Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0059

    Kawża C-59/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzgericht (l-Awstrija) fl-4 ta’ Frar 2020 – DBKAG vs Finanzamt Linz

    ĠU C 191, 8.6.2020, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.6.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 191/8


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzgericht (l-Awstrija) fl-4 ta’ Frar 2020 – DBKAG vs Finanzamt Linz

    (Kawża C-59/20)

    (2020/C 191/11)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesfinanzgericht

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: DBKAG

    Konvenut: Finanzamt Linz

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva 2006/112/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tal-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni, jaqa’ wkoll taħt il-kunċett ta’ “immaniġġar ta’ fondi speċjali ta’ investiment” l-għoti minn terz li jikkonċedi lil kumpannija ta’ investiment ta’ kapital dritt għall-użu ta’ softwer speċjalizzat maħsub speċifikament għall-immaniġġar ta’ fondi speċjali ta’ investiment meta, bħal fil-kawża prinċipali, dan is-softwer ikun intiż biss sabiex iwettaq attivitajiet essenzjali u speċifiċi għall-immaniġġar ta’ fondi speċjali ta’ investiment, iżda jkun jista’ jintuża biss fl-infrastruttura teknika tal-kumpannija ta’ investiment ta’ kapital u jkun jista’ jaqdi l-funzjonijiet tiegħu biss permezz tal-kollaborazzjoni sekondarja tal-imsemmija kumpannija, bl-użu kontinwu ta’ data tas-suq pprovduta minnha?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60).


    Top