Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0660

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 660/2004 tas-7 ta’ April 2004 li jemenda l-Anness tar-Regolament tal-Kunsill Nru 79/65/KEE f’dak li jirrigwardja l-lista tad-diviżjonijiet

    ĠU L 104, 8.4.2004, p. 97–98 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/01/2010; Impliċitament imħassar minn 31965R0079

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/660/oj

    32004R0660



    Official Journal L 104 , 08/04/2004 P. 0097 - 0098


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 660/2004

    tas-7 ta’ April 2004

    li jemenda l-Anness tar-Regolament tal-Kunsill Nru 79/65/KEE f’dak li jirrigwardja l-lista tad-diviżjonijiet

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 79/65/KEE tal-15 ta’ Ġunju 1965 li jistabbilixxi qafas għall-ġbir ta’ l-informazzjoni tad-dħul u l-operat tan-negozju ta’ l-impriżi agrikoli fil-Komunità Ekononika Ewropea [1], u partikolarment l-Artikolu 2!!! error character !!! Β!!! error character !!! Ί tiegħu,

    Wara li kkunsidrat it-talba magħmula mill-Belġju,

    Billi:

    (1) Lista ta’ diviżjonijiet fil-qofol tat-tifsira ta’ l-Artikolu 2(d) tar-Regolament Nru 79/65/KEE hija stabbilita fl-Anness ta’ dak ir-Regolament.

    (2) Skond dak l-Anness, il-Belġju jikkostitwixxi diviżjoni waħda. Għall-iskopijiet tar-Regolament Nru 79/65/KEE, il-Belġju talab li jaqsam id-diviżjoni waħda fi tliet diviżjonijiet.

    (3) Ir-Reġolament Nru 79/65/KEE għandu għalhekk ikun emendat kif mistħoqq,

    (4) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Komunità dwar il-Qafas tad-Data tal-Kontijiet ta’ l-Irziezet,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness tar-Regolament Nru 79/65/KEE huwa emendat b’konformità ma l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Għandu jkun japplika mis-sena tal-kontijiet 2004.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-7 ta’ April 2004.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU C 109, tat-23.6.1965, p. 1859/65 Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2059/2003 (ĠU L 308, tal-25.11.2003, p. 1).

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Fl-Anness tar-Regolament Nru 79/65/KEE, il-kliem

    "il-BELĠJU jikkostitwixxi diviżjoni waħda"

    huma mibdula b’dan li ġej:

    "Il-BELĠJU

    1. Vlaanderen

    2. Brussel

    3. Wallonie."

    --------------------------------------------------

    Top