This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CN0303
Case C-303/20: Request for a preliminary ruling from the Sąd Rejonowy w Opatowie (Poland) lodged on 8 July 2020 — Ultimo Portfolio Investment (Luxembourg) S.A. v KM
Kawża C-303/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Opatowie (il-Polonja) fit-8 ta’ Lulju 2020 – Ultimo Portfolio Investment (Luxembourg) S.A. vs KM
Kawża C-303/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Opatowie (il-Polonja) fit-8 ta’ Lulju 2020 – Ultimo Portfolio Investment (Luxembourg) S.A. vs KM
ĠU C 329, 5.10.2020, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 329/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Opatowie (il-Polonja) fit-8 ta’ Lulju 2020 – Ultimo Portfolio Investment (Luxembourg) S.A. vs KM
(Kawża C-303/20)
(2020/C 329/06)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy w Opatowie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ultimo Portfolio Investment (Luxembourg) S.A.
Konvenut: KM
Domanda preliminari
Is-sanzjoni għar-responsabbiltà għal kontravvenzjonijiet prevista fl-Artikolu 138c(1) tal-Kodeks wykroczeń (il-Kodiċi Pollakk għall-Kontravvenzjonijiet) għan-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu tal-evalwazzjoni tal-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur previst fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (1) tikkostitwixxi implimentazzjoni xierqa u suffiċjenti tar-rekwiżit ta’ stabbiliment fid-dritt nazzjonali ta’ sanzjonijiet effettivi, proporzjonali u dissważivi għall-ksur, min-naħa tal-kreditur, tal-obbligu ta’ evalwazzjoni tal-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur impost fuq Stat Membru permezz tal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE?
(1) ĠU 2008, L 133, p. 66, rettifiki fil-ĠU 2009, L 207, p. 14, fil-ĠU 2010, L 199, p. 40 u fil-ĠU 2011, L 234, p. 46