Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0192

    Kawża T-192/20: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2020 – Tikal Marine Systems vs EUIPO – Ultra Safety Systems (Ultra Tef-Gel)

    ĠU C 191, 8.6.2020, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.6.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 191/37


    Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2020 – Tikal Marine Systems vs EUIPO – Ultra Safety Systems (Ultra Tef-Gel)

    (Kawża T-192/20)

    (2020/C 191/50)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Tikal Marine Systems GmbH (Norderstedt, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Mahnkopf, lawyer)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ultra Safety Systems Inc. (Mangonia Park, Florida, l-Istati Uniti)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Ultra Tef-Gel” – Trade mark tal-Unjoni Nru 15 369 739

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Jannar 2020 fil-Każ R 2499/2018-4

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tat-28 ta’ Novembru 2018;

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tiddikjara t-trade mark kontenzjuża valida;

    tikkundanna lill-konvenut u lill-intervenjent għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top