Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/211/46

    Kawża C-312/07: Talba għad-deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal d'instance de Paris (Franza) fis- 6 ta' Lulju 2007 — JVC France SAS vs Administration des douanes (Direction Nationale du Renseignement et des Enquêtes douanières)

    ĠU C 211, 8.9.2007, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.9.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 211/25


    Talba għad-deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal d'instance de Paris (Franza) fis-6 ta' Lulju 2007 — JVC France SAS vs Administration des douanes (Direction Nationale du Renseignement et des Enquêtes douanières)

    (Kawża C-312/07)

    (2007/C 211/46)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal d'instance de Paris

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: JVC France SAS.

    Konvenuta: Administration des douanes (Direction Nationale du Renseignement et des Enquêtes douanières).

    Domandi preliminari

    1)

    Vidjokamerali, fil-mument ta' l-importazzjoni tagħha, ma tistax tirreġistra sinjali vidjo fonetiċi esterni, għandha tiġi kklassifikata taħt is-sotto-intestatura 8525 40 99 meta l-interfacevidjo tagħha jkun jista' jiġi sussegwentement ikkonfigurat bħala input għal sinjali vidjo permezz ta' l-użu ta' softwerjew ta' enabler (widget) li huwa apparat attrezzat b'ċirkwiti elettroniċi li permezz tiegħu l-vidjokamera tkun tista' tintuża sabiex tirreġistra sinjali vidjo fonetiċi esterni anki jekk il-manifattur u l-bejjiegħ ma jindikawx din il-possibbiltà u ma jipprovdux għajnuna f'dan ir-rigward?

    2)

    Fil-każ ta' risposta affermattiva għall-ewwel domanda, safejn l-emendi sussegwenti tan-noti ta' spjega jinvolvu bidla fil-prassi Komunitarja fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' vidjokameras u jikkostitwixxu eċċezzjoni għall-prinċipju li l-merkanzija għandha tiġi kklassifikata skond il-karatteristiċi attwali tagħha fil-ħin li toħroġ mid-dwana, il-Kummissjoni setgħet leġittimament tagħmel din il-bidla billi temenda n-noti ta' spjega, għaldaqstant b'effet retroattiv, minflok ma tadotta regolament ta' klassifikazzjoni applikabbli biss għall-futur ?


    Top