EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023TN0500

Kawża T-500/23: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2023 – Enterprise Holdings vs EUIPO – Qommute (COMMUTE WITH ENTERPRISE)

ĠU C 338, 25.9.2023, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/43


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2023 – Enterprise Holdings vs EUIPO – Qommute (COMMUTE WITH ENTERPRISE)

(Kawża T-500/23)

(2023/C 338/55)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Enterprise Holdings, Inc. (Saint Louis, Missouri, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Forde, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Qommute SARL (Marseille, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “COMMUTE WITH ENTERPRISE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 947 155

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Ġunju 2023 fil-Każ R 989/2022-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

sussidjarjament, tbiddel id-deċiżjoni kkontestata fis-sens li l-oppożizzjoni tintbagħat lura quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni;

tikkundanna lill-konvenut jħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti marbuta ma’ din il-proċedura u dawk marbuta mal-proċedura ta’ quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO; sussidjarjament, jekk il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO tintervjeni, tordna lil konvenut u lill-intervenjent iħallsu in solidum l-ispejjeż tar-rikorrenti marbuta ma’ din il-proċedura u dawk marbuta mal-proċedura ta’ quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top