EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R2078

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2078 tat-18 ta' Novembru 2015 li jiftaħ u fih previst l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-importazzjoni tal-Unjoni għal-laħam tat-tjur li joriġina fl-Ukrajna

OJ L 302, 19.11.2015, p. 63–70 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Imħassar b' 32020R0760

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2078/oj

19.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 302/63


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2078

tat-18 ta' Novembru 2015

li jiftaħ u fih previst l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-importazzjoni tal-Unjoni għal-laħam tat-tjur li joriġina fl-Ukrajna

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 187 tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/668/UE (2), il-Kunsill awtorizza l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”). Il-Ftehim fih previst l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq importazzjonijiet ta' oġġetti li joriġinaw fl-Ukrajna f'konformità mal-Anness I-A tal-Kapitolu I tiegħu. L-Appendiċi ta' dak l-Anness I-A fih previst kwoti tariffarji tal-importazzjoni għal-laħam tat-tjur.

(2)

Sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), il-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għal-laħam tat-tjur għall-2014 u l-2015 kienu miftuħa u amministrati f'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 413/2014 (4).

(3)

Il-Ftehim se jiġi applikat b'mod proviżorju mill-1 ta' Jannar 2016. Għaldaqstant jinħtieġ li jinfetħu perjodi ta' kwoti tariffarji tal-importazzjoni annwali mill-1 ta' Jannar 2016 'il quddiem. Sabiex jitqiesu sew ir-rekwiżiti tal-provvista tas-suq eżistenti u emerġenti ta' produzzjoni, proċessar u konsum fil-qasam tal-laħam tat-tjur tal-Unjoni f'termini ta' kompetittività, ċertezza u kontinwità tal-provvista u l-ħtieġa li jkun salvagwardjat l-ekwilibriju ta' dak is-suq, jixraq li dawk il-kwoti jiġu amministrati mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 184(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(4)

L-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (5) fih previst li r-Regolamenti tal-Kummissjoni li jirregolaw kwota tariffarja tal-importazzjoni speċifika jista' jkun li fihom previst l-applikazzjoni ta' sistema skont liema jiġu ġestiti l-kwoti billi jiġu attribwiti d-drittijiet tal-importazzjoni bħala l-ewwel pass u l-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni bħala t-tieni pass. Sistema bħal din tippermetti lill-operaturi li jkunu kisbu drittijiet tal-importazzjoni li jiddeċiedu tul il-perjodu tal-kwota u abbażi tal-flussi tal-kummerċ effettivi tagħhom, f'liema mument jixtiequ japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (6) li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli. Dak ir-Regolament għandu japplika għal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa skont dan ir-Regolament, ħlief fejn ikun hemm lok għal xi derogi.

(6)

Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 li jikkonċernaw l-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni, l-istatus tal-applikanti u l-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għandhom japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa skont dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għal kundizzjonijiet addizzjonali previsti f'dan ir-Regolament.

(7)

Biex tiġi żgurata l-amministrazzjoni xierqa tal-kwoti tariffarji, jeħtieġ li tiġi ddepożitata garanzija meta titressaq applikazzjoni għad-drittijiet tal-importazzjoni, u meta tinħareġ liċenzja tal-importazzjoni.

(8)

L-operaturi għandhom ikunu obbligati japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni għad-drittijiet kollha tal-importazzjoni allokati, filwaqt li jirrispettaw l-obbligu msemmi fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (7).

(9)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013 (8) bidel xi kodiċijiet NM fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (9) b'kodiċijiet NM ġodda li issa huma differenti minn dawk imsemmija fl-Appendiċi tal-Anness I-A tal-Kapitolu I tal-Ftehim. Għaldaqstant, il-kodiċijiet NM il-ġodda għandhom ikunu riflessi fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-ftuħ u l-ġestjoni tal-kwoti tariffarji

1.   Dan ir-Regolament jiftaħ u jġestixxi, mill-2016, il-kwoti tariffarji annwali għall-prodotti indikati fl-Anness I, għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru.

2.   Il-kwantità tal-prodotti koperta mill-kwoti msemmija fil-paragrafu 1, ir-rata tad-dazju doganali applikabbli, kif ukoll in-numri tal-ordni għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness I.

3.   Il-kwota tariffarja tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ġestita f'konformità mal-metodu msemmi fl-Artikolu 184(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u billi jiġu attribwiti d-drittijiet tal-importazzjoni bħala l-ewwel pass u l-għoti tal-liċenzji tal-importazzjoni bħala t-tieni pass.

