Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CN0330

    Kawża C-330/23, Aldi Süd: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Mejju 2023 – Verbraucherzentrale Baden-Württemberg e.V. vs Aldi Süd Dienstleistungs-SE & Co. OHG

    ĠU C 338, 25.9.2023, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.9.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 338/7


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Mejju 2023 – Verbraucherzentrale Baden-Württemberg e.V. vs Aldi Süd Dienstleistungs-SE & Co. OHG

    (Kawża C-330/23, Aldi Süd)

    (2023/C 338/10)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landgericht Düsseldorf

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Verbraucherzentrale Baden-Württemberg e.V.

    Konvenut: Aldi Süd Dienstleistungs-SE & Co. OHG

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 6a(1) u (2) tad-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta’ prodotti offruti lill-konsumaturi (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li perċentwali msemmija fi tħabbir ta’ tnaqqis fil-prezz tista’ tirreferi biss għall-prezz preċedenti fis-sens tal-Artikolu 6a(2) tad-Direttiva 98/6?

    2)

    L-Artikolu 6a(1) u (2) tad-Direttiva 98/6 għandu jiġi interpretat fis-sens li meta enfasi fir-reklamar intiż biex jenfasizza n-natura vantaġġuża ta’ offerta fil-livell tal-prezz (bħall-indikazzjoni tal-prezz bħala “prezz-highlight”) jintuża fi tħabbir ta’ tnaqqis fil-prezz, huwa għandu jirreferi għall-prezz preċedenti fis-sens tal-Artikolu 6a(2) tad-Direttiva 98/6?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 32, kif emendat fl-aħħar lok bid-Direttiva (UE) 2019/2161 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttivi 98/6/KE, 2005/29/KE u 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur (ĠU 2019, L 328, p. 7).


    Top