impurtata, tista' tikkombina dawk il-kwantitajiet ta' referenza bħala bażi għall-applikazzjoni tagħha.
4. Il-kwantità totali ta' prodotti koperta minn applikazzjoni għad-drittijiet tal-importazzjoni mressqa f'wieħed mis-subperjodi msemmija fl-Artikolu 2 ma għandhiex taqbeż il-25 % tal-kwantità ta' referenza tal-applikant. Awtorità kompetenti għandha tirrifjuta applikazzjonijiet li ma jikkonformawx ma' din ir-regola.
5. Sal-14-il jum tax-xahar li fih jitressqu l-applikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet totali, inklużi d-dikjarazzjonijiet nulli, tal-applikazzjonijiet kollha, espressi f'kilogrammi ta' piż tal-prodott u mqassmin skont in-numru tal-ordni.
6. Id-drittijiet tal-importazzjoni għandhom jibdew jingħataw mit-23 jum tax-xahar li fih jitressqu l-applikazzjonijiet u mhux aktar tard mill-aħħar jum ta' dak ix-xahar.
7. Fejn l-applikazzjoni tal-koeffiċjent tal-allokazzjoni msemmi fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 tirriżulta f'inqas drittijiet tal-importazzjoni għall-allokazzjoni milli tressqu applikazzjonijiet għalihom, il-garanzija ddepożitata f'konformità mal-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament, għandha tkun rilaxxata proporzjonalment mingħajr dewmien.
8. Id-drittijiet tal-importazzjoni għandhom ikunu validi mill-ewwel jum tas-subperjodu li għalih tkun tressqet l-applikazzjoni, u sal-31 ta' Diċembru ta' kull perjodu tal-kwota tariffarja ta' importazzjoni. Id-drittijiet tal-importazzjoni ma għandhomx ikunu trasferibbli.
Artikolu 4
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u l-allokazzjoni tal-liċenzji tal-importazzjoni
1. Ir-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa tal-kwantitajiet mogħtija skont il-kwota tariffarja fuq l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni.
2. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikopru l-kwantità totali tad-drittijiet tal-importazzjoni allokati. L-obbligu msemmi fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 għandu jiġi rispettat.
3. L-applikazzjonijiet għal-liċenzja tal-importazzjoni jistgħu jitressqu biss fl-Istat Membru fejn l-applikant ikun applika għad-drittijiet tal-importazzjoni skont il-kwoti tariffarji tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) u fejn ikun kisibhom.
4. Fiż-żmien meta tinħareġ il-liċenzja tal-importazzjoni għandha tiġi ddepożitata garanzija ta' EUR 75 għal kull 100 kilogramma mill-operatur. Kull ħruġ ta' liċenzja tal-importazzjoni għandu jirriżulta fi tnaqqis korrispondenti fid-drittijiet tal-importazzjoni li jkunu nkisbu u l-garanzija ddepożitata għad-drittijiet tal-importazzjoni għandha tiġi rrilaxxata proporzjonalment, mingħajr dewmien.
5. Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jinħarġu mal-applikazzjoni minn u f'isem l-operatur li jkun kiseb id-drittijiet tal-importazzjoni.
6. L-applikazzjonijiet għal-liċenzja tal-importazzjoni għandhom jirreferu għal numru tal-ordni wieħed biss. Jistgħu jikkonċernaw diversi prodotti koperti minn kodiċijiet NM differenti. F'dan il-każ, il-kodiċijiet NM kollha u d-deskrizzjonijiet tagħhom għandhom jiġu indikati fil-kaxex 15 u 16 tal-applikazzjoni għal-liċenzja u tal-liċenzja stess, rispettivament.
7. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u l-liċenzji tal-importazzjoni għandu jkun fihom:
|
(a) |
fil-kaxxa 8, l-isem “L-Ukrajna” bħala l-pajjiż tal-oriġini u l-kaxxa “iva” immarkata b'salib; |
|
(b) |
fil-kaxxa 20, waħda mill-entrati elenkati fl-Anness II. |
8. Kull liċenzja tal-importazzjoni għandha ssemmi l-kwantità għal kull kodiċi NM.
9. Liċenzja tal-importazzjoni għandha tkun valida għal 30 jum mid-data tal-ħruġ effettiva fi sens tat-tifsira tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008. Il-validità tal-liċenzja tal-importazzjoni għandha, madankollu, tiskadi fil-31 ta' Diċembru ta' kull perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni.
Artikolu 5
Notifiki lill-Kummissjoni
1. Permezz ta' deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-10 jum tax-xahar ta' wara l-aħħar jum ta' kull subperjodu, bil-kwantitajiet, inklużi d-dikjarazzjonijiet nulli, koperti mil-liċenzji li jkunu ħarġu matul dak is-subperjodu.
2. Permezz ta' deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet, inklużi d-dikjarazzjonijiet nulli, koperti minn liċenzji tal-importazzjoni mhux użati jew parzjalment użati, u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imdaħħla fuq wara tal-liċenzji tal-importazzjoni u l-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu:
|
(a) |
flimkien man-notifiki msemmijin fl-Artikolu 3(5) ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-applikazzjonijiet imressqa għall-aħħar subperjodu; |
|
(b) |
għall-kwantitajiet li ma jkunux għadhom ġew innotifikati fiż-żmien tal-ewwel notifika prevista fil-punt (a), sat-30 ta' April wara tmiem kull perjodu ta' kwota tariffarja tal-importazzjoni. |
3. Sa mhux aktar tard mit-30 ta' April ta' wara li jintemm kull perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet ta' prodotti li effettivament ikunu ġew rilaxxati għall-moviment ħieles tul dak il-perjodu tal-kwota.
4. Fil-każ tan-notifiki msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3, il-kwantità għandha tingħata f'kilogrammi ta' piż tal-prodott u għandha titqassam skont in-numru tal-ordni.
Artikolu 6
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/668/UE tat-23 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, fir-rigward tat-Titolu III (bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw it-trattament ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi legalment impjegati bħala ħaddiema fit-territorju tal-Parti l-oħra) u t-Titoli IV, V, VI u VII tiegħu, kif ukoll l-Annessi u l-Protokolli relatati (ĠU L 278, 20.9.2014, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta' dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukrajna (ĠU L 118, 22.4.2014, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 413/2014 tat-23 ta' April 2014 li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni tal-laħam tat-tajr li joriġina mill-Ukrajna (ĠU L 121, 24.4.2014, p. 37).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3).
(7) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).
(8) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013 tal-4 ta' Ottubru 2013 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 290, 31.10.2013, p. 1).
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS I
Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies bħala ta' valur indikattiv biss, peress li l-applikabbiltà tal-arranġamenti preferenzjali hija ddeterminata, fil-kuntest ta' dan l-Anness, mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċijiet NM. Meta jiġu indikati l-kodiċijiet NM li kienu jintużaw qabel (il-kodiċijiet “ex”), l-użu tal-iskema preferenzjali għandu jiġi determinat abbażi tal-kodiċi NM u tad-deskrizzjoni korrispondenti, meħudin flimkien.
|
Numru tal-ordni |
Kodiċijiet NM |
Deskrizzjoni |
Perjodu ta' importazzjoni |
Kwantità f'tunnellati (piż nett) |
Dazju applikabbli (f'EUR/t) |
|
09.4273 |
0207 11 30 0207 11 90 0207 12 0207 13 10 0207 13 20 0207 13 30 0207 13 50 0207 13 60 0207 13 99 0207 14 10 0207 14 20 0207 14 30 0207 14 50 0207 14 60 0207 14 99 0207 24 0207 25 0207 26 10 0207 26 20 0207 26 30 0207 26 50 0207 26 60 0207 26 70 0207 26 80 0207 26 99 0207 27 10 0207 27 20 0207 27 30 0207 27 50 0207 27 60 0207 27 70 0207 27 80 0207 27 99 0207 41 30 0207 41 80 0207 42 0207 44 10 0207 44 21 0207 44 31 0207 44 41 0207 44 51 0207 44 61 0207 44 71 0207 44 81 0207 44 99 0207 45 10 0207 45 21 0207 45 31 0207 45 41 0207 45 51 0207 45 61 0207 45 81 0207 45 99 0207 51 10 0207 51 90 0207 52 90 0207 54 10 0207 54 21 0207 54 31 0207 54 41 0207 54 51 0207 54 61 0207 54 71 0207 54 81 0207 54 99 0207 55 10 0207 55 21 0207 55 31 0207 55 41 0207 55 51 0207 55 61 0207 55 81 0207 55 99 0207 60 05 0207 60 10 ex 0207 60 21 (1) 0207 60 31 0207 60 41 0207 60 51 0207 60 61 0207 60 81 0207 60 99 0210 99 39 1602 31 1602 32 1602 39 21 |
Laħam u ġewwieni li jittiekel tat-tjur: frisk, imkessaħ jew friżat; laħam ieħor, ippreparat jew ippreservat, tad-dundjan u ta' tjur tal-ispeċi Gallus domesticus |
Is-sena 2016 Is-sena 2017 Is-sena 2018 Is-sena 2019 Is-sena 2020 Mill-2021 |
16 000 16 800 17 600 18 400 19 200 20 000 |
0 |
|
09.4274 |
0207 12 |
Il-laħam u l-ġewwieni li jista' jittiekel tat-tjur: mhux imqatta' f'biċċiet, iffriżat |
|
20 000 |
0 |
(1) Farawni frisk jew imkessaħ, nofsu jew kwart minnu.
