Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0192

    Kawża C-192/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd Prešov (is-Slovakkja) fil-5 ta’ Mejju 2020 – Prima Banka Slovensko a.s. vs HD

    ĠU C 329, 5.10.2020, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.10.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 329/3


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd Prešov (is-Slovakkja) fil-5 ta’ Mejju 2020 – Prima Banka Slovensko a.s. vs HD

    (Kawża C-192/20)

    (2020/C 329/04)

    Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

    Qorti tar-rinviju

    Krajský súd Prešov

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Prima Banka Slovensko a.s.

    Konvenut: HD

    Domandi preliminari

    1)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (1) tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 93/13”), u b’mod partikolari l-Artikoli 6(1) u 7(1) tagħha, moqrija flimkien mal-interpretazzjoni mogħtija fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Awwissu 2018, Banco Santander (C-96/16 u C-94/17, ECLI:EU:C:2018:643), għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni bħad-dispożizzjoni ta’ qafas protettiva li tinsab fl-Artikolu 54(1) tal-Kodiċi Ċivili, li ma tippermettix li s-sitwazzjoni tal-konsumatur tmur għall-agħar permezz ta’ kuntratt bi ksur tal-leġiżlazzjoni li, fil-każ ta’ ħlas tardiv min-naħa tal-konsumatur fir-rimbors tas-self, tirregola d-drittijiet tal-kreditur bil-mod segwenti:

    il-kreditur għandu dritt għall-interessi moratorji sal-limitu stabbilit permezz ta’ digriet governattiv,

    il-kreditur għandu dritt għal penalitajiet oħra li huwa jista’ jimponi fuq il-konsumatur u li, flimkien mal-interessi moratorji, ma jistgħux jeċċedu l-ammont prinċipali tas-self dovut,

    il-kreditur għandu dritt għall-kumpens għad-dannu jekk dan ikun ikbar mill-interessi moratorji, jiġifieri għall-kumpens mingħajr limitu għad-dannu sal-ammont tad-dannu reali?

    2)

    Fil-każ li tingħata risposta affermattiva għall-ewwel domanda, il-livell għoli ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumaturi fis-sens tal-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), tal-Artikolu 4(2) u tal-Artikolu 169(1) TFUE, jipprekludi li l-konsumatur iħallas, bħala riżultat tad-dewmien tiegħu fl-eżekuzzjoni tal-impenji kuntrattwali, l-ispejjeż b’rata fissa tal-kreditur minflok id-dannu reali tal-kreditur, għalkemm id-dannu reali jkun inqas mill-ispejjeż b’rata fissa?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).


    Top