4.   Għandhom japplikaw ir-Regolamenti (KE) Nru 1301/2006 u (KE) Nru 376/2008, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-perjodi tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni

Il-kwantità tal-prodotti stabbilita għall-kwota tariffarja tal-importazzjoni annwali u għal kull numru tal-ordni stabbilit fl-Anness I għandu jinqasam f'erba' subperjodi, kif ġej:

(a)

25 % mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu;

(b)

25 % mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju;

(c)

25 % mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru;

(d)

25 % mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru.

Artikolu 3

L-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni u l-allokazzjoni tad-drittijiet tal-importazzjoni

1.   L-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni għandhom jitressqu fl-ewwel sebat ijiem tax-xahar qabel kull subperjodu msemmi fl-Artikolu 2.

2.   Mat-tressiq tal-applikazzjoni għad-drittijiet tal-importazzjoni għandha tiġi ddepożitata garanzija ta' EUR 35 għal kull 100 kilogramma.

3.   L-applikanti għad-drittijiet tal-importazzjoni, meta jressqu l-ewwel applikazzjoni tagħhom għal sena ta' kwota partikolari, għandhom jissottomettu prova li kwantità ta' prodotti tat-tjur li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0207, 0210 99 39, 1602 31, 1602 32 jew 1602 39 21 tkun ġiet impurtata minnhom jew f'isimhom, skont id-dispożizzjonijiet tad-dwana rilevanti (“il-kwantità ta' referenza”). Tali prova għandha tirrelata mal-perjodu ta' 12-il xahar li jispiċċa xahar wieħed qabel l-ewwel applikazzjoni tagħhom. Kumpanija ffurmata bil-fużjoni ta' kumpaniji li kull waħda minnhom ikollha kwantità ta' referenza impurtata, tista' tikkombina dawk il-kwantitajiet ta' referenza bħala bażi għall-applikazzjoni tagħha.

4.   Il-kwantità totali ta' prodotti koperta minn applikazzjoni għad-drittijiet tal-importazzjoni mressqa f'wieħed mis-subperjodi msemmija fl-Artikolu 2 ma għandhiex taqbeż il-25 % tal-kwantità ta' referenza tal-applikant. Awtorità kompetenti għandha tirrifjuta applikazzjonijiet li ma jikkonformawx ma' din ir-regola.

5.   Sal-14-il jum tax-xahar li fih jitressqu l-applikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet totali, inklużi d-dikjarazzjonijiet nulli, tal-applikazzjonijiet kollha, espressi f'kilogrammi ta' piż tal-prodott u mqassmin skont in-numru tal-ordni.

6.   Id-drittijiet tal-importazzjoni għandhom jibdew jingħataw mit-23 jum tax-xahar li fih jitressqu l-applikazzjonijiet u mhux aktar tard mill-aħħar jum ta' dak ix-xahar.

7.   Fejn l-applikazzjoni tal-koeffiċjent tal-allokazzjoni msemmi fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 tirriżulta f'inqas drittijiet tal-importazzjoni għall-allokazzjoni milli tressqu applikazzjonijiet għalihom, il-garanzija ddepożitata f'konformità mal-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament, għandha tkun rilaxxata proporzjonalment mingħajr dewmien.

8.   Id-drittijiet tal-importazzjoni għandhom ikunu validi mill-ewwel jum tas-subperjodu li għalih tkun tressqet l-applikazzjoni, u sal-31 ta' Diċembru ta' kull perjodu tal-kwota tariffarja ta' importazzjoni. Id-drittijiet tal-importazzjoni ma għandhomx ikunu trasferibbli.

Artikolu 4

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u l-allokazzjoni tal-liċenzji tal-importazzjoni

1.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa tal-kwantitajiet mogħtija skont il-kwota tariffarja fuq l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni.

2.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikopru l-kwantità totali tad-drittijiet tal-importazzjoni allokati. L-obbligu msemmi fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 għandu jiġi rispettat.

3.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzja tal-importazzjoni jistgħu jitressqu biss fl-Istat Membru fejn l-applikant ikun applika għad-drittijiet tal-importazzjoni skont il-kwoti tariffarji tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) u fejn ikun kisibhom.

