EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0505

Kawża C-505/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 1 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — proċedura mressqa minn Compañía Española de Comercialización de Aceite SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taż-żjut u x-xaħmijiet — Regolament Nru 136/66/KEE — Artikolu 12a — Ħażna taż-żejt taż-żebbuġa mingħajr finanzjament Komunitarju — Kompetenzi tal-awtoritajiet nazzjonali fil-qasam tal-kompetizzjoni)

ĠU C 282, 21.11.2009, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — proċedura mressqa minn Compañía Española de Comercialización de Aceite SA

(Kawża C-505/07) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taż-żjut u x-xaħmijiet - Regolament Nru 136/66/KEE - Artikolu 12a - Ħażna taż-żejt taż-żebbuġa mingħajr finanzjament Komunitarju - Kompetenzi tal-awtoritajiet nazzjonali fil-qasam tal-kompetizzjoni)

2009/C 282/07

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Compañía Española de Comercialización de Aceite SA

Fil-preżenza ta’: Asociación Española de la Industria y Comercio Exportador de Aceite de Oliva (Asoliva), Asociación Nacional de Industriales Envasadores y Refinadores de Aceites Comestibles (Anierac), Administración del Estado,

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Supremo — Interpretazzjoni tal-Artikolu 12a tar-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE, tat-22 ta’ Settembru 1966, dwar l-istabbiliment tal-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żjut u x-xaħmijiet (ĠU 172, p. 3025), fil-verżjoni tar-Regolament 1638/98 (ĠU 1998 L 210, p. 32), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 952/97, tal-20 ta’ Mejju 1997, dwar gruppi ta’ produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhhom (ĠU L 142, p. 30), u tar-Regolament Nru 26 li japplika ċerti regoli tal-kompetizzjoni għall-produzzjoni u għall-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (ĠU 30, p. 993) — Kunċett ta’ “korp awtorizzat” — Kunċett ta’ gruppi ta’ produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom — Ħżin

Dispożittiv

(1)

Kumpannija b’responsabbiltà limitata, li l-kapital tagħha huwa fil-parti l-kbira kkontrollat minn produtturi taż-żejt taż-żebbuġa, imtieħen taż-żejt u kooperattivi ta’ koltivaturi tas-siġar taż-żebbuġ u li l-kumplament tal-kapital tagħha huwa kkontrollat minn istituzzjonijiet finanzjarji, tista’ taqa’ taħt il-kunċett ta’ korp, fis-sens tal-Artikolu 12a tar-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66KEE, tat-22 ta’ Settembru 1966, dwar l-istabbiliment tal-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żjut u x-xaħmijiet, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1638/98, tal-20 ta’ Lulju 1998, li jkun jista’ jiġi awtorizzat jikkonkludi kuntratt ta’ ħażna privata taż-żejt taż-żebbuġa bis-saħħa ta’ dan l-artikolu, bil-kundizzjoni li jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti minn din id-dispożizzjoni.

(2)

L-“approvazzjoni mill-Istat”, li l-korpi, fis-sens tal-Artikolu 12a tar-Regolament Nru 136/66, kif emendat bir-Regolament Nru 1638/98, għandhom jingħataw, tista’ tinkiseb fil-kuntest ta’ talba għal deroga (“awtorizzazzjoni”) individwali ppreżentata lill-awtoritajiet nazzjonali fil-qasam tal-kompetizzjoni, bil-kundizzjoni li dawn l-awtoritajiet ikollhom mezzi effettivi li jippermettu l-verifika tal-kapaċità tal-korp li jkun ippreżenta din it-talba sabiex jipproċedi, fl-osservanza tar-rekwiżiti legali, għall-ħażna privata taż-żejt taż-żebbuġa.

(3)

L-Artikolu 12a tar-Regolament Nru 136/66, kif emendat bir-Regolament Nru 1638/98, ma jipprekludix mekkaniżmu ta’ xiri u ta’ ħażna taż-żejt taż-żebbuġa, miftiehem u ffinanzjat b’mod privat, li ma jkunx ġie suġġett għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni li għaliha tirreferi din id-dispożizzjoni.

(4)

Sakemm jastjenu, minn naħa, milli jieħdu kull miżura li hija tali li tidderoga jew tippreġudika l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żejt taż-żebbuġa u, min-naħa l-oħra, milli jieħdu deċiżjoni li tikkontradixxi deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej jew li toħloq risku ta’ tali kontradizzjoni, l-awtoritajiet nazzjonali fil-qasam tal-kompetizzjoni jistgħu japplikaw id-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni għal ftehim li jista’ jaffettwa s-suq taż-żejt taż-żebbuġa fuq livell Komunitarju.


(1)  ĠU C 37, 09.02.2008


Top