Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2016J0007

    Inġunzjoni tal-15 ta’ Novembru 2016 fil-Kawża E-7/16 — Míla ehf. vs l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (Eċċezzjoni preliminari ta’ ammissibbiltà — Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni biex tingħalaq il-proċedura ta’ investigazzjoni formali)

    ĠU C 189, 15.6.2017, p. 48–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.6.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 189/48


    INĠUNZJONI

    tal-15 ta’ Novembru 2016

    fil-Kawża E-7/16

    Míla ehf. vs l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

    (Eċċezzjoni preliminari ta’ ammissibbiltà — Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni biex tingħalaq il-proċedura ta’ investigazzjoni formali)

    (2017/C 189/12)

    Il-Kawża E-7/16 Míla ehf. v. l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA – APPLIKAZZJONI taħt l-Artikolu 36(2) tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità u ta’ Qorti tal-Ġustizzja mill-Qorti għall-annullament tad-Deċiżjoni Nru 061/16/COL tas-16 ta’ Marzu 2016 tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA li tagħlaq l-investigazzjoni formali dwar l-allegata għajnuna mill-Istat permezz tal-lokazzjoni ta’ fibrottika preċedentement operata f’isem in-NATO, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen (Imħallef Relatur) u Páll Hreinsson, Imħallfin, ħarġet ordni fil-15 ta’ Novembru 2016, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

    1.

    L-applikazzjoni ġiet miċħuda bħala inammissibbli.

    2.

    Ir-rikorrent għandu jeħel l-ispejjeż tal-proċedimenti.


    Top