EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0523

Kawża T-523/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali fl- 24 ta’ Ġunju 2014 – Rani Refreshments vs UASI– Global-Invest Bartosz Turek (Sani) [ “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Sani — Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti Hani ou llani u RANI — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” ]

ĠU C 253, 4.8.2014, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali fl-24 ta’ Ġunju 2014 – Rani Refreshments vs UASI– Global-Invest Bartosz Turek (Sani)

(Kawża T-523/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Sani - Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti Hani ou llani u RANI - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

2014/C 253/38

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rani Refreshments FZCO (Jebel Ali, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentant: M. Chapple, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Global-Invest Bartosz Turek (Poczesna, il-Polonja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Settembru 2012 (Każ R 236/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Aujan Industries Co. (S J C) u Global-Invest Bartosz Turek.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Rani Refreshments FZCO hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 32, 02.02.2013.


Top