Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0300

    Kawża C-300/21, Österreichische Post (Dannu morali marbut mal-ipproċessar ta’ data personali): Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Mejju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – UI vs Österreichische Post AG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Regolament (UE) 2016/679 – Artikolu 82(1) – Dritt għal kumpens għad-dannu kkawżat mill-ipproċessar ta’ data mwettaq bi ksur ta’ dan ir-regolament – Kundizzjonijiet tad-dritt għal kumpens – Insuffiċjenza ta’ sempliċi ksur tal-imsemmi regolament – Neċessità ta’ dannu kkawżat mill-imsemmi ksur – Kumpens għal dannu morali li jirriżulta minn tali pproċessar – Inkompatibbiltà ta’ regola nazzjonali li tissuġġetta l-kumpens għal tali dannu għall-qbiż ta’ livell ta’ gravità – Regoli għall-iffissar tad-danni mill-qrati nazzjonali)

    ĠU C 216, 19.6.2023, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.6.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 216/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Mejju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – UI vs Österreichische Post AG

    (Kawża C-300/21 (1), Österreichische Post (Dannu morali marbut mal-ipproċessar ta’ data personali))

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali - Regolament (UE) 2016/679 - Artikolu 82(1) - Dritt għal kumpens għad-dannu kkawżat mill-ipproċessar ta’ data mwettaq bi ksur ta’ dan ir-regolament - Kundizzjonijiet tad-dritt għal kumpens - Insuffiċjenza ta’ sempliċi ksur tal-imsemmi regolament - Neċessità ta’ dannu kkawżat mill-imsemmi ksur - Kumpens għal dannu morali li jirriżulta minn tali pproċessar - Inkompatibbiltà ta’ regola nazzjonali li tissuġġetta l-kumpens għal tali dannu għall-qbiż ta’ livell ta’ gravità - Regoli għall-iffissar tad-danni mill-qrati nazzjonali)

    (2023/C 216/07)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberster Gerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: UI

    Konvenut: Österreichische Post AG

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 82(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data),

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    is-sempliċi ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament ma huwiex biżżejjed sabiex jingħata dritt għal kumpens.

    2)

    L-Artikolu 82(1) tar-Regolament 2016/679

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    jipprekludi regola jew prattika nazzjonali li tissuġġetta l-kumpens għal dannu morali, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għall-kundizzjoni li d-dannu mġarrab mis-suġġett tad-data jkun laħaq ċertu livell ta’ gravità.

    3)

    L-Artikolu 82 tar-Regolament Nru 2016/679

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    għall-finijiet tal-iffissar tal-ammont tad-danni dovuti abbażi tad-dritt għal kumpens stabbilit f’dan l-artikolu, il-qrati nazzjonali għandhom japplikaw ir-regoli interni ta’ kull Stat Membru dwar il-portata tal-kumpens pekunjarju, sakemm jiġu osservati l-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni.


    (1)  ĠU C 320, 9.8.2021.


    Top