4.   Fiż-żmien meta tinħareġ il-liċenzja tal-importazzjoni għandha tiġi ddepożitata garanzija ta' EUR 75 għal kull 100 kilogramma mill-operatur. Kull ħruġ ta' liċenzja tal-importazzjoni għandu jirriżulta fi tnaqqis korrispondenti fid-drittijiet tal-importazzjoni li jkunu nkisbu u l-garanzija ddepożitata għad-drittijiet tal-importazzjoni għandha tiġi rrilaxxata proporzjonalment, mingħajr dewmien.

5.   Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jinħarġu mal-applikazzjoni minn u f'isem l-operatur li jkun kiseb id-drittijiet tal-importazzjoni.

6.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzja tal-importazzjoni għandhom jirreferu għal numru tal-ordni wieħed biss. Jistgħu jikkonċernaw diversi prodotti koperti minn kodiċijiet NM differenti. F'dan il-każ, il-kodiċijiet NM kollha u d-deskrizzjonijiet tagħhom għandhom jiġu indikati fil-kaxex 15 u 16 tal-applikazzjoni għal-liċenzja u tal-liċenzja stess, rispettivament.

7.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u l-liċenzji tal-importazzjoni għandu jkun fihom:

(a)

fil-kaxxa 8, l-isem “L-Ukrajna” bħala l-pajjiż tal-oriġini u l-kaxxa “iva” immarkata b'salib;

(b)

fil-kaxxa 20, waħda mill-entrati elenkati fl-Anness II.

8.   Kull liċenzja tal-importazzjoni għandha ssemmi l-kwantità għal kull kodiċi NM.

9.   Liċenzja tal-importazzjoni għandha tkun valida għal 30 jum mid-data tal-ħruġ effettiva fi sens tat-tifsira tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008. Il-validità tal-liċenzja tal-importazzjoni għandha, madankollu, tiskadi fil-31 ta' Diċembru ta' kull perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni.

Artikolu 5

Notifiki lill-Kummissjoni

1.   Permezz ta' deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-10 jum tax-xahar ta' wara l-aħħar jum ta' kull subperjodu, bil-kwantitajiet, inklużi d-dikjarazzjonijiet nulli, koperti mil-liċenzji li jkunu ħarġu matul dak is-subperjodu.

2.   Permezz ta' deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet, inklużi d-dikjarazzjonijiet nulli, koperti minn liċenzji tal-importazzjoni mhux użati jew parzjalment użati, u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imdaħħla fuq wara tal-liċenzji tal-importazzjoni u l-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu:

(a)

flimkien man-notifiki msemmijin fl-Artikolu 3(5) ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-applikazzjonijiet imressqa għall-aħħar subperjodu;

(b)

għall-kwantitajiet li ma jkunux għadhom ġew innotifikati fiż-żmien tal-ewwel notifika prevista fil-punt (a), sat-30 ta' April wara tmiem kull perjodu ta' kwota tariffarja tal-importazzjoni.

3.   Sa mhux aktar tard mit-30 ta' April ta' wara li jintemm kull perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet ta' prodotti li effettivament ikunu ġew rilaxxati għall-moviment ħieles tul dak il-perjodu tal-kwota.

4.   Fil-każ tan-notifiki msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3, il-kwantità għandha tingħata f'kilogrammi ta' piż tal-prodott u għandha titqassam skont in-numru tal-ordni.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/668/UE tat-23 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, fir-rigward tat-Titolu III (bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw it-trattament ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi legalment impjegati bħala ħaddiema fit-territorju tal-Parti l-oħra) u t-Titoli IV, V, VI u VII tiegħu, kif ukoll l-Annessi u l-Protokolli relatati (ĠU L 278, 20.9.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta' dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukrajna (ĠU L 118, 22.4.2014, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 413/2014 tat-23 ta' April 2014 li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni tal-laħam tat-tajr li joriġina mill-Ukrajna (ĠU L 121, 24.4.2014, p. 37).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3).

(7)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).

(8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013 tal-4 ta' Ottubru 2013 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 290, 31.10.2013, p. 1).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


ANNESS I

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies bħala ta' valur indikattiv biss, peress li l-applikabbiltà tal-arranġamenti preferenzjali hija ddeterminata, fil-kuntest ta' dan l-Anness, mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċijiet NM. Meta jiġu indikati l-kodiċijiet NM li kienu jintużaw qabel (il-kodiċijiet “ex”), l-użu tal-iskema preferenzjali għandu jiġi determinat abbażi tal-kodiċi NM u tad-deskrizzjoni korrispondenti, meħudin flimkien.

