Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0149

    Kawża T-149/19: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2019 — Société des produits Nestlé vs EUIPO — Jumbo Africa (Rappreżentazzjoni ta’ figura ta’ bniedem fiċ-ċentru ta’ tarka)

    ĠU C 155, 6.5.2019, p. 48–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.5.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 155/48


    Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2019 — Société des produits Nestlé vs EUIPO — Jumbo Africa (Rappreżentazzjoni ta’ figura ta’ bniedem fiċ-ċentru ta’ tarka)

    (Kawża T-149/19)

    (2019/C 155/58)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Société des produits Nestlé SA (Vevey, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Jaeger-Lenz, A. Lambrecht u C. Elkemann, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Jumbo Africa, SL (L’Hospitalet de Llobregat, Spanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta figura ta’ bniedem fiċ-ċentru ta’ tarka bil-kuluri aħmar, blu, blu ċar, blu skur, griż u abjad — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 273 634.

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni.

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 876/2018-2

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tiċħad ir-rikors li jikkonċerna l-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 2 738 030; u

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u tikkundanna lill-intervenjenti eventwali għall-ispejjeż sostnuti quddiem l-EUIPO.

    Motivi invokati

    Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 91(1) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 46(1)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b), tar-Regolament (UE) Nru 2017//1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top