EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0866

2004/866/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 13 ta’ Diċembru 2004 li tawtorizza lir-Repubblika ta' l-Awstrija tapplika miżura derogatorja mill-Artikolu 17 tas-Sitt Direttiva (77/388/KEE) dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-valur tal-bejgħ

ĠU L 371, 18.12.2004, p. 47–47 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 70–70 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/866/oj

31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

70


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Diċembru 2004

li tawtorizza lir-Repubblika ta' l-Awstrija tapplika miżura derogatorja mill-Artikolu 17 tas-Sitt Direttiva (77/388/KEE) dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-valur tal-bejgħ

(2004/866/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra s-Sitt Direttiva tal-Kunsill (77/388/KEE) tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward ta’ taxxi fuq il-valur tal-bejgħ — sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 27(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

B’ittra reġistrata għand is-Segretarjat-Ġenerali tal-Kummissjoni fit-12 ta' Diċembru 2003, l-awtoritajiet Awstrijaċi talbu l-awtorizzazzjoni biex japplikaw miżura speċjali derogatorja mill-Artikolu 17 tad-Direttiva 77/388/KEE.

(2)

L-Istati Membri l-oħra ġew informati b'din it-talba fis-26 ta' Marzu 2004.

(3)

Il-miżura derogatorja hija intiża biex teskludi kompletament it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) li hija meħuda fuq l-ispiża għal oġġetti u servizzi mid-dritt ta' tnaqqis meta aktar minn 90 % ta' l-oġġetti u servizzi huma użati għal skopijiet privati tal-persuna taxxabbli, jew ta' l-impjegati tagħha, jew, b'mod aktar ġenerali, għal skopijiet li mhumiex ta' negozju. Din il-miżura derogatorja tirrappreżenta deroga mill-Artikolu 17 u hija ġustifikata bil-ħtieġa li jiġi ssimplifikat l-impożizzjoni tal-VAT.

(4)

It-terminu ta' l-awtorizzazzjoni għandu jkun limitat sal-31 ta' Diċembru 2009. Dan il-perijodu massimu ser jippermetti li ssir evalwazzjoni ta' kemm jagħmel sens li tinżamm il-miżura derogatorja fid-dawl ta' l-esperjenza ta' l-Awstrija matul dan il-perijodu.

(5)

Il miżura derogatorja mhi ser ikollha l-ebda impatt negattiv fuq ir-riżorzi proprji tal-Komunità mill-VAT,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B'deroga mill-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 77/388/KEE, ir-Repubblika ta' l-Awstrija hija b'dan awtorizzata li teskludi l-ispiża fuq oġġetti u servizzi mid-dritt ta' tnaqqis tal-VAT meta aktar minn 90 % ta' l-oġġetti u servizzi huma użati għal skopijiet privati tal-persuna taxxabbli, jew ta' l-impjegati tagħha, jew, b'mod aktar ġenerali, għal skopijiet li mhumiex ta' negozju.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2009.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ l-Awstrija.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Diċembru 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

B. R. BOT


(1)  ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/66/KE (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35).


Top