Numru tal-ordni

Kodiċijiet NM

Deskrizzjoni

Perjodu ta' importazzjoni

Kwantità f'tunnellati (piż nett)

Dazju applikabbli

(f'EUR/t)

09.4273

0207 11 30

0207 11 90

0207 12

0207 13 10

0207 13 20

0207 13 30

0207 13 50

0207 13 60

0207 13 99

0207 14 10

0207 14 20

0207 14 30

0207 14 50

0207 14 60

0207 14 99

0207 24

0207 25

0207 26 10

0207 26 20

0207 26 30

0207 26 50

0207 26 60

0207 26 70

0207 26 80

0207 26 99

0207 27 10

0207 27 20

0207 27 30

0207 27 50

0207 27 60

0207 27 70

0207 27 80

0207 27 99

0207 41 30

0207 41 80

0207 42

0207 44 10

0207 44 21

0207 44 31

0207 44 41

0207 44 51

0207 44 61

0207 44 71

0207 44 81

0207 44 99

0207 45 10

0207 45 21

0207 45 31

0207 45 41

0207 45 51

0207 45 61

0207 45 81

0207 45 99

0207 51 10

0207 51 90

0207 52 90

0207 54 10

0207 54 21

0207 54 31

0207 54 41

0207 54 51

0207 54 61

0207 54 71

0207 54 81

0207 54 99

0207 55 10

0207 55 21

0207 55 31

0207 55 41

0207 55 51

0207 55 61

0207 55 81

0207 55 99

0207 60 05

0207 60 10

ex 0207 60 21  (1)

0207 60 31

0207 60 41

0207 60 51

0207 60 61

0207 60 81

0207 60 99

0210 99 39

1602 31

1602 32

1602 39 21

Laħam u ġewwieni li jittiekel tat-tjur: frisk, imkessaħ jew friżat; laħam ieħor, ippreparat jew ippreservat, tad-dundjan u ta' tjur tal-ispeċi Gallus domesticus

Is-sena 2016

Is-sena 2017

Is-sena 2018

Is-sena 2019

Is-sena 2020

Mill-2021

16 000

16 800

17 600

18 400

19 200

20 000

0

09.4274

0207 12

Il-laħam u l-ġewwieni li jista' jittiekel tat-tjur: mhux imqatta' f'biċċiet, iffriżat

 

20 000

0


(1)  Farawni frisk jew imkessaħ, nofsu jew kwart minnu.


ANNESS II

Entrati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 4(7)

Bil-Bulgaru: Регламент за изпълнение (ЕC) 2015/2078

Bl-Ispanjol: Reglamento de Ejecución (UE) 2015/2078

Biċ-Ċek: Prováděcí nařízení (EU) 2015/2078

Bid-Daniż: Gennemførelsesforordning (EU) 2015/2078

Bil-Ġermaniż: Durchführungsverordnung (EU) 2015/2078

Bl-Estonjan: Rakendusmäärus (EL) 2015/2078

Bil-Grieg: Εκτελεστικός κανονισμός (ΕΕ) 2015/2078

Bl-Ingliż: Implementing Regulation (EU) 2015/2078

Bil-Franċiż: Règlement d'exécution (UE) 2015/2078

Bil-Kroat: Provedbena uredba (EU) 2015/2078

Bit-Taljan: Regolamento di esecuzione (UE) 2015/2078

Bil-Latvjan: Īstenošanas regula (ES) 2015/2078

Bil-Litwan: Įgyvendinimo reglamentas (ES) 2015/2078

Bl-Ungeriż: (EU) 2015/2078 végrehajtási rendelet

Bil-Malti: Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2078

Bin-Netherlandiż: Uitvoeringsverordening (EU) 2015/2078

Bil-Pollakk: Rozporządzenie wykonawcze (UE) 2015/2078

Bil-Portugiż: Regulamento de Execução (UE) 2015/2078

Bir-Rumen: Regulamentul de punere în aplicare (UE) 2015/2078

Bis-Slovakk: Vykonávacie nariadenie (EÚ) 2015/2078

Bis-Sloven: Izvedbena uredba (EU) 2015/2078

Bil-Finlandiż: Täytäntöönpanoasetus (EU) 2015/2078

Bl-Iżvediż: Genomförandeförordning (EU) 2015/2078


Top