This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0950
European Council Decision, taken with the agreement of the President of the Commission, of 4 December 2009 appointing the High Representative of the Union for Foreign Affairs and Security Policy
Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew meħuda bil-qbil tal-President tal-Kummissjoni tal- 4 ta’ Diċembru 2009 li taħtar ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà
Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew meħuda bil-qbil tal-President tal-Kummissjoni tal- 4 ta’ Diċembru 2009 li taħtar ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà
ĠU L 328, 15.12.2009, p. 69–69
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014
15.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/69 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL EWROPEW
meħuda bil-qbil tal-President tal-Kummissjoni
tal-4 ta’ Diċembru 2009
li taħtar ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà
(2009/950/UE)
IL-KUNSILL EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 18(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fl-1 ta' diċembru 2009, Catherine ASHTON inħatret Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2009 sat-tmiem tal-mandat kurrenti tal-Kummissjoni. |
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 17(8), it-tielet subparagrafu tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-President, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-membri l-oħra tal-Kummissjoni, bħala kulleġġ, ser jiġu sottomessi għal vot ta' approvazzjoni mill-Parlament Ewropew. |
(3) |
Jeħtieġ li li jinħatar ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà għall-perijodu mit-tmiem tal-mandat tal-Kummissjoni attwali sal-31 ta' Ottubru 2014, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Catherine ASHTON hija b'dan maħtura Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà għall-perijodu mit-tmiem tal-mandat tal-Kummissjoni attwali sal-31 ta' Ottubru 2014.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lil Catherine ASHTON mill-President tal-Kunsill Ewropew.
Hija għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kunsill Ewropew
Il-President
H. VAN ROMPUY