Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2016J0004

    Sentenza tal-Qorti tas-16 ta’ Novembru 2016 fil-Kawża E-4/16 — L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v Ir-Renju tan-Norveġja (Nuqqas ta’ konformità ma’ sentenza tal-Qorti li tiddikjara nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi — l-Artikolu 33 SCA — Il-miżuri meħtieġa biex ikun hemm konformità ma’ sentenza tal-Qorti)

    ĠU C 189, 15.6.2017, p. 49–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.6.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 189/49


    SENTENZA TAL-QORTI

    tas-16 ta’ Novembru 2016

    fil-Kawża E-4/16

    L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v Ir-Renju tan-Norveġja

    (Nuqqas ta’ konformità ma’ sentenza tal-Qorti li tiddikjara nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi — l-Artikolu 33 SCA — Il-miżuri meħtieġa biex ikun hemm konformità ma’ sentenza tal-Qorti)

    (2017/C 189/13)

    Fil-Kawża E-4/16, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v Ir-Renju tan-Norveġja — APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li r-Renju tan-Norveġja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 33 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja billi naqas milli jieħu l-miżuri meħtieġa fiż-żmien preskritt biex jikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tat-2 ta’ Diċembru 2013 fil-Kawża E-13/13 l-ESA vs in-Norveġja, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen u Páll Hreinsson (Imħallef Relatur), Imħallfin, ħarġet ordni fis-16 ta’ Novembru 2016, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

    Il-Qorti b’dan:

    1.

    Tiddikjara li r-Renju tan-Norveġja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 33 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja billi naqas milli jieħu l-miżuri meħtieġa fiż-żmien preskritt biex jikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tat-2 ta’ Diċembru 2013 fil-Kawża E-13/13 l-ESA vs in-Norveġja.

    2.

    Tordna lir-Renju tan-Norveġja li jħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.


    Top