Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0021

Kawża C-21/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fis-17 ta’ Jannar 2020 – Balgarska natsionalna televizia vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia-grad pri Tsentralno upravlenie na Natsionalna agentsia za prihodite

ĠU C 95, 23.3.2020, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fis-17 ta’ Jannar 2020 – Balgarska natsionalna televizia vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia-grad pri Tsentralno upravlenie na Natsionalna agentsia za prihodite

(Kawża C-21/20)

(2020/C 95/23)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Balgarska natsionalna televizia

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia-grad pri Tsentralno upravlenie na Natsionalna agentsia za prihodite

Domandi preliminari

1)

L-attività tat-televiżjoni pubblika li tikkonsisti fil-provvista lit-telespettaturi ta’ servizzi ta’ media awdjoviżiva, fil-każ li tkun iffinanzjata mill-Istat permezz ta’ sussidju, b’tali mod li t-telespettaturi ma jħallsu ebda tariffa għax-xandir televiżiv, tista’ titqies li hija provvista ta’ servizzi mwettqa bi ħlas, fis-sens tal-Artikolu 2(1)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), jew għandu jitqies li tali attività ma hijiex provvista ta’ servizzi mwettqa bi ħlas fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni u ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fis-sens li s-servizzi ta’ media awdjoviżiva pprovduti lit-telespettaturi mit-televiżjoni pubblika jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2(1)(c) tad-Direttiva 2006/112, jista’ jitqies li dawn huma tranżazzjonijiet eżentati fis-sens tal-Artikolu 132(1)(q) tad-Direttiva, u leġiżlazzjoni nazzjonali li teżenta lil din l-attività għas-sempliċi raġuni li, sabiex teżerċitaha, it-televiżjoni pubblika tirċievi ħlasijiet mill-baġit tal-Istat, irrispettivament minn jekk din l-attività għandhiex ukoll natura kummerċjali, hija permissibbli?

3)

L-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112 jippermetti l-prattika fejn it-tnaqqis integrali tal-VAT tal-input fir-rigward tax-xiri ma jkunx jiddependi biss mid-destinazzjoni finali tal-imsemmi xiri (għall-finijiet ta’ attività taxxabbli jew le), iżda wkoll mill-mod ta’ finanzjament ta’ dan tal-aħħar, u b’mod partikolari minn jekk ix-xiri huwiex iffinanzjat kemm minn dħul proprju (servizzi ta’ reklamar jew oħrajn) u minn sussidji mill-Istat, u fejn id-dritt għat-tnaqqis sħiħ tal-VAT tal-input jiġi aċċettat biss għax-xiri ffinanzjat mid-dħul proprju iżda mhux għax-xiri ffinanzjat minn sussidji mill-Istat, bil-ħtieġa li ssir distinzjoni bejn dawn ix-xiri?

4)

Fil-każ li jiġi deċiż li l-attività tat-televiżjoni pubblika hija komposta kemm minn tranżazzjonijiet taxxabbli u kemm minn tranżazzjonijiet eżentati, fid-dawl tal-mod ta’ finanzjament ibridu tagħha, x’inhi l-portata tad-dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input u liema huma l-kriterji li għandhom jiġu applikati għall-finijiet tad-determinazzjoni tagħha?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60


Top