EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0350

Kawża C-350/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte costituzionale (L-Italja) fit-30 ta’ Lulju 2020 – O.D., R.I.H.V., B.O., F.G., M.K.F.B., E.S., N.P., S.E.A. vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

ĠU C 329, 5.10.2020, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte costituzionale (L-Italja) fit-30 ta’ Lulju 2020 – O.D., R.I.H.V., B.O., F.G., M.K.F.B., E.S., N.P., S.E.A. vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

(Kawża C-350/20)

(2020/C 329/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte costituzionale

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: O.D., R.I.H.V., B.O., F.G., M.K.F.B., E.S., N.P., S.E.A.

Konvenut: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

Domanda preliminari

L-Artikolu 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ipproklamata fis-7 ta’ Diċembru 2000 f’Nice, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jinkludi l-allowance tat-twelid u l-allowance tal-maternità, skont l-Artikolu 3(1)(b) u (j) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), msemmija fl-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar proċedura ta’ applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru (2) u, għaldaqstant, id-dritt tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat bħala li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li ma testendix għal barranin li huma detenturi tal-permess uniku previst fl-istess direttiva, il-benefiċċju ta’ dawk il-miżuri ta’ assigurazzjoni soċjali, li diġà ngħatat lil barranin li għandhom permess ta’ residenza fl-Unjoni Ewropea għal residenti għal perijodu twil?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.

(2)  ĠU 2011, L 343, p. 1


Top