Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2023/101/07

    Sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati fil-qafas tal-programm ta’ ħidma 2023-2025 li jimplimentaw il-programm għar-riċerka u t-taħriġ (2021-2025) tal-Euratom 2023/C 101/07

    PUB/2023/311

    ĠU C 101, 17.3.2023, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.3.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 101/50


    Sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati fil-qafas tal-programm ta’ ħidma 2023-2025 li jimplimentaw il-programm għar-riċerka u t-taħriġ (2021-2025) tal-Euratom

    (2023/C 101/07)

    Din hi notifika għat-tnedija ta’ azzjonijiet permezz tal-programm ta’ ħidma 2023-2025 li jimplimentaw il-programm għar-riċerka u t-taħriġ (2021-2025) tal-Euratom.

    Il-Kummissjoni adottat il-programm ta’ ħidma msemmi hawn fuq permezz tad-Deċiżjoni C(2023) 1650 tas-16 ta’ Marzu 2023.

    L-azzjonijiet huma soġġetti għad-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet previsti fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2023, l-2024 u l-2025, wara l-adozzjoni tal-baġit tal-2024 u l-2025 mill-awtorità baġitarja jew kif tipprevedi s-sistema tad-dodiċeżmi proviżorji. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tħassar jew li tirrettifika l-azzjonijiet.

    Il-konferma li dawn il-kundizzjonijiet ġew issodisfati se titħabbar fil-Portal tal-Kummissjoni Ewropea għall-Finanzjament u l-Offerti (https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/programmes/euratom2027).

    Dan il-programm ta’ ħidma, inkluż l-iskadenzi u l-baġits għall-azzjonijiet, huwa disponibbli fil-Portal għall-Finanzjament u l-Offerti msemmi hawn fuq, flimkien ma’ informazzjoni dwar il-modalitajiet tal-azzjonijiet, u gwida għall-applikanti dwar kif iridu jippreżentaw il-proposti. Din l-informazzjoni kollha se tiġi aġġornata kif meħtieġ fuq l-istess Portal għall-Finanzjament u l-Offerti.


    Top