ANNESS II
Entrati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 4(7)
|
— |
Bil-Bulgaru: Регламент за изпълнение (ЕC) 2015/2078 |
|
— |
Bl-Ispanjol: Reglamento de Ejecución (UE) 2015/2078 |
|
— |
Biċ-Ċek: Prováděcí nařízení (EU) 2015/2078 |
|
— |
Bid-Daniż: Gennemførelsesforordning (EU) 2015/2078 |
|
— |
Bil-Ġermaniż: Durchführungsverordnung (EU) 2015/2078 |
|
— |
Bl-Estonjan: Rakendusmäärus (EL) 2015/2078 |
|
— |
Bil-Grieg: Εκτελεστικός κανονισμός (ΕΕ) 2015/2078 |
|
— |
Bl-Ingliż: Implementing Regulation (EU) 2015/2078 |
|
— |
Bil-Franċiż: Règlement d'exécution (UE) 2015/2078 |
|
— |
Bil-Kroat: Provedbena uredba (EU) 2015/2078 |
|
— |
Bit-Taljan: Regolamento di esecuzione (UE) 2015/2078 |
|
— |
Bil-Latvjan: Īstenošanas regula (ES) 2015/2078 |
|
— |
Bil-Litwan: Įgyvendinimo reglamentas (ES) 2015/2078 |
|
— |
Bl-Ungeriż: (EU) 2015/2078 végrehajtási rendelet |
|
— |
Bil-Malti: Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2078 |
|
— |
Bin-Netherlandiż: Uitvoeringsverordening (EU) 2015/2078 |
|
— |
Bil-Pollakk: Rozporządzenie wykonawcze (UE) 2015/2078 |
|
— |
Bil-Portugiż: Regulamento de Execução (UE) 2015/2078 |
|
— |
Bir-Rumen: Regulamentul de punere în aplicare (UE) 2015/2078 |
|
— |
Bis-Slovakk: Vykonávacie nariadenie (EÚ) 2015/2078 |
|
— |
Bis-Sloven: Izvedbena uredba (EU) 2015/2078 |
|
— |
Bil-Finlandiż: Täytäntöönpanoasetus (EU) 2015/2078 |
|
— |
Bl-Iżvediż: Genomförandeförordning (EU) 2015/2078 |
|
19.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 302/71 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2079
tat-18 ta' Novembru 2015
li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-importazzjoni tal-Unjoni ta' laħam taċ-ċanga u tal-vitella frisk jew friżat li joriġina fl-Ukrajna
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 187 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/668/UE (2), il-Kunsill awtorizza l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”). Il-Ftehim jistipula l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq importazzjonijiet ta' oġġetti li joriġinaw fl-Ukrajna f'konformità mal-Anness I-A tal-Kapitolu I tiegħu. L-Appendiċi ta' dak l-Anness fih previst kwoti tariffarji tal-importazzjoni għal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella. |
|
(2) |
Sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), il-kwota tariffarja tal-importazzjoni għal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella għall-2014 u l-2015 kienet miftuħa u amministrata f'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 411/2014 (4). |
|
(3) |
Il-Ftehim se jiġi applikat b'mod proviżorju mill-1 ta' Jannar 2016. Għaldaqstant jinħtieġ li jinfetħu perjodi ta' kwoti tariffarji tal-importazzjoni annwali mill-1 ta' Jannar 2016 'il quddiem. Sabiex jitqiesu sew ir-rekwiżiti ta' provvista tas-suq eżistenti u emerġenti ta' produzzjoni, proċessar u konsum fil-qasam tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella tal-Unjoni f'termini ta' kompetittività, ċertezza u kontinwità tal-provvista u l-ħtieġa li jitħares l-ekwilibriju ta' dak is-suq, jixraq li dawk il-kwoti jiġu amministrati mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 184(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(4) |
L-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (5) fih previst li r-Regolamenti tal-Kummissjoni li jirregolaw kwota tariffarja tal-importazzjoni eżistenti jista' jistipula l-applikazzjoni ta' sistema skont liema jiġu ġestiti l-kwoti billi jiġu attribwiti d-drittijiet tal-importazzjoni bħala l-ewwel pass u l-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni bħala t-tieni pass. Sistema bħal din tippermetti lill-operaturi li jkunu kisbu drittijiet tal-importazzjoni li jiddeċiedu tul il-perjodu tal-kwota u abbażi tal-flussi tal-kummerċ effettivi tagħhom, f'liema mument jixtiequ japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni. |
|
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (6) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 (7) jistabbilixxu regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli u dwar l-applikazzjoni għal-liċenzji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni fis-settur taċ-ċanga u l-vitella, rispettivament. Dawk ir-Regolamenti għandhom japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa f'konformità ma' dan ir-Regolament, ħlief fejn ikunu xierqa xi derogi. |
|
(6) |
Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 li jikkonċernaw l-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni, l-istatus tal-applikanti u l-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għandhom japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa skont dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet addizzjonali stipulati f'dan ir-Regolament. |
|
(7) |
Biex tiġi żgurata l-amministrazzjoni xierqa tal-kwoti tariffarji, jeħtieġ li tiġi ddepożitata garanzija meta titressaq l-applikazzjoni għad-drittijiet tal-importazzjoni. |
|
(8) |
L-operaturi għandhom ikunu obbligati japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni għad-drittijiet kollha tal-importazzjoni allokati, filwaqt li jirrispettaw l-obbligu msemmi fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (8). |
|
(9) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013 (9) bidel xi kodiċijiet NM fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (10) b'kodiċijiet NM ġodda li issa huma differenti minn dawk imsemmija fl-Appendiċi tal-Anness I-A tal-Kapitolu I tal-Ftehim. Għaldaqstant, il-kodiċijiet NM l-ġodda għandhom ikunu riflessi l-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-ftuħ u l-ġestjoni ta' kwota tariffarja
1. Dan ir-Regolament jiftaħ u jġestixxi, mill-2016, il-kwota tariffarja annwali tal-importazzjoni għall-prodotti indikati fl-Anness I, għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru.
2. Il-kwantità tal-prodotti koperta mill-kwota msemmija fil-paragrafu 1, ir-rata tad-dazju doganali applikabbli, kif ukoll in-numri tal-ordni għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness I.
3. Il-kwota tariffarja tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ġestita f'konformità mal-metodu msemmi fl-Artikolu 184(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u billi jiġu attribwiti drittijiet tal-importazzjoni bħala l-ewwel pass u l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni bħala t-tieni pass.
4. Għandhom japplikaw ir-Regolamenti (KE) Nru 1301/2006, (KE) Nru 376/2008 u (KE) Nru 382/2008, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Il-perjodi tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni
Il-kwantità tal-prodotti stabbilita għall-kwota tariffarja tal-importazzjoni annwali għan-numru tal-ordni stabbilit fl-Anness I għandha tinqasam f'erba' subperjodi, kif ġej:
|
(a) |
25 % mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu; |
|
(b) |
25 % mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju; |
|
(c) |
25 % mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru; |
|
(d) |
25 % mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru. |
Artikolu 3
L-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni u l-allokazzjoni tad-drittijiet tal-importazzjoni
1. L-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni għandhom jitressqu fl-ewwel sebat ijiem tax-xahar qabel kull subperjodu msemmi fl-Artikolu 2.
2. Fiż-żmien meta tinħareġ il-liċenzja tal-importazzjoni għandha tiġi ddepożitata garanzija ta' EUR 6 għal kull 100 kilogramma mill-operatur.
3. L-applikanti għad-drittijiet tal-importazzjoni għandhom, meta jressqu l-ewwel applikazzjoni tagħhom għal sena ta' kwota partikolari, iressqu l-prova li kwantità ta' ċanga li taqa' taħt il-kodiċijiet NM 0201 jew 0202 tkun ġiet impurtata minnhom jew f'isimhom skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dwana (“il-kwantità ta' referenza”). Tali prova għandha tirrelata mal-perjodu ta' 12-il xahar li jispiċċa xahar wieħed qabel l-ewwel applikazzjoni tagħhom. Kumpanija ffurmata bil-fużjoni ta' kumpaniji li kull waħda minnhom ikollha kwantità ta' referenza impurtata, tista' tuża dawk il-kwantitajiet ta' referenza bħala bażi għall-applikazzjoni tagħha.
4. Il-kwantità totali ta' prodotti koperta minn applikazzjoni għad-drittijiet tal-importazzjoni mressqa f'wieħed mis-subperjodi msemmija fl-Artikolu 2 ma għandhiex taqbeż il-25 % tal-kwantità ta' referenza tal-applikant. Awtorità kompetenti għandha tirrifjuta applikazzjonijiet li ma jikkonformawx ma' din ir-regola.
5. Sal-14-il jum tax-xahar li fih jitressqu l-applikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet totali, inklużi d-dikjarazzjonijiet nulli, tal-applikazzjonijiet kollha, espressi f'kilogrammi ta' piż tal-prodott.
6. Id-drittijiet tal-importazzjoni għandhom jibdew jingħataw mit-23 jum tax-xahar li fih jitressqu l-applikazzjonijiet u mhux aktar tard mill-aħħar jum ta' dak ix-xahar.
7. Jekk l-applikazzjoni tal-koeffiċjent tal-allokazzjoni msemmi fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 tirriżulta f'inqas drittijiet tal-importazzjoni għall-allokazzjoni milli tressqu applikazzjonijiet għalihom, il-garanzija ddepożitata f'konformità mal-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament, għandha tkun rilaxxata proporzjonalment mingħajr dewmien.
8. Id-drittijiet tal-importazzjoni għandhom ikunu validi mill-ewwel jum tas-subperjodu li għalih tkun tressqet l-applikazzjoni sa tmiem il-perjodu annwali ta' kwota. Id-drittijiet tal-importazzjoni ma għandhomx ikunu trasferibbli.
Artikolu 4
L-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni u l-allokazzjoni tal-liċenzji tal-importazzjoni
1. Ir-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa tal-kwantitajiet mogħtija skont il-kwota tariffarja fuq l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni.
2. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikopru l-kwantità totali tad-drittijiet tal-importazzjoni allokati. L-obbligu msemmi fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 għandu jiġi rispettat.
3. L-applikazzjonijiet għal-liċenzja tal-importazzjoni għandhom jitressqu biss fl-Istat Membru fejn l-applikant ikun applika għad-drittijiet tal-importazzjoni skont il-kwoti tariffarji tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) u fejn ikun kisibhom.
4. Kull ħruġ ta' liċenzja tal-importazzjoni għandu jirriżulta fi tnaqqis korrispondenti fid-drittijiet tal-importazzjoni li jkunu nkisbu u l-garanzija ddepożitata f'konformità mal-Artikolu 3(2) għandha tiġi rrilaxxata proporzjonalment, mingħajr dewmien.
5. Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jinħarġu mal-applikazzjoni ta' u f'isem l-operatur li jkun kiseb id-drittijiet tal-importazzjoni.
6. L-applikazzjonijiet għal-liċenzja tal-importazzjoni għandhom jirreferu għal numru tal-ordni wieħed biss. Jistgħu jikkonċernaw diversi prodotti koperti minn kodiċijiet NM differenti. F'dan il-każ, il-kodiċijiet NM kollha u d-deskrizzjonijiet tagħhom għandhom jiġu indikati fil-kaxex 15 u 16 tal-applikazzjoni għal-liċenzja u tal-liċenzja stess, rispettivament.
7. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u l-liċenzji tal-importazzjoni għandu jkun fihom:
|
(a) |
fil-kaxxa 8, l-isem “L-Ukrajna” bħala l-pajjiż tal-oriġini u l-kaxxa “iva” immarkata b'salib; |
|
(b) |
fil-kaxxa 20, waħda mill-entrati elenkati fl-Anness II. |
8. Kull liċenzja tal-importazzjoni għandha ssemmi l-kwantità għal kull kodiċi NM.
9. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 5(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 382/2008, il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikunu validi għal 30 jum mill-ġurnata effettiva tal-ħruġ tal-liċenzja fis-sens tat-tifsira tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008. Madanakollu, it-terminu ta' validità tal-liċenzji ta' importazzjoni għandhom jagħlqu sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru ta' kull perjodu ta' kwota tariffarja tal-importazzjoni.
