EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2016/365/08

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8164 — Steinhoff International/Pikolin/Cofel) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 365, 4.10.2016, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 365/29


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8164 — Steinhoff International/Pikolin/Cofel)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 365/08)

1.

Fis-27 ta’ Settembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Steinhoff Möbel Holding GmbH li tappartjeni lill-grupp Steinhoff (“Steinhoff”, l-Afrika t’Isfel) u Pikolin S.L. (“Pikolin”, Spanja) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża Cofel SA (“Cofel”, Franza), bħalissa proprjetà kollha kemm hi ta’ Pikolin, permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Steinhoff: manifattura u bejgħ bl-ingrossa tal-għamara u l-bejgħ bl-imnut primarjament ta’ għamara, tiżjin għad-djar u oġġetti tad-dar, apparat elettrodomestiku u oġġetti elettroniċi tal-konsumatur u ħwejjeġ, u provvista ta’ servizzi relatati,

—   għal Pikolin: il-manifattura, il-bejgħ bl-ingrossa u l-bejgħ bl-imnut ta’ għamara, b’mod partikolari għamara tal-kamra tas-sodda (pereżempju saqqijiet, bedsteads u prodotti anċillari),

—   għal Cofel: il-manifattura, il-bejgħ bl-ingrossa u l-bejgħ bl-imnut ta’ għamara, b’mod partikolari għamara tal-kamra tas-sodda (pereżempju saqqijiet, bedsteads u prodotti anċillari).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8164 — Steinhoff International/Pikolin/Cofel, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top