Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/211/59

    Kawża C-345/07: Rikors imressaq fil- 25 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

    ĠU C 211, 8.9.2007, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.9.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 211/30


    Rikors imressaq fil-25 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

    (Kawża C-345/07)

    (2007/C 211/59)

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Zavvos u P. Dejmek)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

    Talbiet

    tiddikjara li, billi ma adottatx id-dispożizzjonijiet leġiżlativi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/49/KE (1), tad-29 ta' April 2004, fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzi ta' l-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità ta' l-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu ta' l-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija), u, f'kull każ, billi ma kkomunikatx l-imsemmija dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset mill-obbligi imposti fuqha bis-saħħa ta' din l-istess Direttiva;

    tikkundanna lir-Repubblika Ellenika tbati l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/49/KE fis-sistema legali interna skada fit-30 ta' April 2006.


    (1)  ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44.


    Top