Artikolu 5
Notifiki lill-Kummissjoni
1. Permezz ta' deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-10 jum tax-xahar ta' wara l-aħħar jum ta' kull subperjodu, bil-kwantitajiet, inklużi d-dikjarazzjonijiet nulli, koperti mil-liċenzji li jkunu ħarġu matul dak is-subperjodu.
2. Permezz ta' deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet, inklużi d-dikjarazzjonijiet nulli, koperti minn liċenzji tal-importazzjoni mhux użati jew parzjalment użati, u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imdaħħla fuq wara tal-liċenzji tal-importazzjoni u l-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu:
|
(a) |
flimkien man-notifiki msemmijin fl-Artikolu 3(5) ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-applikazzjonijiet imressqa għall-aħħar subperjodu; |
|
(b) |
għall-kwantitajiet li ma jkunux għadhom ġew innotifikati fiż-żmien tal-ewwel notifika prevista fil-punt (a), sa mhux aktar tard mit-30 ta' April wara tmiem kull perjodu ta' kwota tariffarja tal-importazzjoni. |
3. Sa mhux aktar tard mit-30 ta' April ta' wara tmiem kull perjodu ta' kwota tariffarja tal-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet tal-prodotti, li ġew effettivament rilaxxati għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa waqt dak il-perjodu ta' kwota tariffarja tal-importazzjoni.
4. Fil-każ tan-notifiki msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3, il-kwantità għandha tingħata f'kilogrammi ta' piż tal-prodott.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/668/UE tat-23 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, fir-rigward tat-Titolu III (bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw it-trattament ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi legalment impjegati bħala ħaddiema fit-territorju tal-Parti l-oħra) u t-Titoli IV, V, VI u VII tiegħu, kif ukoll l-Annessi u l-Protokolli relatati (ĠU L 278, 20.9.2014, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta' dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukrajna (ĠU L 118, 22.4.2014, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 411/2014 tat-23 ta' April 2014 li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni taċ-ċanga u tal-vitella friska u ffriżata li toriġina mill-Ukrajna (ĠU L 121, 24.4.2014, p. 27).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 tal-21 ta' April 2008 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni għal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella (ĠU L 115, 29.4.2008, p. 10).
(8) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).
(9) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013 tal-4 ta' Ottubru 2013 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u listatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 290, 31.10.2013, p. 1).
(10) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS I
Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies bħala ta' valur indikattiv biss, minħabba li l-applikabbiltà tal-arranġamenti preferenzjali, fil-kuntest ta' dan l-Anness, hija determinata mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċijiet NM.
|
Numru tal-ordni |
Kodiċijiet NM |
Deskrizzjoni |
Kwanità f'tunnellati (piż nett) |
Dazju applikabbli (f'EUR/t) |
|
09.4270 |
0201 10 00 0201 20 20 0201 20 30 0201 20 50 0201 20 90 0201 30 00 0202 10 00 0202 20 10 0202 20 30 0202 20 50 0202 20 90 0202 30 10 0202 30 50 0202 30 90 |
Laħam tal-annimali bovini: frisk, imkessaħ jew iffriżat |
12 000 |
0 |
ANNESS II
Entrati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 4(7)
|
— |
Bil-Bulgaru: Регламент за изпълнение (ЕC) 2015/2079 |
|
— |
Bl-Ispanjol: Reglamento de Ejecución (UE) 2015/2079 |
|
— |
Biċ-Ċek: Prováděcí nařízení (EU) 2015/2079 |
|
— |
Bid-Daniż: Gennemførelsesforordning (EU) 2015/2079 |
|
— |
Bil-Ġermaniż: Durchführungsverordnung (EU) 2015/2079 |
|
— |
Bl-Estonjan: Rakendusmäärus (EL) 2015/2079 |
|
— |
Bil-Grieg: Εκτελεστικός κανονισμός (ΕΕ) 2015/2079 |
|
— |
Bl-Ingliż: Implementing Regulation (EU) 2015/2079 |
|
— |
Bil-Franċiż: Règlement d'exécution (UE) 2015/2079 |
|
— |
bil-Kroat: Provedbena uredba (EU) 2015/2079 |
|
— |
Bit-Taljan: Regolamento di esecuzione (UE) 2015/2079 |
|
— |
Bil-Latvjan: Īstenošanas regula (ES) 2015/2079 |
|
— |
Bil-Litwan: Įgyvendinimo reglamentas (ES) 2015/2079 |
|
— |
Bl-Ungeriż: (EU) 2015/2079 végrehajtási rendelet |
|
— |
Bil-Malti: Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2079 |
|
— |
Bin-Netherlandiż: Uitvoeringsverordening (EU) 2015/2079 |
|
— |
Bil-Pollakk: Rozporządzenie wykonawcze (UE) 2015/2079 |
|
— |
Bil-Portugiż: Regulamento de Execução (UE) 2015/2079 |
|
— |
Bir-Rumen: Regulamentul de punere în aplicare (UE) 2015/2079 |
|
— |
Bis-Slovakk: Vykonávacie nariadenie (EÚ) 2015/2079 |
|
— |
Bis-Sloven: Izvedbena uredba (EU) 2015/2079 |
|
— |
Bil-Finlandiż: Täytäntöönpanoasetus (EU) 2015/2079 |
|
— |
Bl-Iżvediż: Genomförandeförordning (EU) 2015/2079 |
|
19.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 302/77 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2080
tat-18 ta' Novembru 2015
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 fir-rigward tal-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għall-prodotti tal-ħalib li joriġinaw fl-Ukrajna u t-tneħħija ta' kwota tariffarja tal-importazzjoni għall-prodotti tal-ħalib li joriġinaw fil-Moldova
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 187 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/668/UE (2), il-Kunsill awtorizza l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja, tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u l-Ukrajna, fuq in-naħa l-oħra. It-Titolu IV ta' dan il-Ftehim u l-Anness I-A tal-Kapitolu I tiegħu, fihom previst l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq l-importazzjoni ta' oġġetti li joriġinaw fl-Ukrajna u għal kwoti tar-rati tariffarj li tlieta minnhom huma b'rabta mal-prodotti tal-ħalib. Sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), il-kwoti tar-rati tariffarji tal-importazzjoni għall-prodotti tal-ħalib għall-Ukrajna ġew inklużi bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 415/2014 (4) u (UE) Nru 1165/2014 (5) fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (6) sal-31 ta' Diċembru 2015. Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni jibda japplika b'mod proviżorju mill-1 ta' Jannar 2016. |
|
(2) |
Għaldaqstant jixraq li titlesta l-Parti L tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 bil-kwoti tar-rati tariffarji tal-importazzjoni għall-prodotti tal-ħalib għall-Ukrajna għall-perjodi ta' kwota mill-1 ta' Jannar 2016 'il quddiem. |
|
(3) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/492/UE (7), il-Kunsill awtorizza l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova min-naħa l-oħra. L-Artikolu 147 ta' dak il-Ftehim fih previst l-eliminazzjoni ta' dazji doganali dwar importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 (8) li jintroduċi preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova u li fih previst kwota tal-importazzjoni għall-prodotti tal-ħalib imsemmija fl-Artikolu 5(j) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 japplika sal-31 ta' Diċembru 2015. Għaldaqstant jixraq li d-dispożizzjonijiet b'rabta mal-kwota tal-importazzjoni għall-prodotti tal-ħalib għall-Moldova jitħassru mir-Regolament (KE) Nru 2535/2001. |
|
(4) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu jiġi emendat. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 5, jitħassar il-punt (j); |
|
(2) |
Fl-Artikolu 19(1), jitħassar il-punt (i); |
|
(3) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Japplika għall-perjodu ta' kwota mill-1 ta' Jannar 2016 'il quddiem.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/668/UE tat-23 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, fir-rigward tat-Titolu III (bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw it-trattament ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi legalment impjegati bħala ħaddiema fit-territorju tal-Parti l-oħra) u t-Titoli IV, V, VI u VII tiegħu, kif ukoll l-Annessi u l-Protokolli relatati (ĠU L 278, 20.9.2014, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw mill-Ukrajna (ĠU L 118, 22.4.2014, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 415/2014 tat-23 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 dwar l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-prodotti tal-ħalib li joriġinaw mill-Ukrajna u li jidderoga minnu (ĠU L 121, 24.4.2014, p. 49).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1165/2014 tal-31 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 rigward l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-prodotti tal-ħalib li joriġinaw mill-Ukrajna (ĠU L 314, 31.10.2014, p. 7).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta' Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa (ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/492/UE tas-16 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (ĠU L 260, 30.8.2014, p. 1).
ANNESS
“I. L
KWOTI TARIFFARJI MSEMMIJA FL-APPENDIĊI TAL-ANNESS I-A TAL-KAPITOLU I TAL-FTEHIM TA' ASSOĊJAZZJONI MAL-UKRAJNA
|
Numru tal-Kwota |
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni (1) |
Pajjiż tal-oriġini |
Perjodu ta' importazzjoni |
Kwantità tal-kwota (f'tunnellati f'piż tal-prodott) |
Kwantità tal-kwota Kull sitt xhur (f'tunnellati f'piż tal-prodott) |
Dazju tal-importazzjoni (f'EUR/100 kg piż nett) |
|
09. 4600 |
0401 0402 91 0402 99 0403 10 11 0403 10 13 0403 10 19 0403 10 31 0403 10 33 0403 10 39 0403 90 51 0403 90 53 0403 90 59 0403 90 61 0403 90 63 0403 90 69 |
Ħalib u krema, mhux fi trab, ħbub jew forom solidi oħrajn; jogurt, mhux mogħti togħma jew li fih frott, ġewż jew kawkaw miżjud; prodotti tal-ħalib iffermentati jew aċidifikati, mhux mogħtija togħma jew li fihom frott, ġewż jew kawkaw miżjud u mhux fi trab, ħbub jew forom solidi oħrajn |
L-UKRAJNA |
Sena 2016 Sena 2017 Sena 2018 Sena 2019 Sena 2020 Sena 2021 u sussegwenti |
8 000 8 400 8 800 9 200 9 600 10 000 |
4 000 4 200 4 400 4 600 4 800 5 000 |
0 |
|
09. 4601 |
0402 10 0402 21 0402 29 0403 90 11 0403 90 13 0403 90 19 0403 90 31 0403 90 33 0403 90 39 0404 90 21 0404 90 23 0404 90 29 0404 90 81 0404 90 83 0404 90 89 |
Ħalib u krema, fi trab, ħbub jew forom solidi oħra: prodotti tal-ħalib iffermentati jew aċidifikati, fi trab, ħbub few forom solidi oħrajn, mhux mogħtija togħma partikulari u lanqas bil-frott, lewż jew kawkaw miżjud; prodotti magħmulin minn kostitwenti naturali tal-ħalib, mhux speċifikati jew inklużi banda oħra |
L-UKRAJNA |
Sena 2016 Sena 2017 Sena 2018 Sena 2019 Sena 2020 Sena 2021 u sussegwenti |
1 500 2 200 2 900 3 600 4 300 5 000 |
750 1 100 1 450 1 800 2 150 2 500 |
0 |
|
09. 4602 |
0405 10 0405 20 90 0405 90 |
Butir u xaħmijiet u żjut oħra miġjuba mill-ħalib; dlik (pejst) tal-butir b'kontenut tax-xaħam, bħala piż, li jaqbeż il-75 % iżda anqas minn 80 % |
L-UKRAJNA |
Sena 2016 Sena 2017 Sena 2018 Sena 2019 Sena 2020 Sena 2021 u sussegwenti |
1 500 1 800 2 100 2 400 2 700 3 000 |
750 900 1 050 1 200 1 350 1 500 |
0 |
(1) Minkejja r-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies bħala ta' valur indikattiv biss, minħabba li l-applikabbiltà tal-arranġamenti preferenzjali, fil-kuntest ta' dan l-Anness, hija determinata mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċijiet NM.”
