Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0500

    Kawża T-500/19: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2019 — Coravin vs EUIPO — Cora (CORAVIN)

    ĠU C 288, 26.8.2019, p. 65–66 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.8.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 288/65


    Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2019 — Coravin vs EUIPO — Cora (CORAVIN)

    (Kawża T-500/19)

    (2019/C 288/80)

    Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Coravin, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentant: F. Valentin, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cora (Marne-la-Vallée, Franza)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni CORAVIN — Trade mark tal-Unjoni Nru 11 363 497

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ April 2019 fil-Każ R 2385/2016-1

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tirriformaha billi tiċħad fl-intier tagħha l-azzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mressqa mill-kumpannija Cora fil-25 ta’ Novembru 2014;

    konsegwentement, iżżomm it-trade mark CORAVIN Nru 11 363 496 fl-intier tal-formulazzjoni tagħha tal-prodotti previsti fil-klassi 21, jiġifieri t-“Tappijiet għall-inbid; Tagħmir ta’ aċċess għall-inbid; Sistemi għall-preservazzjoni tal-inbid, Utensili u reċipjenti għad-dar jew għall-kċina, ilkoll għall-użu mal-inbid”;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top