EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0507

Kawża C-507/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van Koophandel Gent (il-Belġju) fl-24 ta’ Settembru 2015 – Agro Foreign Trade & Agency Ltd vs Petersime NV

ĠU C 414, 14.12.2015, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 414/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van Koophandel Gent (il-Belġju) fl-24 ta’ Settembru 2015 – Agro Foreign Trade & Agency Ltd vs Petersime NV

(Kawża C-507/15)

(2015/C 414/24)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van Koophandel Gent

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agro Foreign Trade & Agency Ltd

Konvenuta: Petersime NV

Domanda preliminari

Sa fejn il-liġi Belġjana dwar l-aġenzija kummerċjali, li tittrasponi fid-dritt nazzjonali Belġjan id-Direttiva dwar l-aġenzija kummerċjali (1), tipprevedi li hija tapplika unikament għall-aġenti kummerċjali li jkollhom is-sede tagħhom fil-Belġju, filwaqt li hija ma tapplikax jekk prinċipal stabbilit fil-Belġju u aġent stabbilit fit-Turkija jkunu għażlu espressament id-dritt Belġjan bħala d-dritt applikabbli, din il-liġi Belġjana dwar l-aġenzija kummerċjali hija konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni li l-għan espress tiegħu huwa l-adeżjoni tat-Turkija mal-Unjoni Ewropea jew mal-obbligi bejn it-Turkija u l-Unjoni Ewropea li bejniethom jitneħħew ir-restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE, tat-18 ta’ Diċembru 1986, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 177).


Top