This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019TB0627
Case T-627/19 R: Order of the President of the General Court of 31 January 2020 — Shindler and Others v Commission (Interim measures — Area of freedom, security and justice — Withdrawal of the United Kingdom from the European Union — UK citizens residing in another EU Member State — Loss of EU citizenship — Action for failure to act — Inadmissibility of the application for interim measures)
Kawża T-627/19 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2020 – Shindler et vs Il-Kummissjoni (“Miżuri provviżorji – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea – Ċittadini tar-Renju Unit li jirrisjedu fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni – Telf taċ-ċittadinanza tal-Unjoni – Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Inammissibbiltà tat-talba għal miżuri proviżorji”)
Kawża T-627/19 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2020 – Shindler et vs Il-Kummissjoni (“Miżuri provviżorji – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea – Ċittadini tar-Renju Unit li jirrisjedu fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni – Telf taċ-ċittadinanza tal-Unjoni – Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Inammissibbiltà tat-talba għal miżuri proviżorji”)
ĠU C 95, 23.3.2020, p. 33–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 95/33 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2020 – Shindler et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-627/19 R)
(“Miżuri provviżorji - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea - Ċittadini tar-Renju Unit li jirrisjedu fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni - Telf taċ-ċittadinanza tal-Unjoni - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Inammissibbiltà tat-talba għal miżuri proviżorji”)
(2020/C 95/42)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Harry Shindler (Porto d’Ascoli, l-Italja) u l-ħames rikorrenti l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-anness tad-digriet (rappreżentant: J. Fouchet, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher, C. Giolito u E. Montaguti, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 279 TFUE u fuq l-Artikolu 156 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tar-rifjut espliċitu tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Settembru 2019, li tirrikonoxxi n-nuqqas li tittieħed azzjoni tagħha u, min-naħa l-oħra, talba lill-Kummissjoni sabiex tadotta ċerti miżuri provviżorji sabiex iżżomm iċ-ċittadinanza tal-Unjoni tar-rikorrenti wara d-data tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mil-Unjoni kif ukoll sabiex tadotta deċiżjoni provviżorja li tirrigwarda status alternattiv għall-imsemmija ċittadinanza kkostitwita minn diversi miżuri relatati mad-dħul, mas-soġġorn, mad-drittijiet soċjali u mal-attività professjonali applikabbli fil-każ ta’ assenza ta’ ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjon.
Dispożittiv
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |