EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/153/04

Kriterji ta’ assenjazzjoni tal-kawżi lill-awli

ĠU C 153, 4.7.2009, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 153/2


Kriterji ta’ assenjazzjoni tal-kawżi lill-awli

2009/C 153/04

Fis-16 ta’ Ġunju 2009, il-Qorti tal-Prim’Istanza stabbilixxiet kif ġej il-kriterji għall-assenjazzjoni tal-kawżi lill-awli għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2009 sal-31 ta’ Awwissu 2010, skont l-Artikolu 12 tar-Regoli tal-Proċedura:

1.

L-appelli mid-deċiżjonijiet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku huma assenjati, mill-preżentata tar-rikors, bla ħsara għal applikazzjoni ulterjuri tal-Artikoli 14 u 51 tar-Regoli tal-Proċedura, lill-Awla tal-Appell.

2.

Il-kawżi l-oħra li ma jaqgħux taħt il-paragrafu 1 huma assenjati, mill-preżentata tar-rikors u bla ħsara għal applikazzjoni ulterjuri tal-Artikoli 14 u 51 tar-Regoli tal-Proċedura, lill-awli komposti minn tliet Imħallfin.

Il-kawżi li jaqgħu taħt dan il-paragrafu jitqassmu lill-awli skont tliet rotazzjonijiet differenti mfassla skond l-ordni ta’ reġistrazzjoni tal-kawżi fir-Reġistru:

għall-kawżi li jirrigwardaw l-implementazzjoni ta’ regoli ta’ kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi, ta’ regoli dwar l-għajnuna mill-Istati u ta’ regoli dwar il-miżuri ta’ difiża kummerċjali;

għall-kawżi li jirrigwardaw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali msemmija fl-Artikolu 130(1) tar-Regoli tal-Proċedura;

għall-kawżi kollha l-oħra.

Fil-kuntest ta’ dawn ir-rotazzjonijiet, iż-żewġ awli ppresjeduti minn tlieta komposti minn erba’ Imħallfin jittieħdu inkunsiderazzjoni darbtejn meta sseħħ it-tielet rotazzjoni.

Il-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza jista’ jidderoga minn dawn ir-rotazzjonijiet sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-konnessjoni ta’ ċerti kawżi jew sabiex jiżgura li x-xogħol jiġi mqassam b’mod ibbilanċjat.


Top