Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/211/08

    Kawża C-399/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 18 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika ( Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 93/38/KEE — Akkwist pubbliku fis-setturi ta' l-ilma, ta' l-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni — Bini u tħaddim ta' impjant ta' enerġija termika — Kundizzjonijiet għall-ammissjoni fil-proċedura ta' sejħa għal offerti )

    ĠU C 211, 8.9.2007, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.9.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 211/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

    (Kawża C-399/05) (1)

    (“Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 93/38/KEE - Akkwist pubbliku fis-setturi ta' l-ilma, ta' l-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni - Bini u tħaddim ta' impjant ta' enerġija termika - Kundizzjonijiet għall-ammissjoni fil-proċedura ta' sejħa għal offerti’)

    (2007/C 211/08)

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Patakia u X. Lewis, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: D. Tsagkaraki u V. Christianos, aġenti)

    Suġġett

    Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE, ta' l-14 ta' Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwist pubbliku għal entitajiet li joperaw fis-setturi ta' l-ilma, ta' l-enerġija, tat-trasport u tat-telekommunikazzjoni (ĠU L 199, p.84) — Ammissjoni fil-proċedura ta' sejħa għal offerti ta' żewġ kumpanniji li la jissodisfaw il-kundizzjonijiet fl-avviż u lanqas il-kundizzjonijiet tekniċi fid-dokument tas-sejħa għal offerti — Bini u tħaddim ta' impjant ta' enerġija termika fl-Lavrio.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 22, 28.1.2006.


    Top