|
19.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 302/81 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2081
tat-18 ta' Novembru 2015
li jwassal għall-ftuħ u għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni ta' ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukrajna
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (1) (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, u b'mod partikolari l-punti (a) u (c) tal-Artikolu 187 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/668/UE (2), il-Kunsill awtorizza l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra. It-Titolu IV tal-Ftehim jipprevedi b'mod partikolari t-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tad-dazji doganali applikabbli għal merkanzija li toriġina mill-Ukrajna b'konformità mal-Anness I-A ta' dan il-Ftehim. L-Anness I-A tal-Ftehim jipprevedi b'mod partikolari għall-ftuħ tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni taċ-ċereali fl-UE. It-Titolu IV u l-Anness I-A tal-Ftehim jibda japplika b'mod proviżorju mill-1 ta' Jannar 2016. |
|
(2) |
Għalhekk, il-kwoti tariffarji għall-importazzjoni taċ-ċereali għandhom jinfetħu mill-2016 'il quddiem. Barra minn hekk il-Kummissjoni għandha tamministra xi wħud minn dawn il-kwoti tariffarji skont il-metodu msemmi fl-Artikolu 184(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(3) |
Sabiex iċ-ċereali li joriġinaw mill-Ukrajna jkunu jistgħu jiġu impurtati b'mod regolari u mhux b'mod spekulattiv fil-kuntest tal-kwoti tariffarji, jeħtieġ li jkun previst li dawn l-importazzjonijiet ikunu suġġetti għall-ħruġ ta' liċenzja tal-importazzjoni. Għaldaqstant, ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3), (KE) Nru 1342/2003 (4) u (KE) Nru 376/2008 (5) japplikaw mingħajr preġudizzju għad-derogi previsti b'dan ir-Regolament. |
|
(4) |
Sabiex tiġi żgurata l-amministrazzjoni korretta ta' dawn il-kwoti, għandhom jiġu stabbiliti d-dati ta' skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u għandha tiġi speċifikata l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-applikazzjonijiet u fil-liċenzji. |
|
(5) |
Biex l-amministrazzjoni tkun dejjem aktar effiċjenti, meta jinnotifikaw lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jużaw is-sistemi ta' informazzjoni previsti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (6). |
|
(6) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 (7) issostitwixxa l-kodiċijiet tan-NM taċ-ċereali msemmija fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (8) b'kodiċijiet ġodda li issa huma differenti minn dawk imsemmija fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni. Għaldaqstant, l-Anness ta' dan ir-Regolament għandu jirrifletti l-kodiċijiet tan-NM l-ġodda. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-ftuħ u l-immaniġġjar tal-kwoti tariffarji
1. Il-kwoti tariffarji għal xi wħud mill-prodotti li joriġinaw fl-Ukrajna u li huma elenkati fl-Anness tar-Regolament għandhom jinfetħu fuq bażi annwali mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru, u dan mill-2016 'il quddiem.
2. Ir-rata tad-dazju fuq l-importazzjoni fil-limiti tal-kwoti tariffarji msemmija fil-paragrafu 1 hija ta' EUR 0 għal kull tunnellata.
3. Il-kwoti tariffarji previsti fil-Paragrafu 1 huma amministrati skont il-metodu previst fl-Artikolu 184(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
4. Għandhom japplikaw ir-Regolamenti (KE) Nru 376/2008, (KE) Nru 1301/2006 u (KE) Nru 1342/2003, u dan kemm-il darba ma jkunx previst mod ieħor f'dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-applikazzjoni għal-liċenzji tal-importazzjoni u l-ħruġ tagħhom
1. B'deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikant ma jistax iressaq aktar minn applikazzjoni waħda għal liċenzja tal-importazzjoni għal kull numru tal-ordni u jista' jagħmel dan biss darba kull ġimgħa. F'każ li l-applikanti jressqu aktar minn applikazzjoni waħda, l-ebda waħda minnhom m'għandha tintlaqa' u l-garanziji li jkunu ġew iddepożitati meta jkunu tressqu l-applikazzjonijiet imorru għand l-Istat Membru kkonċernat.
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jitressqu għand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kull ġimgħa, sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa fis-13.00, ħin ta' Brussell.
Kull applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni għandha tirreferi għal numru tal-ordni wieħed biss. L-applikazzjoni tista' tikkonċerna diversi prodotti. Id-deskrizzjoni tal-prodotti u l-Kodiċi tan-NM tagħhom huma msemmija fit-Taqsimiet 15 u 16 tal-applikazzjoni tal-liċenzja u tal-liċenzja rispettivament.
2. Kull applikazzjoni għal-liċenzja ta' importazzjoni trid tindika kwantità f'kilogrammi b'ċifri sħaħ għal kull kodiċi tan-NM. It-total tal-kwantitajiet indikati ma jistax jeċċedi l-kwantità totali tal-kwota inkwistjoni.
3. Il-liċenzji ta' importazzjoni jinħarġu fir-raba' jum tax-xogħol wara dak tal-iskadenza prevista fl-Artikolu 4(1) għan-notifika dwar l-applikazzjonijiet tal-liċenzji tal-importazzjoni.
4. Fil-kaxxa 8 tagħhom, l-applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni u l-liċenzja tal-importazzjoni għandhom juru l-isem “L-Ukrajna” u salib fil-kaxxa “iva”. Il-liċenzji huma validi biss għall-prodotti li joriġinaw mill-Ukrajna.
Artikolu 3
Il-validità tal-liċenzji tal-importazzjoni
It-tul tal-validità tal-liċenzji tal-importazzjoni jibda jiskorri mill-jum meta din effettivament tinħareġ, b'konformità mal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, u jintemm fi tmiem it-tieni xahar ta' wara dan il-jum.
Artikolu 4
Komunikazzjonijiet
1. Sa mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn fis-18.00 (ħin ta' Brussell) fil-ġimgħa ta' wara li fiha jkunu ġew ippreżentati l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jibagħtu avviż lill-Kummissjoni li jinnotifika, skont in-numru tal-ordni, kull applikazzjoni bl-oriġini tal-prodott u l-kwantità mitluba, inklużi d-dikjarazzjonijiet “nulli”. Dan l-avviż irid isir skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009.
2. Dakinhar tal-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw b'mezzi elettroniċi lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar il-liċenzji maħruġa skont l-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, bil-kwantitajiet totali skont il-Kodiċi tan-NM li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni.
Artikolu 5
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/668/UE tat-23 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, minn naħa l-oħra, fir-rigward tat-Titolu III (bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw it-trattament ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi legalment impjegati bħala ħaddiema fit-territorju tal-Parti l-oħra) u t-Titoli IV, V, VI u VII tiegħu, kif ukoll l-Annessi u l-Protokolli relatati (ĠU L 278, 20.9.2014, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 tat-28 ta' Lulju 2003 li jistabbilixxi regoli speċjali u dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' ċereali u ross (ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12.).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati tan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).
(7) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 tas- 27 ta' Settembru 2011 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 282, 28.10.2011, p. 1).
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
Mingħajr preġudizzju għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda, il-kliem li jintuża fid-deskrizzjoni tal-prodott irid jiġi kkunsidrat biss purament bħala indikazzjoni minħabba li fil-kuntest ta' dan l-Anness, l-applikabbiltà tal-arranġamenti preferenzjali hi stabbilita bis-saħħa tal-kodiċijiet tan-NM. Meta qabel il-kodiċi tan-NM jkun hemm “ex”, l-applikazzjoni tal-arranġamenti preferenzjali tiġi stabbilita abbażi tal-kodiċi tan-NM u tad-deskrizzjoni tal-prodott.
