EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016FN0006

Kawża F-6/16: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2016 – ZZ et vs SEAE

OJ C 145, 25.4.2016, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/38


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2016 – ZZ et vs SEAE

(Kawża F-6/16)

(2016/C 145/46)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: N. de Montigny u J.-N. Louis, avukati)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annulament tar-rendikonti ta’ remunerazzjoni tar-rikorrenti ta’ Marzu 2015 kif ukoll dawk stabbiliti sussegwentement sa fejn dawn japplikaw id-deċiżjoni tas-SEAE li jitnaqqas l-allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja minn 15 % għal 10 %.

Talbiet

tiddikjara d-deċiżjoni tad-direttur ġenerali amministrativ tas-SEAE tat-23 ta’ Frar 2015 inapplikabbli għar-rikorrenti;

konsegwentement, tannulla r-rendikont ta’ remunerazzjoni tagħhom ta’ Marzu 2015, u dawk stabbiliti sussegwentement sa fejn dawn japplikaw allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja ta’ 10 %;

tikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż.


Top