EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0236

Kawża C-236/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Emilia Romagna (l-Italja) fl-4 ta’ Ġunju 2020 – PG vs Ministero della Giustizia, CSM – Consiglio Superiore della Magistratura, Presidenza del Consiglio dei Ministri

ĠU C 271, 17.8.2020, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Emilia Romagna (l-Italja) fl-4 ta’ Ġunju 2020 – PG vs Ministero della Giustizia, CSM – Consiglio Superiore della Magistratura, Presidenza del Consiglio dei Ministri

(Kawża C-236/20)

(2020/C 271/36)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Emilia Romagna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: PG

Konvenuti: Ministero della Giustizia, CSM – Consiglio Superiore della Magistratura, Presidenza del Consiglio dei Ministri.

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 20, 21, 31, 33 u 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, id-Direttivi 1999/70/KE (1) dwar ix-xogħol għal żmien determinat (klawżoli 2 u 4), 1997/81/KE (2) dwar ix-xogħol part-time (klawżola 4), 2003/88/KE (3) dwar il-ħin tax-xogħol (Artikolu 7) u 2000/78/KE (4) (Artikoli 1 u 2(2)(a)) dwar l-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, jipprekludu l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik Taljana permezz tal-Liġi 374/91 u [modifiki suċċessivi] u tad-Digriet Liġi 92/2016 fid-dawl tal-interpretazzjoni kostanti tal-ġurisprudenza, li tipprovdi li minbarra li l-giudici di pace, inkwantu giudici onorari [membri tal-ġudikatura maħtura mill-Ministeru għall-Ġustizzja] ma jingħatawx trattament ekonomiku, għajnuna soċjali u sigurtà soċjali simili għal dawk tal-imħallfin bil-kwalifika (giudici togati), jirriżultaw li jiġu għal kollox esklużi minn kull forma ta’ għajnuna soċjali u sigurtà soċjali ggarantita lill-ħaddiem pubbliku impjegat?

2)

Il-prinċipji Komunitarji fil-qasam [tal-]awtonomija u indipendenza tal-funzjoni ġudizzjarja u b’mod speċifiku l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprekludu l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik Taljana, li tipprovdi li minbarra li l-giudici di pace, inkwantu giudici onorari, ma jingħatawx trattament ekonomiku, għajnuna soċjali u sigurtà soċjali simili għal dawk tal-imħallfin bil-kwalifika, jirriżultaw li jiġu għal kollox esklużi minn kull forma ta’ għajnuna soċjali u sigurtà soċjali ggarantita lill-ħaddiem pubbliku impjegat?

3)

Il-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP dwar ix-xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab anness mad-Direttiva 1999/70, tipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik Taljana, li tipprovdi li l-ħatra għal żmien determinat tal-giudici di pace inkwantu giudici onorari, oriġinarjament iffissat għal 8 snin (erbgħa magħduda ma’ erbgħa) tista’ tiġi sistematikament estiża b’4 snin ulterjuri mingħajr ma tiġi pprovduta ebda sanzjoni effettiva u dissważiva bħala alternattiva għall-bidla f’relazzjoni tax-xogħol għal żmien indeterminat?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997 li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267).

(3)  Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).

(4)  Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).


Top