EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31984R1966

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1966/84 tat-28 ta' Ġunju 1984 dwar l-ilħuq tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika tal-Ginea

ĠU L 188, 16.7.1984, p. 1–1 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1984/1966/oj

Related international agreement

31984R1966



Official Journal L 188 , 16/07/1984 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0140
Spanish special edition: Chapter 04 Volume 3 P. 0054
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0140
Portuguese special edition Chapter 04 Volume 3 P. 0054


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1966/84

tat-28 ta' Ġunju 1984

dwar l-ilħuq tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika tal-Ginea

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi huwa fl-interess tal-Komunità li tapprova l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika tal-Ginea, iffirmat f'Malabo fil-15 ta' Ġunju 1984,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika tal-Ginea fuq is-sajd ’il barra mill-kosta tal-Ginea Ekwatorjali huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika li hemm ipprovduta fl-Artikolu 13 tal-Ftehim [2].

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-28 ta’ Ġunju 1984.

Għall-Kunsill

Il-President

H. Bouchardeau

[1] ĠU C 277, tas-17.10.1983, p. 142.

[2] Id-data tal-bidu fis-seħħ tal-Ftehim tkun ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

--------------------------------------------------

Top