|
In-numru tal-ordni |
Il-kodiċi tan-NM |
Id-deskrizzjoni tal-prodotti |
Il-perjodu |
Il-kwantità f'tunnellati |
|
09.4306 |
1001 99 (00) |
qamħ spelt, qamħ komuni u meslin (wiċċ imħallat ta' qamħ u segala), minbarra ż-żerriegħa |
Is-sena 2016 Is-sena 2017 Is-sena 2018 Is-sena 2019 Is-sena 2020 Is-sena 2021 u s-snin segwenti |
950 000 960 000 970 000 980 000 990 000 1 000 000 |
|
1101 00 (15-90) |
dqiq tal-qamħ komuni u spelt, dqiq tal-meslin |
|||
|
1102 90 (90) |
dqiq taċ-ċereali ħlief il-qamħ, il-meslin, is-segala, il-qamħirrum, ix-xgħir, il-ħafur, ir-ross |
|||
|
1103 11 (90) |
qamħ komuni u spelt mitħun oħxon u d-dqiq oħxon tagħhom |
|||
|
1103 20 (60) |
gerbub tal-qamħ |
|||
|
09.4307 |
1003 90 (00) |
xgħir, minbarra ż-żerriegħa |
Is-sena 2016 Is-sena 2017 Is-sena 2018 Is-sena 2019 Is-sena 2020 Is-sena 2021 u s-snin segwenti |
250 000 270 000 290 000 310 000 330 000 350 000 |
|
1102 90 (10) |
dqiq tax-xgħir |
|||
|
ex 1103 20 (25) |
gerbub tax-xgħir |
|||
|
09.4308 |
1005 90 (00) |
qamħirrum minbarra ż-żerriegħa |
Is-sena 2016 Is-sena 2017 Is-sena 2018 Is-sena 2019 Is-sena 2020 Is-sena 2021 u s-snin segwenti |
400 000 450 000 500 000 550 000 600 000 650 000 |
|
1102 20 (10-90) |
dqiq tal-qamħirrum |
|||
|
1103 13 (10-90) |
qamħirrum mitħun oħxon u pasta tal-qamħirrum |
|||
|
1103 20 (40) |
gerbub tal-qamħirrun |
|||
|
1104 23 (40-98) |
ħbub oħrajn maħdumin tal-qamħirrum |
|
19.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 302/85 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2082
tat-18 ta' Novembru 2015
dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni ta' Arctium lappa L. (il-partijiet li joħorġu 'l fuq mill-art) bħala sustanza bażika skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(5) flimkien mal-Artikolu 13(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-3 ta' Ġunju 2014, b'konformità mal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni mingħand l-Institut Technique de l'Agriculture Biologique (ITAB) għall-approvazzjoni tal-Arctium lappa L. bħala sustanza bażika. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-informazzjoni meħtieġa skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 23(3). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni talbet l-għajnuna xjentifika mingħand l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”). Fis-27 ta' Novembru 2014 (2), l-Awtorità ppreżentat Rapport Tekniku dwar is-sustanza inkwistjoni lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport tal-analiżi (3) u l-abbozz ta' dan ir-Regolament dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni (il-partijiet li joħorġu 'l fuq mill-art) tal-Arctium lappa L. (il-partijiet li joħorġu 'l fuq mill-art) lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf fis-26 ta' Mejju 2015. |
|
(3) |
Id-dokumentazzjoni li ressaq l-applikant turi li mhux il-partijiet kollha tal-Arctium lappa L. li joħorġu 'l fuq mill-art jissodisfaw il-kriterji ta' oġġett tal-ikel kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
|
(4) |
Ġie identifikat tħassib speċifiku fir-Rapport Tekniku tal-Awtorità dwar l-esponiment għall-artiġenina, għall-aċidu kloroġeniku u għall-aċidu kaffejku, u minħabba f'hekk ma setgħetx tiġi konkluża l-analiżi tar-riskju għall-operaturi, għall-ħaddiema, għall-persuni fil-qrib, għall-konsumaturi u għall-organiżmi mhux fil-mira. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant iressaq il-kummenti tiegħu dwar ir-Rapport Tekniku tal-Awtorità u dwar l-abbozz tar-rapport tal-analiżi. L-applikant ressaq il-kummenti tiegħu, u dawn ġew eżaminati bir-reqqa. |
|
(6) |
Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa mill-applikant, it-tħassib dwar din is-sustanza ma jistax jiġi eliminat. |
|
(7) |
Għaldaqstant, kif stabbilit fir-rapport ta' analiżi tal-Kummissjoni, ma setax jingħad li r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma sodisfatti. Għalhekk, jixraq li l-Arctium lappa L. (il-partijiet li joħorġu 'l fuq mill-art) ma tiġix approvata bħala sustanza bażika. |
|
(8) |
Dan ir-Regolament ma jippreġudikax is-sottomissjoni ta' applikazzjoni ġdida għall-approvazzjoni tal-Arctium lappa L. (il-partijiet li joħorġu 'l fuq mill-art) bħala sustanza bażika skont l-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Nuqqas ta' approvazzjoni bħala sustanza bażika
Is-sustanza Arctium lappa L. (il-partijiet li joħorġu 'l fuq mill-art) mhijiex approvata bħala sustanza bażika.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Ir-riżultat tal-konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-EFSA dwar l-applikazzjoni għas-sustanza bażika Arctium lappa u l-konklużjonijiet li waslet għalihom l-EFSA dwar il-punti speċifiċi li tqajmu. Il-pubblikazzjoni ta' sostenn tal-EFSA 2014:EN-699, 31 pp.
(3) http://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/eu-pesticides-database/public/?event=activesubstance.selection&language=EN
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
|
19.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 302/87 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2083
tat-18 ta' Novembru 2015
dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tal-Tanacetum vulgare L. bħala sustanza bażika skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(5) flimkien mal-Artikolu 13(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta' April 2013, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni b'konformità mal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, mingħand l-Institut Technique de l'Agriculture Biologique (ITAB) għall-approvazzjoni tal-Tanacetum vulgare L. bħala sustanza bażika. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-informazzjoni meħtieġa skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(3). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) għal għajnuna xjentifika. Fit-30 ta' Settembru 2014 (2), l-Awtorità ppreżentat Rapport Tekniku dwar is-sustanza inkwistjoni lill-Kummissjoni. Fl-20 ta' Marzu 2015, il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport ta' analiżi (3) u l-abbozz ta' dan ir-Regolament dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tal-Tanacetum vulgare L. lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
|
(3) |
Id-dokumentazzjoni li ressaq l-applikant turi li l-Tanacetum vulgare L. tissodisfa l-kriterji ta' oġġett tal-ikel kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
|
(4) |
Ġie identifikat tħassib speċifiku fir-Rapport Tekniku tal-Awtorità dwar l-esponiment gamfra, tujon u 1,8-ċineole, u minħabba f'hekk ma setgħetx tiġi konkluża l-analiżi tar-riskju għall-operaturi, għall-ħaddiema, għall-persuni fil-qrib, għall-konsumaturi u għall-organiżmi mhux fil-mira. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant iressaq il-kummenti tiegħu dwar ir-Rapport Tekniku tal-Awtorità u dwar l-abbozz tar-rapport ta' analiżi. L-applikant ressaq il-kummenti tiegħu, u dawn ġew eżaminati bir-reqqa. |
|
(6) |
Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa mill-applikant, it-tħassib relatat mas-sustanza ma jistax jiġi eliminat. |
|
(7) |
Għaldaqstant, kif stabbilit fir-rapport ta' analiżi tal-Kummissjoni, ma ġiex stabbilit li r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati. Għalhekk, jixraq li l-Tanacetum vulgare L. ma tiġix approvata bħala sustanza bażika. |
|
(8) |
Dan ir-Regolament ma jippreġudikax is-sottomissjoni ta' applikazzjoni oħra għall-approvazzjoni tal-Tanacetum vulgare L. bħala sustanza bażika skont l-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Nuqqas ta' approvazzjoni bħala sustanza bażika
Is-sustanza Tanacetum vulgare L. mhijiex approvata bħala sustanza bażika.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) L-eżitu tal-konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-EFSA dwar l-applikazzjoni tas-sustanza bażika Tanacetum vulgare biex tintuża għall-protezzjoni tal-pjanti bħala repellent fil-ġonna tas-siġar tal-frott, fid-dwieli, fil-ħxejjex u fil-pjanti ornamentali. EFSA supporting publication 2014:EN-666. 35pp.
(3) http://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/eu-pesticides-database/public/?event=activesubstance.selection&language=EN
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel, (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.)
|
19.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 302/89 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2084
tat-18 ta' Novembru 2015
li japprova s-sustanza attiva flupiradifuron, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F'konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fit-8 ta' Mejju 2012 in-Netherlands irċevew applikazzjoni mingħand Bayer CropScience AG għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva flupiradifuron. |
|
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 9(3) ta' dak ir-Regolament, in-Netherlands, bħala l-Istat Membru relatur, innotifikat lill-applikant, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) dwar l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni fil-21 ta' Ġunju 2012. |
|
(3) |
Fl-1 ta' Frar 2014, l-Istat Membru relatur ressaq abbozz ta' rapport ta' valutazzjoni lill-Kummissjoni, b'kopja lill-Awtorità, fejn ġie vvalutat jekk dik is-sustanza attiva hix mistennija li tissodisfa l-kriterji ta' approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
|
(4) |
L-Awtorità kkonformat mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. F'konformità mal-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Awtorità talbet li l-applikant jipprovdi informazzjoni addizzjonali lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità. Il-valutazzjoni tal-informazzjoni addizzjonali mill-Istat Membru relatur tressqet quddiem l-Awtorità fil-format ta' abbozz aġġornat tar-rapport ta' valutazzjoni f'Jannar tal-2015. |
|
(5) |
Fl-4 ta' Frar 2015 l-Awtorità kkomunikat il-konklużjonijiet tagħha lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni dwar jekk is-sustanza attiva flupiradifuron hix mistennija li tissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (2). L-Awtorità għamlet il-konklużjonijiet tagħha disponibbli għall-pubbliku. |
|
(6) |
Fit-13 ta' Lulju 2015, il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport ta' reviżjoni għall-flupiradifuron lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, kif ukoll abbozz ta' Regolament li jipprovdi li s-sustanza flupiradifuron hija approvata. |
|
(7) |
L-applikant ingħata l-possibbiltà li jressaq kummenti dwar ir-rapport ta' eżami. |
|
(8) |
Ġie stabbilit fir-rigward ta' użu rappreżentattiv wieħed jew iktar ta' mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, u b'mod partikolari l-użi li ġew eżaminati u dettaljati fir-rapport ta' reviżjoni, li ġew issodisfati l-kriterji tal-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Għaldaqstant, dawk il-kriterji għall-approvazzjoni jitqiesu li ntlaħqu. Jixraq għalhekk li l-flupiradifuron jiġi approvat. |
|
(9) |
Madankollu, skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jeħtieġ li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet. B'mod partikolari, jixraq li tintalab aktar informazzjoni ta' konferma. |
|
(10) |
F'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3) għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(11) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Approvazzjoni ta' sustanza attiva
Is-sustanza attiva flupiradifuron, kif speċifikat fl-Anness I, hija approvata skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f'konformità mal-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) EFSA Journal 2014;12(12):3913. Disponibbli onlajn fuq: www.efsa.europa.eu.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
ANNESS I
|
Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni |
Isem IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||||||||||
|
Flupiradifuron Nru CAS: 951659-40-8 Nru CIPAC: 987 |
4- [(6-kloro-3-piridilmetil)(2,2-difluworoetil) amino]furan-2(5H)-on |
≥ 960 g/kg |
id-9 ta' Diċembru 2015 |
id-9 ta' Diċembru 2025 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-flupiradifuron, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu. F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:
Fejn xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju. L-applikant għandu jissottometti informazzjoni ta' konferma dwar:
L-applikant għandu jissottometti lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità, l-informazzjoni mitluba fil-punti (1) u (2) sad-9 ta' Ġunju 2016, u l-informazzjoni mitluba fil-punt (3), fi żmien sentejn wara l-adozzjoni ta' dokument ta' gwida dwar l-evalwazzjoni tal-effett ta' proċessi ta' trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi preżenti fl-ilma tal-wiċċ u ta' taħt l-art. |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.
