Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0009

    Kawża T-9/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2015 – Air Canada vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-ġarr ta’ merkanzija bl-ajru — Ftehimiet u prattiki miftiehma fuq diversi elementi tal-prezzijiet tas-servizzi ta’ ġarr ta’ merkanzija bl-ajru (stabbiliment ta’ sovrataxxi marbuta mal-karburant u ta’ sovrataxxi marbuta mas-sigurtà, rifjut ta’ ħlas ta’ kummissjoni fuq is-sovrataxxi) — Artikolu 101 TFUE, Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru — Obbligu ta’ motivazzjoni”)

    ĠU C 48, 8.2.2016, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 48/29


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2015 – Air Canada vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-9/11) (1)

    ((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-ġarr ta’ merkanzija bl-ajru - Ftehimiet u prattiki miftiehma fuq diversi elementi tal-prezzijiet tas-servizzi ta’ ġarr ta’ merkanzija bl-ajru (stabbiliment ta’ sovrataxxi marbuta mal-karburant u ta’ sovrataxxi marbuta mas-sigurtà, rifjut ta’ ħlas ta’ kummissjoni fuq is-sovrataxxi) - Artikolu 101 TFUE, Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

    (2016/C 048/33)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Air Canada (Québec, il-Kanada) (rappreżentanti: S. Kim, H. Bignall, J. Pheasant u T. Capel, solicitors)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Noë u N. von Lingen, sussegwentement J. Bourke u S. Noë, u finalment minn A. Dawes u H. Leupold, aġenti, assistiti minn G. Peretz, barrister)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 7694 finali, tad-9 ta’ Novembru 2010, li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru (Każ C[OMP/].39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru), sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, it-tnaqqis tal-multa imposta fuq din tal-aħħar.

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 7694, tad-9 ta’ Novembru 2010, li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru (Każ C[OMP/].39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru), hija annullata sa fejn din tirrigwarda lil Air Canada.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud

    3)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti minn Air Canada.


    (1)  ĠU C 72, 5.3.2011.


    Top