EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0134

Kawża T-134/19: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2019 — AM vs BEI

ĠU C 155, 6.5.2019, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/46


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2019 — AM vs BEI

(Kawża T-134/19)

(2019/C 155/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: AM (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement,

tannulla d-deċiżjonijiet tal-President tal-BEI tat-30 ta’ Ġunju 2017 u tal-11 ta’ Diċembru 2017 sa fejn dawn jirrifjutaw lir-rikorrent il-benefiċċju tal-allowance tal-mobbiltà ġeografika prevista fl-Artikolu 1.4 tad-dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli għall-persunal;

sa fejn ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-President tal-BEI tal-20 ta’ Novembru 2018 li tiċħad il-konklużjonijiet tal-kummissjoni ta’ konċiljazzjoni u li tikkonferma d-deċiżjonijiet tat-30 ta’ Ġunju 2017 u tal-11 ta’ Diċembru 2017;

għaldaqstant,

tikkundanna lill-konvenut iħallas l-allowance tal-mobbiltà ġeografika retroattivament mill-1 ta’ April 2017, jiġifieri, fil-jum tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, EUR 36 045.6 (EUR 1 567.20 x 23 xahar);

tikkundanna lill-konvenut iħallas l-interessi moratorji fuq l-allowance tal-mobbiltà ġeografika dovuta mill-1 ta’ April 2017 u dan sal-ħlas sħiħ, fejn l-interessi moratorji huma ffissati bir-rata ta’ interessi tal-Bank Ċentrali Ewropew miżjuda b’2 punti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 1.4 tad-dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli għall-persunal u fuq ksur tal-Artikoli 1 u 11 tal-Anness VII ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi, ta’ prevedibbiltà ġuridika u tal-prinċipju ta’ premura.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, tal-Artikolu 1.3 tal-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Persunal tal-BEI u tal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tal-prinċipju ta’ terminu raġonevoli.


Top