ANNESS II
Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied l-entrata li ġejja:
|
|
Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni |
Isem IUPAC |
Purità (*1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||||||||||
|
“91 |
Flupiradifuron Nru CAS: 951659-40-8 Nru CIPAC: 987 |
4- [(6-kloro-3-piridilmetil)(2,2-difluworoetil) amino]furan-2(5H)-on |
≥ 960 g/kg |
id-9 ta' Diċembru 2015 |
id-9 ta' Diċembru 2025 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-flupiradifuron, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu. F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:
Fejn xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju. L-applikant għandu jippreżenta informazzjoni ta' konferma dwar:
L-applikant għandu jissottometti lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità, l-informazzjoni mitluba fil-punti (1) u (2) sad-9 ta' Ġunju 2016, u l-informazzjoni mitluba fil-punt (3), fi żmien sentejn wara l-adozzjoni ta' dokument ta' gwida dwar l-evalwazzjoni tal-effett ta' proċessi ta' trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi preżenti fl-ilma tal-wiċċ u ta' taħt l-art.” |
(*1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.
|
19.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 302/93 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2085
tat-18 ta' Novembru 2015
li japprova s-sustanza attiva mandestrobin, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F'konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fit-18 ta' Diċembru 2012 l-Awstrija rċeviet applikazzjoni mingħand Sumitomo Chemical Agro EUROPE S.A.S. għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva mandestrobin. |
|
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 9(3) ta' dak ir-Regolament, l-Awstrija, bħala l-Istat Membru relatur, innotifikat lill-applikant, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) dwar l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni fil-31 ta' Jannar 2013. |
|
(3) |
Fil-31 ta' Jannar 2014, l-Istat Membru relatur ressaq abbozz ta' rapport ta' valutazzjoni lill-Kummissjoni, b'kopja lill-Awtorità, fejn ġie vvalutat jekk dik is-sustanza attiva hix mistennija li tissodisfa l-kriterji ta' approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
|
(4) |
L-Awtorità kkonformat mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. F'konformità mal-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Awtorità talbet li l-applikant jipprovdi informazzjoni addizzjonali lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità. Il-valutazzjoni tal-informazzjoni addizzjonali mill-Istat Membru relatur tressqet quddiem l-Awtorità fil-format ta' abbozz aġġornat tar-rapport ta' valutazzjoni f'Marzu tal-2015. |
|
(5) |
Fis-27 ta' April 2015, l-Awtorità kkomunikat lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha dwar jekk is-sustanza attiva mandestrobin hix mistennija li tissodisfa l-kriterji ta' approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (2). L-Awtorità għamlet il-konklużjonijiet tagħha disponibbli għall-pubbliku. |
|
(6) |
Fit-13 ta' Lulju 2015 il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport ta' reviżjoni għall-mandestrobin lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, kif ukoll abbozz ta' Regolament li jipprovdi li s-sustanza attiva l-mandestrobin hija approvata. |
|
(7) |
L-applikant ingħata l-possibbiltà li jressaq kummenti dwar ir-rapport ta' reviżjoni. |
|
(8) |
Fir-rigward ta' użu rappreżentattiv wieħed jew aktar ta' mill-anqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, u b'mod partikolari l-użi li ġew eżaminati u spjegati fir-rapport ta' reviżjoni, ġie stabbilit li l-kriterji ta' approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati. Għaldaqstant, dawk il-kriterji għall-approvazzjoni jitqiesu li huma ssodisfati. Jixraq għalhekk huwa xieraq li l-mandestrobin jiġi approvat. |
|
(9) |
Madankollu, skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jeħtieġ li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet. B'mod partikolari, jixraq li tintalab aktar informazzjoni ta' konferma. |
|
(10) |
F'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3) għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(11) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Approvazzjoni ta' sustanza attiva
Is-sustanza attiva mandestrobin, kif speċifikat fl-Anness I, hija approvata skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f'konformità mal-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) EFSA Journal 2014;12(12):3913. Disponibbli online fuq: www.efsa.europa.eu.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
ANNESS I
|
Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||||
|
Mandestrobin Nru tal-CAS: 173662-97-0 Nru CIPAC: Mhux disponibbli |
(RS) — 2-methoxy-n-methyl- 2- [α- (2,5-xylyloxy) -o-tolil] acetamide |
≥ 940 g/kg (fuq bażi ta' piż xott) Ksilini (orto, meta, para), etil benżin mass. 5 g/kg (TK) |
Id-9 ta' Diċembru 2015 |
Id-9 ta' Diċembru 2025 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmi fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar is-sulfoksaflor, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu. F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:
Fejn xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju. L-applikant għandu jippreżenta informazzjoni ta' konferma dwar:
L-applikant għandu jippreżenta dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità sad-9 ta' Ġunju 2016. |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' eżami.
ANNESS II
Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied l-entrata li ġejja:
|
|
Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (*1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||||
|
“93 |
Mandestrobin Nru tal-CAS: 173662-97-0 Nru CIPAC: Mhux disponibbli |
(RS) — 2-methoxy-n-methyl- 2- [α- (2,5-xylyloxy) -o-tolil] acetamide |
≥ 940 g/kg (fuq bażi ta' piż xott) Ksilini (orto, meta, para), etil benżin mass. 5 g/kg (TK) |
Id-9 ta' Diċembru 2015 |
Id-9 ta' Diċembru 2025 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmi fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar is-sulfoksaflor, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu. F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:
Fejn xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju. L-applikant għandu jippreżenta informazzjoni ta' konferma dwar:
L-applikant għandu jippreżenta dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità sad-9 ta' Ġunju 2016.” |
(*1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' eżami.
|
19.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 302/97 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2086
tat-18 ta' Novembru 2015
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
AL |
47,7 |
|
MA |
83,8 |
|
|
MK |
43,3 |
|
|
ZZ |
58,3 |
|
|
0707 00 05 |
AL |
67,1 |
|
TR |
144,3 |
|
|
ZZ |
105,7 |
|
|
0709 93 10 |
MA |
54,2 |
|
TR |
164,8 |
|
|
ZZ |
109,5 |
|
|
0805 20 10 |
CL |
185,6 |
|
MA |
81,5 |
|
|
TR |
83,5 |
|
|
ZZ |
116,9 |
|
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
TR |
64,0 |
|
ZZ |
64,0 |
|
|
0805 50 10 |
TR |
98,0 |
|
ZZ |
98,0 |
|
|
0806 10 10 |
BR |
296,8 |
|
EG |
234,1 |
|
|
PE |
274,4 |
|
|
TR |
178,1 |
|
|
US |
368,5 |
|
|
ZZ |
270,4 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
151,8 |
|
CA |
158,0 |
|
|
CL |
84,1 |
|
|
MK |
29,8 |
|
|
NZ |
161,0 |
|
|
US |
150,6 |
|
|
ZA |
205,7 |
|
|
ZZ |
134,4 |
|
|
0808 30 90 |
BA |
92,6 |
|
CN |
63,2 |
|
|
TR |
121,2 |
|
|
ZZ |
92,3 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DIRETTIVI
|
19.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 302/99 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2087
tat-18 ta' Novembru 2015
li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2000 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija (1), u partikolarment l-Artikolu 15 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fil-15 ta' Lulju 2011 l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) adottat ir-Riżoluzzjoni MEPC.201(62) li temenda l-Anness V tal-Konvenzjoni MARPOL dwar il-prevenzjoni tat-tniġġis mill-iskart mill-bastimenti, billi introduċiet kategorizzazzjoni ġdida u aktar dettaljata tal-iskart (2). L-Anness V emendat tal-Konvenzjoni tal-MARPOL daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2013. |
|
(2) |
Din il-kategorizzazzjoni ġdida tal-iskart hija riflessa fiċ-Ċirkulari MEPC.1/Circ.644/Rev.1 tal-OMI, li tipprovdi format standard ta' formula għan-notifika avvanzata għat-twassil ta' skart fil-faċilitajiet ta' akkoljenza fil-portijiet (3), kif ukoll fiċ-Ċirkulari MEPC.1/Circ.645/Rev.1 tal-OMI, li tipprovdi format standard ta' formula tal-irċevuta tat-twassil ta' skart wara l-użu minn bastiment tal-faċilitajiet ta' akkoljenza fil-portijiet (4). |
|
(3) |
Fl-interess tal-konsistenza mal-miżuri tal-OMI u sabiex tiġi evitata l-inċertezza fost l-utenti u l-awtoritajiet tal-portijiet, it-tabella inkluża fl-Anness II tad-Direttiva 2000/59/KE, li tinkludi t-tipi u l-ammonti differenti ta' skart u l-fdalijiet mill-merkanzija li jridu jiġu kkonsenjati jew miżmuma abbord, għandha tiġi adattata għall-kategorizzazzjoni l-ġdida tal-iskart tal-Anness V emendat tal-Konvenzjoni MARPOL. |
|
(4) |
Barra minn hekk, sabiex tittejjeb is-sistema stabbilita bid-Direttiva 2000/59/KE, li għandha l-għan li tnaqqas ir-rilaxxi ta' skart iġġenerat mill-bastimenti u fdalijiet tal-merkanzija fil-baħar, fit-tabella tal-Anness II għandha tiġi inkluża informazzjoni dwar it-tipi u l-kwantitajiet ta' skart iġġenerat mill-bastimenti li realment jitwassal fil-faċilitajiet ta' akkoljenza fl-aħħar port ta' konsenja. |
|
(5) |
Id-dejta preċiża dwar it-tipi u l-ammonti ta' skart iġġenerat mill-bastimenti u l-fdalijiet mill-merkanzija kkonsenjati minn bastiment fl-aħħar port hija essenzjali għall-kalkolu eżatt tal-kapaċità suffiċjenti ta' ħażna ddedikata abbord dak il-bastiment. Il-kalkolu ta' kapaċità suffiċjenti ta' ħażna huwa prerekwiżit biex il-bastiment jitħalla jipproċedi lejn il-port sussegwenti mingħajr ma jkun ikkonsenja l-iskart tiegħu ġġenerat mill-bastiment, kif ukoll għall-għażla tajba tal-bastimenti li se jkunu jiġu spezzjonati. Spezzjonijiet immirati aħjar se jikkontribwixxu għall-operazzjoni effettiva tat-traffiku marittimu, billi jitnaqqas il-ħin li bastiment jagħmel fil-port. |
|
(6) |
Din l-informazzjoni tista' tkun disponibbli mill-irċevuti tal-iskart maħruġa abbażi taċ-Ċirkulari MEPC.1/Circ.645/Rev.1 tal-OMI, li tirrakkomanda il-format standard tal-irċevuta tat-twassil tal-iskart, jew tipi oħra ta' irċevuti maħruġa lill-kaptan tal-bastiment hekk kif jitwassal l-iskart. L-ammonti u t-tipi ta' skart indikati fl-irċevuta tal-iskart jew kif iddikkjarati mill-kaptan tal-bastiment mal-wasla f'każ li li ma tkunx tista' tinkiseb irċevuta tal-iskart ġeneralment huma aktar preċiżi minn dawk disponibbli mill-formula tan-notifika tal-iskart, peress li għandhom jirriflettu s-sitwazzjoni reali wara t-twassil u għaldaqstant jagħtu aktar affidabbiltà fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Il-kaptan tal-bastiment jirreġistra tali informazzjoni dwar it-twassil fir-Reġistru tal-Iskart kif rikjest mill-Konvenzjoni MARPOL. |
|
(7) |
Il-ġbir sistematiku ta' dejta preċiża dwar it-twassil tal-iskart jippermetti wkoll analiżi statistika aħjar tax-xejriet tal-flussi tal-iskart fil-portijiet u jħaffef l-istabbiliment tas-sistema ta' informazzjoni u ta' monitoraġġ prevista fl-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2000/59/KE. Il-monitoraġġ u l-iskambju ta' tali informazzjoni, inkluż in-notifika dwar l-iskart elettroniku żviluppata skont id-Direttiva 2010/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), bħalissa huma appoġġati mis-sistema ta' skambju ta' informazzjoni marittima tal-Unjoni (SafeSeaNet), stabbilita bid-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), li għandha tintrabat ma' modulu ta' rappurtar fil-bażi tad-dejta tal-Kontroll mill-Istat tal-Port (7) stabbilita skont id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). |
|
(8) |
L-Anness II tad-Direttiva 2000/59/KE għandu jiġi emendat biex jinkludi l-informazzjoni dwar il-konsenja tal-iskart fil-port preċedenti u biex jinkorpora l-kategorizzazzjoni l-ġdida tal-iskart introdotta bl-Anness V emendat tal-MARPOL. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness ta' din id-Direttiva jieħu post l-Anness II tad-Direttiva 2000/59/KE.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mid-9 ta' Diċembru 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza mill-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri jiddeterminaw kif issir referenza bħal din.
