Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0345

    Kawża C-345/20: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

    ĠU C 329, 5.10.2020, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.10.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 329/7


    Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

    (Kawża C-345/20)

    (2020/C 329/09)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls u C. Vrignon, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

    Talbiet

    Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

    tiddikjara li billi ma wettqitx l-interkonnessjoni tar-reġistru elettroniku nazzjonali tagħha mal-verżjoni l-ġdida tar-Reġistri Ewropej tal-Impriżi tat-Trasport bit-Triq (ERRU), ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/480 tal-1 ta’ April 2016 li jistabbilixxi regoli komuni li jikkonċernaw l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1213/2010 (1);

    tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    L-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali għall-verżjoni l-ġdida tal-ERRU, li l-Istati Membri għandhom iwettqu konformement mal-proċeduri u rekwiżiti tekniċi previsti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2016/480, hekk kif rikjest mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, kellha sseħħ sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Jannar 2019.


    (1)  ĠU 2016, L 87, p. 4.


    Top