Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2017/189/15

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8483 — Bain Capital/Cinven/Stada Arzneimittel) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    ĠU C 189, 15.6.2017, p. 51–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.6.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 189/51


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.8483 — Bain Capital/Cinven/Stada Arzneimittel)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2017/C 189/15)

    1.

    Fit-2 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-fondi ġestiti minn Bain Capital Investors, L.L.C. (“Bain Capital”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u l-fondi ġestiti minn Cinven Capital Management (VI) Limited Partnership Incorporated, li taġixxi permezz tas-sieħeb ġenerali tagħha, Cinven Capital Management (VI) General Partner Limited (“Cinven”, ir-Renju Unit), jakkwsitaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Stada Arzneimittel Aktiengesellschaft (“Stada”, il-Ġermanja) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   għal Bain Capital: kumpanija ta’ investiment ta’ ekwità privata, attiva f’ħafna industrji, inklużi t-teknoloġija informatika, il-kura tas-saħħa, prodotti bl-imut u tal-konsumatur, telekomunikazzjonijiet, kimiċi, finanzjarji u industrijali/manifattura;

    —   għal Cinven: investiment ta’ ekwità privata ffokat f’sitt oqsma ewlenin: servizzi tan-negozju, il-konsumatur, servizzi finanzjarji, kura tas-saħħa, industrijali, u t-teknoloġija, il-midja u t-telekomunikazzjonijiet;

    —   għal Stada: attiva fl-iżvilupp, il-manifattura, ir-reġistrazzjoni, il-bejgħ, il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni u l-promozzjoni ta’ prodotti tax-xjenza tal-ħajja bħall-mediċini (b’mod partikolari għall-ingredjenti farmaċewtiċi attivi mhux protetti bit-trademark), supplimenti tal-ikel, prodotti kosmetiċi u firxa ta’ prodotti oħra tal-kura tas-saħħa.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8483 — Bain Capital/Cinven/Stada Arzneimittel, f’dan l-indirizz:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top