2. L-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 332, 28.12.2000, p. 81.
(2) Ir-riżoluzzjoni MEPC.201(62) adottata fil-15 ta' Lulju 2011, l-Emendi tal-Anness tal-Protokoll tal-1978 b'rabta mal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti tal-1973
(3) MEPC.1/Circ.644/Rev.1, l-1 ta' Lulju 2013
(4) MEPC.1/Circ.645/Rev.1, l-1 ta' Lulju 2013
(5) Id-Direttiva 2010/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar il-formalitajiet ta' rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri (ĠU L 283, 29.10.2010, p. 1).
(6) Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10).
(7) Il-bażi tad-dejta żviluppata u mħaddma mill-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima.
(8) Id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57).
ANNESS
“ANNESS II
INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI NNOTIFIKATA QABEL ID-DĦUL FIL-PORT TA' …
(Port tad-destinazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/59/KE)
|
1. |
L-isem, is-sinjal tas-sejħa u, meta meħtieġ, in-numru ta' identifikazzjoni OMI tal-bastiment: |
|
2. |
L-Istat tal-Bandiera: |
|
3. |
Il-ħin stmat tal-wasla (ETA): |
|
4. |
Il-ħin stmat tat-tluq (ETD): |
|
5. |
Il-port ta' żjara preċedenti: |
|
6. |
Il-port ta' żjara sussegwenti: |
|
7. |
L-aħħar port u d-data meta twassal skart iġġenerat mill-bastiment, inklużi l-kwantitajiet (f'm3) u t-tipi ta' skart li twasslu: |
|
8. |
Int qiegħed twassal: (immarka l-kaxxa t-tajba):
f'faċilitajiet tal-akkoljenza fil-port? |
|
9. |
Tip u ammont ta' skart u fdalijiet li se jitwasslu u/jew li se jibqgħu abbord, u l-perċentwali tal-kapaċità massima ta' ħażna: |
Jekk se twassal l-iskart kollu, imla t-tieni u l-aħħar kolonna. Jekk se twassal parti mill-iskart jew l-ebda parti mill-iskart, imla l-kolonni kollha.
|
Tip |
Skart għat-twassil (m3) |
Kapaċità ta' ħażna massima dedikata (m3) |
Ammont ta' skart li nżamm abbord (m3) |
Port fejn se jitwassal l-iskart li fadal |
Ammont stmat ta' skart iġġenerat bejn in-notifika u l-port ta' żjara sussegwenti (m3) |
Skart li jkun wasal fl-aħħar port tat-twassil identifikat taħt il-punt 7 hawn fuq (m3) |
|
Żjut għar-rimi |
||||||
|
Ilma żejtni tas-sentina |
|
|
|
|
|
|
|
Fdalijiet żejtnin (ħama) |
|
|
|
|
|
|
|
Oħrajn (speċifika) |
|
|
|
|
|
|
|
Drenaġġ (1) |
|
|
|
|
|
|
|
Skart |
||||||
|
Plastiks |
|
|
|
|
|
|
|
Skart tal-ikel |
|
|
|
|
|
|
|
Skart domestiku (pereżempju prodotti tal-karta, ċraret, ħġieġ, metall, fliexken, kina u ċaqquf, eċċ.) |
|
|
|
|
|
|
|
Żejt tat-tisjir |
|
|
|
|
|
|
|
Irmied tal-inċinerazzjoni |
|
|
|
|
|
|
|
Skart operattiv |
|
|
|
|
|
|
|
Karkass(a/i) tal-annimali |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Noti
|
1. |
Din l-informazzjoni tista' tintuża għall-kontroll mill-Istat tal-portijiet u għal skopijiet oħrajn ta' spezzjoni. |
|
2. |
L-Istati Membri se jiddeterminaw liema korpi se jirċievu kopji ta' din in-notifika. |
|
3. |
Din il-formola għandha timtela sakemm il-bastiment ma jkunx kopert b'eżenzjoni skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2000/59/KE. |
Nikkonferma li:
|
— |
id-dettalji ta' hawn fuq huma preċiżi u tajbin u |
|
— |
li abbord hemm biżżejjed kapaċità ddedikata biex jinħażen l-iskart kollu ġġenerat minn meta ssir in-notifika sal-wasla fil-port sussegwenti li fih se jitwassal l-iskart. |
Data …
Ħin …
Firma”
(1) Id-drenaġġ jista' jintrema fil-baħar f'konformità mal-Anness IV tar-Regolament 11 tal-Marpol. Ma hemmx il-ħtieġa li l-kaxxi korrispondenti jimtlew jekk il-ħsieb huwa li jsir rimi awtorizzat fil-baħar.
(2) Jistgħu jkunu stimi.
(3) Fdalijiet mill-merkanzija għandhom jiġu speċifikati u kkategorizzati skont l-Annessi rilevanti tal-Marpol, b'mod partikolari l-Annessi I, II u V tal-Marpol.
DEĊIŻJONIJIET
|
19.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 302/103 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2088
tal-10 ta' Novembru 2015
li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti rilevanti fir-rigward tal-proposti għal emendi tar-Regolamenti tan-NU Nri 12, 16, 26, 39, 44, 46, 58, 61, 74, 83, 85, 94, 95, 97, 98, 99, 100, 101, 106, 107, 110, 116 u 127, il-proposta għal Regolament tan-NU ġdid dwar impatt frontali, il-proposti għal emendi tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), u l-proposta għal Riżoluzzjoni Reċiproka ġdida Nru 2 (M.R.2) dwar id-definizzjonijiet tas-sistema tal-motopropulsjoni tal-vetturi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (1), l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) dwar l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, għat-tagħmir u għall-partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet (il-“Ftehim Rivedut tal-1958”). |
|
(2) |
F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE (2), l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, għat-tagħmir u għall-partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti (il-“Ftehim Parallel”). |
|
(3) |
Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) issostitwiet is-sistemi tal-Istati Membri għall-approvazzjoni tat-tip bi proċedura ta' approvazzjoni tal-Unjoni, u stabbiliet qafas armonizzat li fih id-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-vetturi, għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dik id-Direttiva inkorporat ir-Regolamenti tan-NU fis-sistema tal-UE għall-approvazzjoni tat-tip, jew bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew inkella bħala alternattivi għal-leġislazzjoni tal-Unjoni. Minn mindu ġiet adottata dik id-Direttiva, ir-Regolamenti tan-NU qegħdin jiġu inkorporati dejjem aktar fil-leġislazzjoni tal-Unjoni fil-qafas tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE. |
|
(4) |
Fid-dawl tal-esperjenza u tal-iżviluppi tekniċi, ir-rekwiżiti relatati ma' ċerti elementi jew karatteristiċi koperti bir-Regolamenti tan-NU Nri 12, 16, 26, 39, 44, 46, 58, 61, 74, 83, 85, 94, 95, 97, 98, 99, 100, 101, 106, 107, 110, 116 u 127, u kif ukoll bir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), jeħtieġ li jiġu adattati għall-progress tekniku. |
|
(5) |
Sabiex jittejbu d-dispożizzjonijiet rilevanti dwar is-sikurezza għall-vetturi bil-mutur, għandu jiġi adottat Regolament tan-NU ġdid dwar l-impatt frontali; biex jiġu armonizzati d-definizzjonijiet tas-sistema tal-motopropulsjoni tal-vetturi, għandha tiġi adottata wkoll Riżoluzzjoni Reċiproka ġdida Nru 2 (M.R.2) dwar id-definizzjonijiet tas-sistema tal-motopropulsjoni tal-vetturi. |
|
(6) |
Għaldaqstant, jeħtieġ li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel, fir-rigward tal-adozzjoni ta' dawk l-atti tan-NU, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel matul il-perijodu mid-9 sat-13 ta' Novembru 2015 għandha tkun li tivvota favur il-proposti elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
P. GRAMEGNA
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 bil-ħsieb tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li tikkonċerna l-addozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati ma' u/jew ikunu użati ma' vetturi bir-roti u l-kondizzjonijet reċiproċi tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijet (“Ftehim Rivedut tal-1958”) (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78; Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 11 Volum 27 p. 52).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta' Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti, tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”) (ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12; Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 11 Volum 33 p. 141).
