Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TB0814

    Kawża T-814/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2020 – Nutravita vs EUIPO – Pegaso (nutravita Healthy Mind, Body & Soul.) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    ĠU C 191, 8.6.2020, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.6.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 191/18


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2020 – Nutravita vs EUIPO – Pegaso (nutravita Healthy Mind, Body & Soul.)

    (Kawża T-814/19) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    (2020/C 191/24)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Nutravita Ltd (Maidenhead, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: H. Dhondt u J. Cassiman, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Pegaso Srl (Negrar, l-Italja)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Settembru 2019 (Każ R 80/2019-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Pegaso Srl u Nutravita Ltd.

    Dispożittiv

    1)

    Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

    2)

    Nutravita Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha, kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


    (1)  ĠU C 27, 27.1.2020.


    Top