EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31978R0686

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 686/78 tas-6 ta' April 1978 li jistabbilixxi d-disposizzjonijiet addizzjonali dwar l-għoti ta' rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni fuq prodotti tas-sajd

ĠU L 93, 7.4.1978, p. 12–12 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1978/686/oj

31978R0686



Official Journal L 093 , 07/04/1978 P. 0012 - 0012
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 1 P. 0030
Greek special edition: Chapter 04 Volume 1 P. 0114
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 1 P. 0030
Spanish special edition: Chapter 04 Volume 1 P. 0040
Portuguese special edition Chapter 04 Volume 1 P. 0040


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 686/78

tas-6 ta' April 1978

li jistabbilixxi d-disposizzjonijiet addizzjonali dwar l-għoti ta' rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni fuq prodotti tas-sajd

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 100/76 tas-19 ta' Jannar 1976 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-prodotti tas-sajd [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 2560/77 [2],

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 110/76 tad-19 ta' Jannar 1976 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti ta' rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni fuq prodotti tas-sajd u l-kriterji biex ikun iffissat l-ammont ta' dawn ir-rifużjonijiet [3], u b'mod partikolari l-Artikolu 7(3) tiegħu,

Billi nstab li l-prodotti li joriġinaw mill-Komunità jkunu ġew iffriżati u/jew proċessati fuq bastiment li jkun qed itajjar il-bandiera ta' pajjiż li mhux membru; billi dawn il-prodotti jkunu esportati wara li dawn ikunu ġew iffriżati jew proċessati;

Billi l-kondizzjonijiet ekonomiċi li taħthom jitwettqu dawn l-operazzjonijiet huma komparabbli ma' dawk ta' operazzjonijiet li jsiru f'pajjiżi li mhumiex membri, u fejn l-ispejjeż tal-produzzjoni jkunu sostanzjalment irħas milli fil-Komunità; billi l-għoti ta' rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni fuq prodotti iffriżati u/jew proċessati taħt dawn il-kondizzjonijiet iwassal biex dawn il-prodotti jbatu minn żvantaġġ ekonomiku mhux ġustifikat;

Billi il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Prodotti tas-Sajd u l-Akwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-għanijiet tas-sistema tar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni, il-prodotti tas-sajd li joriġinaw mill-Komunità u li jkunu ġew iffriżati u/jew proċessati fuq bastiment reġistrat f'pajjiż terz, u li jkun qed itajjar bandiera ta' pajjiż terz, għandhom ikunu kunsidrati bħala prodotti li ma joriġinawx mill-Komunità.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-29 ta' April 1978.

Dan għandu jkun jgħodd għal esportazzjonijiet li għalihom il-formalitajiet doganali ta' l-esportazzjoni jkunu tlestew b'effett minn din id-data.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-6 ta' April 1978.

Ghall-Kummissjoni

Finn Gundelach

Viċi-President

[1] ĠU L 20, tat-28.1.1976, p. 1.

[2] ĠU L 303, tat-28.11.1977, p. 1.

[3] ĠU L 20, tat-28.1.1976, p. 48

--------------------------------------------------

Top