(3) Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Kwadru”) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
ANNESS
|
Proposta għas-Suppliment 4 għas-serje 04 ta' emendi tar-Regolament Nru 12 (Mekkaniżmu tal-istering) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/92 |
|
Proposta għas-Suppliment 6 għas-serje 06 ta' emendi tar-Regolament Nru 16 (Ċinturini tas-sikurezza) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/93 |
|
Proposta għas-Suppliment 3 għas-serje 03 ta' emendi tar-Regolament Nru 26 (Sporġenzi esterni) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/82 |
|
Proposta għas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 39 (Strument li jkejjel u juri l-veloċità u Odometru), |
ECE/TRANS/WP.29/2015/83 |
|
Proposta għas-Suppliment 10 għas-serje 04 ta' emendi tar-Regolament Nru 44 (Sistemi ta' trażżin għat-tfal) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/94 |
|
Proposta għas-Suppliment 2 għas-serje 04 ta' emendi tar-Regolament Nru 46 (Tagħmir għall-viżjoni indiretta) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/84 |
|
Proposta għas-serje 03 ta' emendi tar-Regolament Nru 58 (Protezzjoni tal-qiegħ fuq wara) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/85 |
|
Proposta għas-Suppliment 3 tar-Regolament Nru 61 (Sporġenzi esterni ta' vetturi kummerċjali) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/86 |
|
Proposta għal Rettifika 1 tas-Suppliment 8 għas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 74 (Installazzjoni ta' apparat tad-dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl (mopeds)) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/79 |
|
Proposta għas-Suppliment 11 għas-serje 05 ta' emendi tar-Regolament Nru 83 (Emissjonijiet tal-vetturi tal-kategoriji M1 u N1) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/100 |
|
Proposta għas-Suppliment 6 għas-serje 06 ta' emendi tar-Regolament Nru 83 (Emissjonijiet tal-vetturi tal-kategoriji M1 u N1) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/101 |
|
Proposta għas-Suppliment 7 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament Nru 85 (Kejl tal-potenza netta) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/102 |
|
Proposta għas-Suppliment 6 għas-serje 02 ta' emendi tar-Regolament Nru 94 (Ħabta frontali) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/95 |
|
Proposta għas-serje 03 ta' emendi tar-Regolament Nru 94 (Ħabta frontali) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/96 |
|
Proposta għas-Suppliment 5 għas-serje 03 ta' emendi tar-Regolament Nru 95 (Ħabta laterali) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/97 |
|
Proposta għas-Suppliment 8 għas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 97 (Sistemi tal-alarm tal-vetturi) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/87 |
|
Proposta għas-Suppliment 7 għas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 98 (Fanali ta' quddiem b'sorsi tad-dawl li jarmu l-gass) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/80 |
|
Proposta għas-Suppliment 11 tar-Regolament Nru 99 (Sorsi tad-dawl li jarmu l-gass) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/81 |
|
Proposta għas-Suppliment 3 għas-serje 02 ta' emendi tar-Regolament Nru 100 (Vetturi mħaddma bl-enerġija elettrika) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/98 |
|
Proposta għas-Suppliment 6 għas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 101 (Emissjonijiet tas-CO2/konsum tal-fjuwil) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/103 |
|
Proposta għas-Suppliment 13 tar-Regolament Nru 106 (Tajers għall-vetturi agrikoli) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/109 |
|
Proposta għas-Suppliment 4 għas-serje 06 ta' emendi tar-Regolament Nru 107 (Kostruzzjoni ġenerali ta' xarabanks u kowċis) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/88 |
|
Proposta għas-Suppliment 4 għas-serje 05 ta' emendi tar-Regolament Nru 107 (Kostruzzjoni ġenerali ta' xarabanks u kowċis) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/104 |
|
Proposta għas-Suppliment 4 għas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 110 (Komponenti speċifiċi għas-CNG/għal-LNG) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/89 |
|
Proposta għas-Suppliment 5 tar-Regolament Nru 116 (Sistemi ta' alarm tal-vetturi) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/91 |
|
Proposta għas-serje 02 ta' emendi tar-Regolament Nru 127 (Sikurezza tal-persuni li jkunu mexjin fit-triq) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/99 |
|
Proposta għal Regolament ġdid dwar l-impatt frontali b'enfasi fuq is-sistemi ta' trażżin |
ECE/TRANS/WP.29/2015/105 |
|
Proposta għas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament il-ġdid dwar l-impatt frontali b'enfasi fuq is-sistemi ta' trażżin |
ECE/TRANS/WP.29/2015/106 |
|
Proposta għal emendi tar-Riżoluzzjoni Kkonsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/111 |
|
Proposta għal Riżoluzzjoni Reċiproka ġdida Nru 2 (M.R.2) dwar id-definizzjonijiet tas-sistema tal-motopropulsjoni tal-vetturi |
ECE/TRANS/WP.29/2015/110 |
|
19.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 302/107 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2089
tal-10 ta' Novembru 2015
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/54/UE li tawtorizza lir-Repubblika tas-Slovenja sabiex tintroduċi miżura speċjali ta' deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-punt 15 tal-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE jawtorizza lis-Slovenja biex teżenta mit-taxxa fuq il-valur miżjud (“VAT”) dawk il-persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom mhuwiex iżjed minn EUR 25 000. |
|
(2) |
Bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/54/UE (2), is-Slovenja ġiet awtorizzata, sal-31 ta' Diċembru 2015, b'deroga mill-punt 15 tal-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE, biex teżenta mill-VAT dawk il-persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom mhuwiex iżjed minn EUR 50 000. |
|
(3) |
Permezz ta' ittri rreġistrati għand il-Kummissjoni fis-27 ta' Mejju 2015 u fis-17 ta' Ġunju 2015, is-Slovenja talbet awtorizzazzjoni għal estensjoni tal-miżura ta' deroga mill-punt 15 tal-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE sabiex tkun tista' tkompli teżenta mill-VAT dawk il-persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom mhuwiex iżjed minn EUR 50 000. Permezz ta' dik il-miżura, dawk il-persuni taxxabbli jibqgħu jkunu eżentati minn ċerti obbligi jew minnhom kollha, fir-rigward tal-VAT imsemmija fil-Kapitoli 2 sa 6 tat-Titolu XI tad-Direttiva 2006/112/KE. |
|
(4) |
Permezz ta' ittra datata 24 ta' Ġunju 2015, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra bit-talba tas-Slovenja. Permezz ta' ittra datata 25 ta' Ġunju 2015, il-Kummissjoni nnotifikat lis-Slovenja li kellha l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex tqis it-talba. |
|
(5) |
Mill-informazzjoni pprovduta mis-Slovenja, fi tmiem l-2013, 51,45 % ta' dawk li jħallsu l-VAT kellhom fatturat taxxabbli ta' inqas minn EUR 50 000 u kien jirrappreżenta biss il-1 % tat-total tal-introjtu mill-VAT. |
|
(6) |
Peress li dan il-limitu ogħla rriżulta fi tnaqqis tal-obbligi tal-VAT għan-negozji ż-żgħar u li dawn in-negozji xorta jistgħu jagħżlu l-arranġamenti regolari tal-VAT f'konformità mal-Artikolu 290 tad-Direttiva 2006/112/KE, is-Slovenja għandha tiġi awtorizzata biex tapplika l-miżura għal perjodu limitat ieħor. |
|
(7) |
Id-deroga ma għandha ebda impatt fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jakkumulaw mill-VAT minħabba li s-Slovenja għandha twettaq kalkolu tal-kumpens f'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 (3). |
|
(8) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/54/UE għandha tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/54/UE, id-data “31 ta' Diċembru 2015” hija sostitwita bid-data “31 ta' Diċembru 2018”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tas-Slovenja.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
P. GRAMEGNA
(1) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/54/UE tat-22 ta' Jannar 2013 li tawtorizza lir-Repubblika tas-Slovenja sabiex tintroduċi miżura speċjali ta' deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 22, 25.1.2013, p. 15).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta' Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta' riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (ĠU L 155, 7.6.1989, p. 9).
|
19.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 302/109 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2090
tas-17 ta' Novembru 2015
li taħtar membru Ġermaniż fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ġermaniż,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta' Jannar, fil-5 ta' Frar u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. |
|
(2) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Jacqueline KRAEGE, sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huwa b'dan maħtur bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2020:
|
— |
Frau Heike RAAB, Staatssekretärin, Bevollmächtigte des Landes Rheinland-Pfalz beim Bund und für Europa, für Medien und Digitales. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ASSELBORN
|
19.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 302/110 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2091
tas-17 ta' Novembru 2015
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/431/UE dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-programmi tal-Istati Membri għall-kontroll, l-ispezzjoni u s-sorveljanza fl-2011
(notifikata bid-dokument C(2015) 7856)
(It-testi bl-ilsien Bulgaru, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Sloven, Spanjol, Svediż u Taljan biss huma awtentiċi)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 129(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta' Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bi qbil mal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006, l-Istati Membri ppreżentaw il-programmi tagħhom għall-kontroll tas-sajd għall-2011 lill-Kummissjoni, u l-applikazzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa li se tiġġarrab fit-twettiq tal-proġetti li jinsabu f'dawn il-programmi. |
|
(2) |
Fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/431/UE (3) l-Kummissjoni ffissat l-ammont massimu u r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal kull proġett fil-limiti stabbiliti mill-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006, u stabbiliet il-kundizzjonijiet li fihom jistgħu jingħataw dawn il-kontribuzzjonijiet. |
|
(3) |
L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/431/UE jistipula li kull pagament li jintalab rimborz għalih għandu jkun ingħata mill-Istat Membru kkonċernat sat-30 ta' Ġunju 2015, u li l-pagamenti li jsiru wara dik id-data ma jkunux eliġibbli għar-rimborz. |
|
(4) |
Fl-ewwel sitt xhur tal-2015, bosta Stati Membri għarrfu lill-Kummissjoni li kienu sabu diffikultà biex jilħqu dik l-iskadenza minħabba l-kriżi finanzjarja. |
|
(5) |
Biex tiżgura li l-Istati Membri jkunu jistgħu jkomplu b'dawn il-proġetti u ma jibqgħux jabbandunawhom minħabba l-interruzzjoni tar-rimborż mill-Kummissjoni wara l-ewwel sitt xhur tal-2015, id-data ta' skadenza stipulata fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/431/UE għandha tiġi estiża sal-31 ta' Marzu 2016. |
|
(6) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/431/UE għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/431/UE, l-ewwel sentenza tinbidel b'dan li ġej:
“Il-pagamenti kollha li għalihom qed jintalab rimborż għandhom jitħallsu mill-Istat Membru kkonċernat sal-31 ta' Marzu 2016.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Lulju 2015.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika tal-Bulgarija, lir-Renju tad-Danimarka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika tal-Estonja, lill-Irlanda, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta' Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika ta' Ċipru, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lir-Repubblika ta' Malta, lir-Renju tan-Netherlands, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Rumanija, lir-Repubblika tas-Slovenja, lir-Repubblika tal-Finlandja, lir-Renju tal-Iżvezja, u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Karmenu VELLA
Membru tal-Kummissjoni
(3) Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/431/UE tal-11 ta' Lulju 2011 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-programmi tal-Istati Membri għall-kontroll, l-ispezzjoni u s-sorveljanza fl-2011 (ĠU L 188, 19.7.2011, p. 50).